<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>4.2.2015</Date><Ref>B8-0122/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar miżuri kontra t-terroriżmu</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2530(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Sophia in ‘t Veld, <Author id="125005">Javier Nart</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE547.526v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0122/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar miżuri kontra t-terroriżmu</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2530" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2530">2015/2530(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 7 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 4, 16, 20, 67, 68, 70, 71, 72, 75, 82, 83, 84, 85, 86, 87 u 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 6, 7, 8, 10(1), 11, 12, 21, 47-50, 52 u 53 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       – wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar il-linja politika tal-UE kontra t-terroriżmu: il-kisbiet ewlenin u l-isfidi tal-futur<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 45.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0418" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0418/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0418</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Rapport tal-Europol dwar is-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu fl-UE (TE-SAT) għas-sena 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Europol dwar it-Theddida mill-Kriminalità Organizzata ffaċilitata mill-Internet (iOCTA) għas-sena 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Europol dwar it-Theddida għall-UE mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA) għas-sena 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Opinjoni 01/2014 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Data dwar l-applikazzjoni tal-kunċetti tan-neċessità u tal-proporzjonalità u l-protezzjoni tad-dejta fi ħdan is-settur tal-infurzar tal-liġi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-24 ta' Settembru 2014 dwar theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżat minn atti terroristiċi (Riżoluzzjoni 2178 (2014)),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2012<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0173" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0173/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0173</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-programm ta' sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta' sorveljanza f'diversi Stati Membri u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u dwar il-kooperazzjoni transatlantika fil-Ġustizzja u l-Intern<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0230" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0230/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0230</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE 2010-2014 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0365" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0365">COM(2014)0365</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar it-tiġdid tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0102" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0102/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0102</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi r-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt huwa element essenzjali f'politiki antiterroristiċi li jirnexxu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-avvenimenti traġiċi reċenti f'Pariġi servew biex ifakkru li l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja theddida terroristika kontinwa u evoluttiva li fl-aħħar għaxar snin laqtet b'mod sever diversi Stati Membri tagħha b'attakki mmirati mhux biss kontra l-persuni iżda anke kontra l-valuri u l-libertajiet li fuqhom hija bbażata l-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi s-sigurtà hija wieħed mid-drittijiet garantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u jistħoqqilha dibattitu miftuħ u trasparenti sabiex jintlaħaq l-objettiv aħħari li tiġi assigurata s-sikurezza ta' kulħadd u jiġi żgurat li l-miżuri implimentati jkunu aċċettati legalment u pubblikament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni li twassal għall-vjolenza fuq medda twila ta' żmien għandha tibbaża ruħha fuq rispons trasversali, fil-livelli kollha, li jkun ibbażat ukoll fuq il-politiki ta' koeżjoni, l-edukazzjoni u, b'mod aktar ġenerali, il-politiki soċjoekonomiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi t-theddida terroristika fl-UE għandha dimensjoni kemm interna kif ukoll esterna; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-kobor tal-isfida li qed tiffaċċja l-Unjoni jitlob rispons li jidentifika b'mod ċar l-aktar livell ta' azzjoni xieraq u rilevanti, mingħajr ma jeskludi l-possibilità – jekk ikun meħtieġ – li jsiru adattamenti fit-Trattat, u li jżomm quddiem għajnejh il-bżonn li jiġu żgurati mekkaniżmi ta' superviżjoni demokratika fil-livelli kollha; billi n-nuqqas ta' definizzjoni ċara tal-kunċett ta' sigurtà nazzjonali ġiegħel regolarment lill-Istati Membri jillimitaw il-kondiviżjoni tal-kompetenzi, l-iskambju ta' informazzjoni u t-titjib tal-kooperazzjoni fil-livell Ewropew, għar-raġuni