<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>12.1.2015</Date><Ref>B8-0032/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Libja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2014/3018(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96848">Mariya Gabriel</Author>, <Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="96747">Arnaud Danjean</Author>, <Author id="28297">Jacek Saryusz-Wolski</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="112755">Andrej Plenković</Author>, <Author id="124806">David McAllister</Author>, <Author id="28424">Tunne Kelam</Author>, <Author id="28219">Daniel Caspary</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="125107">Claude Rolin</Author>, <Author id="96835">Traian Ungureanu</Author>, <Author id="119434">Dubravka Šuica</Author>, <Author id="96884">Philippe Juvin</Author>, <Author id="96813">Barbara Matera</Author>, <Author id="96816">Giovanni La Via</Author>, <Author id="24922">Pascal Arimont</Author>, <Author id="96824">Monica Macovei</Author>, <Author id="119436">Ivana Maletić</Author>, <Author id="96775">Lara Comi</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE547.455v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0032/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Libja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-3018" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-3018">2014/3018(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Libja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar il-Libja tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tas-6 ta' Novembru, tas-16 ta' Diċembru u tat-30 ta' Diċembru 2014, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Libja tal-20 ta' Ottubru, tas-17-18 ta' Novembru u tal-5 ta' Diċembru 2014, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-Libja tal-Istati Uniti, il-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Malta, Spanja u r-Renju Unit tas-7 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 1970, 1973 (2011) u 2174 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tas-27 ta' Awwissu 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja (UNSMIL) intitolat "Aġġornament dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali matul il-vjolenza li għaddejja bħalissa fil-Libja" tat-23 ta' Diċembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-elezzjonijiet parlamentari Libjani li saru f'Ġunju 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli Addizzjonali għalihom tal-1977, kif ukoll l-obbligu li jkollhom il-partijiet involuti f'kunflitt armat li jirrispettaw u jiżguraw ir-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali f'kull ċirkostanza,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza tal-Persunal tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Persunal Assoċjat, u l-Protokoll Fakultattiv għaliha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 li permezz tagħha nħolqot il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Pakkett tal-PEV dwar il-Libja ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-kunflitt intern fil-Libja qiegħed f'periklu dejjem jiżdied li jinbidel fi gwerra ċivili fuq skala sħiħa, u b'hekk jirriżulta f'aktar tbatija għaċ-ċivili, imwiet, spostjar tal-massa u kriżi umanitarja dejjem aktar estensiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi nhar l-4 ta' Jannar 2015 il-Forza tal-Ajru Libjana bbumbardjat tanker taż-żejt taħt operat Grieg fiż-żona militari tal-port ta' Derna, u dan wassal biex inqatlu Grieg wieħed u membru wieħed Rumen tal-ekwipaġġ u biex indarbu tnejn oħra; billi l-port hu kkontrollat minn militanti Iżlamisti u ġie attakkat diversi drabi matul is-sena li għaddiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi nhar it-3 ta' Jannar 2015, fi stqarrija uffiċjali tal-gvern, ġie ddikjarat li l-milizzzja tal-Istat Iżlamiku qatlet 14-il suldat