<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>4.2.2015</Date><Ref>B8-0121/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Forum dwar il-Governanza tal-Internet</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2526(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124935">Michel Reimon</Author>, <Author id="124816">Julia Reda</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="125192">Curzio Maltese</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE547.525v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0121/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Forum dwar il-Governanza tal-Internet</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2526" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2526">2015/2526(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2005 dwar is-soċjetà tal-informazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 133 E, 8.6.2006, p. 140.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2008 dwar it-tieni Forum dwar il-Governanza tal-Internet<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 80.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji u l-Pjan ta' Azzjoni tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni (WSIS), adottata f'Ġinevra fit-12 ta' Diċembru 2003,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Lejn Sħubija Globali fis-Soċjetà tal-Informazzjoni: Mill-Prinċipji ta' Ġinevra għall-Azzjoni' (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2004-0480" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2004-0480">COM(2004)0480</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Impenn ta' Tuneż u l-Aġenda għas-Soċjetà tal-Informazzjoni, adottati fit-18 ta' Novembru 2005,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni b'segwitu tas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni fl-2006 (COM(2006)181),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-governanza tal-internet: il-passi li jmiss<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 33.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni NETmundial tad-Diversi Partijiet Interessati, ippreżentata fl-24 ta' April 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'Il-Politika u l-Governanza tal-Internet – ir-rwol tal-Ewropa fid-definizzjoni tal-futur tal- Governanza tal-Internet' (COM(2014)072),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mressqa mid-delegazzjoni tal-UE lill-Forum dwar il-Governanza tal-Internet li sar mit-2 sal-5 ta' Settembru 2014 f'Istanbul,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi kif nifhmuh aħna l-internet jikkostitwixxi spazju pubbliku li jrawwem id-demokrazija, id-diversità kulturali, id-drittijiet tal-bniedem, l-innovazzjoni u l-kummerċ, u huwa pilastru fundamentali tas-Suq Uniku Diġitali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-għan tal-Forum dwar il-Governanza tal-Internet (IGF) hu li jimplimenta l-mandat tas-Samit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni (WSIS), li jiddiskuti firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet marbuta mal-governanza tal-internet u, fejn ikun xieraq, li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-komunità internazzjonali, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi fl-20 ta' Diċembru 2014 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċidiet li testendi l-mandat tal-IGF għal ħames snin oħra, u billi d-diskussjoni u d-deċiżjoni dwar tiġdid ulterjuri tal-IGF se jsiru f’2015 fl-Assemblea Ġenerali tan-NU; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-Parlament bagħat delegazzjoni ad hoc għas-Summit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni fl-2005 u għal kull laqgħa annwali tal-IGF li saret wara, u b'hekk kellu sehem ewlieni fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej u l-interazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali li attendew dawn l-avvenimenti, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi f'April 2014 il-Laqgħa Dinjija ad hoc tad-Diversi Partijiet Interessati NETmundial dwar il-futur tal-Governanza tal-Internet fasslet sett ta' prinċipji għall-governanza tal-internet u pjan direzzjonali għall-iżvilupp fil-ġejjieni tal-ekosistema tal-internet; billi madankollu, hu meħtieġ mekkaniżmu aktar inklużiv u prevedibbli għall-partijiet interessati kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi fis-27 ta' Novembru 2014, il-Ministri tat-Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija tal-UE approvaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill li jissottolinjaw l-importanza ta' pożizzjoni Ewropea kkoordinata dwar il-governanza tal-internet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha r-responsabilità li tappoġġa l-IGF u li titnebbaħ mill-iskambji tagħha miegħu, għax dan se joffri kuntest pożittiv u konkret lit-tiswir tal-internet fil-ġejjieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jenfasizza li l-Parlament għandu jkompli jieħu sehem b’delegazzjoni sostanzjali, inklużi rappreżentanti mill-gruppi politiċi kollha, fil-laqgħat ġejjieni tal-IGF biex jikkontribwixxi b’mod effikaċi fit-tfassil ta’ approċċ koerenti u komprensiv tal-UE flimkien mal-Istati Membri u l-Kummissjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jisħaq li hu impenjat bis-sod li jsib l-aħjar mudell ta' governanza tal-internet; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-partijiet interessati rilevanti kollha biex isaħħu aktar il-governanza tal-internet billi jagħmlu l-atturi u l-proċessi fil-livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali aktar inklużivi, trasparenti u responsabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jikkontribwixxu biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati u jappoġġaw opportunitajiet indaqs ta’ parteċipazzjoni lill-organizzazzjonijiet kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jistieden lill-istituzzjonijiet konċernati tal-UE biex jagħtu prijorità lill-IGF fl-aġendi tagħhom u biex ikomplu jagħtu appoġġ finanzjarju lis-segretarjat tal-IGF, jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ organizzazzjoni effiċjenti u indipendenti li tkun kapaċi teżerċita l-mandat tagħha u tikkontribwixxi għall-mudell li qed jevolvi tal-governanza tal-internet; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jistieden lill-Assemblea Ġenerali tan-NU ġġedded il-mandat tal-IGF, issaħħaħ ir-riżorsi tiegħu u tkompli tiżviluppa l-mudell minn isfel għal fuq tal-governanza tal-Internet, biex ikunu żgurati l-inklużività, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-parlamenti nazzjonali.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>