tal-armata Libjana u li l-gvern apella lill-komunità internazzjonali biex tneħħi l-embargo tal-armi fuq il-pajjiż sabiex ikun jista' jiġġieled kontra din il-milizzzja, li hu jikkwalifika bħala terroristi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-ISIS qed tħarreġ lill-kumbattenti fil-Libja u qed tistabbilixxi fergħa fil-parti tal-Lvant tal-pajjiż; billi nhar it-30 ta' Diċembru 2014 terroristi splodew karozza bomba f'Tobruk, indirizzata kontra sessjoni tal-Kamra tad-Deputati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi nhar it-28 ta' Diċembru 2014 il-kmandant tal-milizzzja, il-Ġeneral Heftar, mexxa attakki mill-ajru kontra Misrata, fortizza tal-grupp ta' milizzzji Iżlamist 'Żerniq il-Libja', f'dik li hija meqjusa bħala l-vendetta għall-attakki tal-milizzji Iżlamisti tal-25 ta' Diċembru 2014 attakki fuq l-akbar terminal taż-żejt tal-Libja f'Sidra u fuq is-suldati tal-armata Libjana f'Sirte, fejn inqatlu 22 minnhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi nħatfu 20 Nisrani Koptiku Eġizzjan minn militanti tal-grupp Ansar al-Sharia f'Sirte, taħt il-kontroll ta' milizzji Iżlamisti, f'dak li hu l-aħħar attakk minn numru dejjem jiżdied ta' attakki fuq Insara u minoranzi reliġjużi oħra fil-Libja; billi żdiedu b'rata kontinwa d-detenzjonijiet, il-ħtif, it-tortura u l-eżekuzzjonijiet ta' min ikun issuspettat li jkun kumbattent fuq in-naħat kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi nhar il-25 ta' Ġunju 2014 saru l-elezzjonijiet leġiżlattivi; billi l-Kamra tad-Deputati li ġiet eletta b'mod leġittimu ġiet imċaqalqa minn Tripli lejn Tobruk; billi l-milizzji Iżlamisti ma jirrikonoxxux lill-Kamra tad-Deputati jew il-gvern il-ġdid u fformaw gvern u parlament għalihom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi nhar is-6 ta' Novembru 2014 il-Qorti Suprema Libjana fi Tripli ddeċidiet li l-elezzjonijiet ġenerali tal-25 ta' Ġunju 2014 kienu inkostituzzjonali u li għaldaqstant il-Kamra tad-Deputati f'Tobruk, li kellha r-rikonoxximent internazzjonali, u l-Gvern al-Thinni huma illegali u għandhom jiġu xolti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-Kamra tad-Deputati rrifjutat din id-deċiżjoni, waqt li qalet li din id-deċiżjoni toħroġ mil-limiti tal-mandat tal-qorti, li saret taħt pressjoni mill-milizzji Iżlamisti fi Tripli u li l-Kamra tad-Deputati u l-gvern se jibqgħu jiffunzjonaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema rriżultat fi sfida ulterjuri għall-unità tal-Libja, b'xi gruppi Iżlamisti li qed jappellaw għall-indipendenza għall-provinċja tal-Lvant ta' Ċirenajka;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi nhar id-19 ta' Diċembru 2014 Summit tal-G5 tas-Saħel bejn il-mexxejja tal-ħames stati membri tiegħu, il-Mawritanja, il-Mali, in-Niġer, iċ-Ċad u l-Burkina Faso, ippreżentaw talba uffiċjali lill-Kunsill ta' Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana biex jifformaw forza ta' intervent militari internazzjonali għal-Libja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi l-ġlied reċenti ffaċilita bil-kbir it-tixrid u l-insedjar ta' gruppi terroristiċi bħall-ISIS fil-pajjiż; billi, jekk ma jiġix indirizzat, dan jista' jirrappreżenta theddida ewlenija għas-sigurtà tar-reġjun u tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi nhar it-8 ta' Jannar 2015 il-fergħa Libjana tal-ISIL iddikjarat li wettqet l-eżekuzzjoni ta' żewġ ġurnalisti Tuneżini;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.     billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qed tkompli tmur lura fil-pajjiż kollu, inklużi każijiet ta' detenzjoni arbitrarja, ħtif, qtil illegali, tortura u vjolenza kontra ġurnalisti, uffiċjali, figuri politiċi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.     billi jeżistu rapporti ta' involviment estern fil-vjolenza fil-Libja, anki fil-forma ta' azzjoni militari u l-forniment ta' armi u munizzjon, kif ukoll azzjonijiet imwettqa li jaggravaw id-diviżjonijiet lokali, biex b'hekk iħallu impatt fuq l-istrutturi ta' governanza dgħajfa u għalhekk jippreġudikaw it-tranżizzjoni demokratika tal-Libja; billi xi Stati tal-Golf u xi atturi reġjonali oħrajn issa qegħdin jappoġġaw il-partijiet rivali fit-taqlib intern Libjan li qiegħed jiħrax;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.     billi r-Riżoluzzjoni 2174 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tawtorizza l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar ta' assi fil-konfront ta' "l-individwi u l-entitajiet li l-Kumitat ikun stabilixxa li huma involuti fi jew qed jipprovdu appoġġ għal atti oħra li jheddu l-paċi, l-istabilità jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jxekklu jew jippreġudikaw it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jikkundanna bl-aktar mod qawwi ż-żieda fil-vjolenza fil-Libja, u b'mod partikolari lill-aktar episodji riċenti ta' attakki minn milizzji u terroristi, inkluż il-bumbardament fatali ta' tanker taż-żejt fil-port ta' Derna nhar l-4 ta' Jannar 2015, l-attakk mill-ajru tat-28 ta' Diċembru 2014 fuq Misrata u l-ħtif ta' Nsara Koptiċi, li kollha jkomplu jippreġudikaw il-prospetti għal riżoluzzjoni politika paċifika u ritorn għall-proċess ta' tranżizzjoni lejn id-demokrazija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li l-kunflitt qed iwassal għal polarizzazzjoni politika ulterjuri u kriżi umanitarja dejjem tikber fil-Libja; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jieqfu mill-vjolenza, joqogħdu lura minn azzjonijiet li joħolqu aktar firda u polarizzazzjoni, jiddikjaraw pubblikament li mhumiex se jittolleraw azzjonijiet ta' dan it-tip u jfittxu soluzzjonijiet permezz ta' djalogu politiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Itenni l-appoġġ qawwi u sħiħ tiegħu għall-Missjoni ta' Appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja u r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, Bernardino León, fl-isforzi tagħhom biex jgħaqqdu lill-partijiet fil-konflitt flimkien fi djalogu nazzjonali inklużiv (il-proċess Ghadames), immirat lejn waqfien sħiħ mill-ġlied u pjan direzzjonali għat-tranżizzjoni lejn demokrazija li tippermetti l-parteċipazzjoni politika tal-partijiet ikkonċernati kollha, jippromwovu l-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u jżommu responsabbli lil min jippreġudika l-prospetti għal djalogu u min ikun responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali; jiddispjaċih li d-djalogu nazzjonali nnegozjat min-NU ġie kontinwament imdewwem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Kamra tad-Deputati eletta f'Tobruk bħala l-uniku parlament leġittimu b'segwitu għall-elezzjonijiet ta' Ġunju 2014; itenni l-appell tiegħu lill-Kamra tad-Deputati u l-gvern uffiċjali biex iwettqu l-kompiti tagħhom abbażi tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u biex jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv fi djalogu politiku nazzjonali inklużiv fl-interess tal-pajjiż kollu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jinsab ippreokkupat serjament minħabba l-preżenza dejjem akbar ta' organizzazzjonijiet u movimenti estremisti fil-Libja; jemmen li r-reġjun qiegħed fir-riskju li jispiċċa f'kaos qerriedi simili għal dak li qed jiġri fis-Sirja u fl-Iraq; jemmen li dawn il-gruppi jirrappreżentaw theddida ewlenija għall-istabilità u s-sigurtà tar-reġjun kollu, u anke għas-sigurtà tal-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jappella lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex ikomplu jappoġġaw l-isforzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u jwaqqfuh milli jkompli jinfirex aktar u milli jistabbilixxi bażijiet ġodda fil-Libja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jissottolinja l-impatt destabbilizzanti li l-kunflitt Libjan qed ikollu fuq pajjiżi oħra fir-reġjun tas-Saħel; jappella lill-pajjiżi ġirien u l-atturi reġjonali l-oħra biex jappoġġaw l-isforzi tal-UNSMIL indirizzati lejn id-djalogu u biex joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li tmur kontra dan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jappella għat-tkomplija tal-għajnuna umanitarja, finanzjarja u politika mill-UE u l-komunità internazzjonali biex jindirizzaw is-sitwazzjoni umanitarja fil-Libja, il-qagħda ta' min jiġi spostjat internatament u tar-refuġjati u dik taċ-ċivili li qed jaffaċċjaw taqlib fl-aċċess għas-servizzi bażiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Itenni l-appell tiegħu lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex teżamina mill-ġdid il-mandat tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri (EUBAM) fil-Libja, li attwalment tinsab inattiva u hi stazzjonata fit-Tuneżija, b'mod li titqies il-bidla drammatika fis-sitwazzjoni fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Ifakkar fir-Riżoluzzjoni 2174 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), adottata nhar is-27 ta' Awwissu 2014, li twessa' s-sanzjonijiet internazzjonali eżistenti fuq il-Libja biex jinkludu r-responsabilità kriminali ta' min jappoġġa jew ikun involut f'atti li "jheddu l-paċi, l-istabilità jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jxekklu jew jippreġudikaw it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha"; jappella lill-UE biex, bi qbil mad-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tat-30 ta' Diċembru 2014, tkun lesta timplimenta miżuri restrittivi kontra l-individwi u l-entitajiet li jkunu qed jalimentaw il-vjolenza; jappella lill-komunità internazzjonali biex tħejji wkoll għal miżuri ta' dan it-tip;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Ifakkar li l-partijiet kumbattenti għandhom jinżammu responsabbli u jiġu soġġetti għal prosekuzzjoni mill-qrati nazzjonali jew mill-Qorti Kriminali Internazzjonali, li għandha ġurisdizzjoni fuq id-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità, il-ġenoċidju u l-istupru bħala delitt tal-gwerra li jkunu twettqu fil-Libja mill-15 ta' Frar 2011, skont ir-Riżoluzzjoni 1970 tal-KSNU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jappella lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jikkoordinaw l-azzjoni tal-Istati Membri fil-Libja u jikkonċentraw l-appoġġ tagħhom fuq il-bini tal-istat u l-bini tal-istituzzjonijiet u biex, flimkien mal-Istati Membri, in-NU, in-NATO u s-sħab reġjonali, jgħinu fil-ħolqien ta' forzi tas-sigurtà effikaċi u taħt kmand u kontroll nazzjonali (forzi armati u forzi tal-pulizija) li jistgħu jiżguraw il-paċi u l-ordni fil-pajjiż, kif ukoll jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-inizjalar ta' ftehim ta' waqfien mill-ġlied u jfasslu mekkaniżmu għall-monitoraġġ tiegħu; jisħaq fuq il-fatt li l-UE jmissha wkoll tagħti prijorità għal assistenza fir-rifoma tas-sistema ġudizzjarja Libjana, kif ukoll f'oqsma oħrajn li jkunu kruċjali għall-governanza demokratika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Libjani għandhom jamministraw l-isfruttament u l-bejgħ taż-żejt u jappella lill-komunità internazzjonali biex toqgħod lura minn kwalunkwe tranżazzjoni ma' atturi oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jibqa' mħasseb dwar il-proliferazzjoni tal-armi, il-munizzjon u s-sustanzi splussivi u l-kuntrabandu tal-armi fil-Libja, li jġibu magħhom riskju għall-istabilità fil-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Ifaħħar lit-Tuneżija talli attwalment qed tospita madwar 1.5 miljun rifuġjat Libjan; jappella lill-UE biex tassisti lit-Tuneżija b'mod finanzjarju u loġistiku f'dan il-kompitu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Kamra tad-Deputati Libjani, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lil-Lega Għarbija u lill-Unjoni Afrikana.</p>
</Section></Motion>