li s-suġġett tal-kwistjoni – is-sigurtà – jaqa' fl-ambitu ta' kompetenza tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi fil-każijiet kollha li seħħew f'dawn l-aħħar 10 snin, dawk li wettqu l-attakki kienu magħrufa mas-servizzi tal-intelligence u xi drabi mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nfushom, u billi ġew identifikati nuqqasijiet ċari fil-kondiviżjoni u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni disponibbli fost l-awtoritajiet, sew fil-livell nazzjonali u sew fil-livell Ewropew; billi l-frammentazzjoni tal-informazzjoni miżmuma fil-livell nazzjonali relatata ma' theddid terroristiku ma tħallix li jintuża l-potenzjal sħiħ tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi ċ-ċaqliq ta' riżorsi fi ħdan is-servizzi tal-intelligence favur enfasi akbar fuq il-ġbir indiskriminat ta' data u l-ħolqien ta' diversi bażijiet ta' data li jgħaqqdu flimkien ir-riżultati ta' programmi ta' ġbir fuq skala kbira affettwa l-kapaċità ta' dawn is-servizzi f'termini ta' intelligence umana – għodda li l-attakki tal-passat urew li kien hemm nuqqas kruċjali minnha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi n-natura evoluttiva mgħaġġla ta' reati kriminali transkonfinali serji bħat-terroriżmu sikwit kixfet il-limiti tal-kapaċità Ewropea fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, minħabba nuqqas ta' integrazzjoni fil-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u l-armonizzazzjoni limitata tal-qafas ġudizzjarju meħtieġa biex jittieħdu passi kontra dawk responsabbli bla telf ta' żmien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-istrateġiji ta' prevenzjoni biex jiġi miġġieled it-terroriżmu għandhom ikunu bbażati fuq approċċ pluridimensjonali mmirat direttament kontra t-tħejjija ta' attakki fit-territorju tal-UE, iżda li jintegra wkoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tat-terroriżmu, pereżempju billi jiġġieled ir-radikalizzazzjoni li twassal għall-vjolenza, jirrispondi għall-propaganda terroristika, jindirizza d-diskrepanzi fl-integrazzjoni soċjali u jidentifika fatturi kritiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi l-miżuri kontra t-terroriżmu li ttieħdu fl-UE sa mill-attakki tal-11 ta' Settembru 'l hawn ma ġewx dejjem implimentati b'mod effikaċi jew, minħabba l-kuntest speċifiku tal-adozzjoni tagħhom, ma qisux biżżejjed il-ħtieġa li jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali kollha u jillimitaw kull interferenza potenzjali ma' dawn id-drittijiet billi jirrispettaw il-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità fir-rigward tal-għanijiet imfittxija; billi fis-sentenza tagħha fil-każijiet konġunti C-293/12 u C-594/12 il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-Direttiva dwar iż-żamma tad-data kienet invalida;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi f'konformità ma' prattika leġiżlattiva tajba, il-preżentazzjoni ta' strumenti ġodda biex jiġi miġġieled it-terroriżmu għandha tiġi akkumpanjata minn evalwazzjoni dettaljata tal-għodod eżistenti u l-implimentazzjoni tagħhom, sabiex jiġu definiti d-diskrepanzi fl-implimentazzjoni u l-lakuni leġiżlattivi li jridu jiġu indirizzati ulterjorment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi tal-attakki terroristiċi reċenti f'Pariġi u lill-familji tagħhom, kif ukoll lill-vittmi tat-terroriżmu madwar id-dinja; jitlob lilll-Istati Membri jimplimentaw malajr u b'mod effikaċi d-Direttiva 2012/29/UE li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jadottaw pjan direzzjonali ġdid għall-ġlieda kontra t-terroriżmu li jistabbilixxi rispons effiċjenti għat-theddidiet eżistenti u jiżgura sigurtà effettiva għal kulħadd filwaqt li jiggarantixxi d-drittijiet u l-libertajiet li huma l-prinċipji kostituttivi tal-proġett Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi sħab jibbażaw l-istrateġija tagħhom għall-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali fuq l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali; jenfasizza, barra minn hekk, li l-azzjonijiet esterni tal-Unjoni biex tiġġieled it-terroriżmu internazzjonali għandhom jiffukaw l-ewwel u qabel kollox fuq il-prevenzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi d-djalogu, it-tolleranza u l-komprensjoni fost il-kulturi u r-reliġjonijiet differenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iwettqu evalwazzjoni komprensiva tal-miżuri tal-UE kontra t-terroriżmu u miżuri relatati, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħhom fil-liġi u fil-prattika fl-Istati Membri u dwar kemm l-Istati Membri jikkooperaw mal-aġenziji tal-UE f'dan il-qasam, b'mod partikolari l-Europol u l-Eurojust, u valutazzjoni korrispondenti tal-lakuni li għad fadal, bl-użu tal-proċedura prevista fl-Artikolu 70 tat-TFUE, u jippubblikaw din l-evalwazzjoni flimkien mal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">L-indirizzar tal-ħtiġijiet ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni u intelligence fil-livell tal-UE</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jappella biex jitwaqqaf korp Ewropew għall-kondiviżjoni, l-iskambju u l-komunikazzjoni proattiva ta' informazzjoni mis-servizzi tal-intelligence nazzjonali, bil-għan li fit-tul titwaqqaf sistema ta' kondiviżjoni obbligatorja ta' intelligence nazzjonali dwar theddid terroristiku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jirrimarka li għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn l-infurzar tal-liġi u l-ġbir ta' informazzjoni ta' intelligence għal finijiet ta' sigurtà nazzjonali; jinsisti li t-twaqqif ta' korp bħal dan għandu jkun akkumpanjat mill-ħolqien ta' bażi korretta tat-Trattat u qafas legali li jinkludi salvagwardji għad-drittijiet taċ-ċittadini u mekkaniżmi għas-superviżjoni demokratika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu possibbli mill-pjattaformi, il-bażijiet tad-data u s-sistemi ta' twissija eżistenti fil-livell Ewropew, bħas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Europol (EIS), il-Punt Fokali "Vjaġġaturi" tal-Europol u s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jinsisti li jiġu introdotti obbligi ulterjuri għall-Istati Membri, fosthom l-obbligu tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni relatata ma' reati kriminali serji u terroriżmu permezz tar-rappurtar tas-SIS, biex b'hekk titjieb l-effiċjenza ta' dawn l-għodod eżistenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jirrimarka li l-adozzjoni fil-futur ta' kwalunkwe strument li jinvolvi l-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin ta' data personali għal finijiet ta' infurzar tal-liġi għandha tibbaża ruħha fuq qafas ġenerali definit b'mod ċar għal dawn il-finijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jistieden lill-Kummissjoni terġa' teżamina l-proposta tagħha ta' qafas legali għall-ġbir ta' data mir-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri fl-UE kollha, sabiex din tkun konformi mal-liġi primarja tal-UE u tiġi allinjata mal-aktar ġurisprudenza reċenti; jappella għall-adozzjoni mgħaġġla u simultanja tal-pakkett dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż permezz tal-adozzjoni ta' approċċ ġenerali fil-Kunsill li jkun konsistenti mal-istandards minimi stabbiliti fid-Direttiva 95/46/UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jinsisti li, fil-futur, kwalunkwe strument li jiġi implimentat u li jinvolvi l-ġbir ta' data personali għandu jirrispetta l-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">It-titjib fis-sigurtà interna u fil-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jagħraf il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u r-rwol tal-Europol; jesprimi, f'dan ir-rigward, il-volontà tiegħu li jaħdem mal-Kunsill biex jintlaħaq ftehim dwar qafas legali ġdid għall-Europol; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra proposta għat-twaqqif ta' Ċentru Ewropew Kontra t-Terroriżmu fi ħdan l-Europol, li jikkumplimenta ċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (EC3) eżistenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jirrimarka li hu essenzjali wkoll li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiżgura l-professjonalità tal-korpi tal-puliżija, u li l-konformità tal-attivitajiet ta' sorveljanza u tal-pulizija mad-drittijiet fundamentali tiġi żgurata fil-livell Ewropew u nazzjonali; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas legali ġdid għall-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jinsisti li l-<span font-style="italic">acquis</span> ta' Schengen għandu jiġu ppreservat u mħares minn kull tentattiv biex it-theddida attwali għas-sigurtà tintuża politikament biex timmina l-moviment liberu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-għodod kollha diġà għad-dispożizzjoni tagħhom biex iqiegħdu ż-żona Schengen u t-territorju tal-Unjoni fiż-żgur, inkluż billi jiċċekkjaw id-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuni kollha – irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom – fil-fruntieri esterni tal-UE sabiex tiġi stabbilita l-identità tagħhom, u billi jikkonsultaw bażijiet tad-data rilevanti f'kull verifika, skont interpretazzjoni flessibbli tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen attwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jenfasizza li l-kwistjoni ta' awtorizzazzjoni mill-ġenituri għall-minorenni li jħallu t-territorju tal-Istat Membru fejn ikunu residenti, li attwalment hija applikata b'mod inkonsistenti madwar l-UE, għandha titqajjem ukoll sabiex jiġi vvalutat jekk huwiex meħtieġ permess obbligatorju fil-livell tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Jiddispjaċih li l-Kunsill jidher nieqes mill-volontà li jagħmel progress fir-rigward tal-istrateġija komprensiva proposta dwar iċ-ċibersigurtà, li tirrappreżenta l-viżjoni tal-UE dwar l-aħjar mod kif tista' tevita u twieġeb għal attakki ċibernetiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">L-adattament tal-qafas ġudizzjarju Ewropew biex tiġi indirizzata l-kriminalità transkonfinali serja</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jenfasizza li l-qafas ġudizzjarju fil-livell Ewropew biex jittieħdu passi b'mod effikaċi kontra dawk responsabbli minn reati kriminali transkonfinali serji bħat-terroriżmu jeħtieġ jiġi adattat u aġġornat; jagħti l-appoġġ tiegħu, f'dan ir-rigward, għal proċess leġiżlattiv effiċjenti maħsub biex mingħajr aktar dewmien titfassal Eurojust riformata, biex b'hekk jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni dwar prosekuzzjonijiet u kundanni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jemmen li għandha tiġi esplorata l-possibilità li jiġi introdott l-obbligu li f'każ ta' prosekuzzjoni fil-qasam tat-terroriżmu dan jiġi kkomunikat lill-Eurojust, u li għandhom jissaħħu s-sinerġiji bejn l-Eurojust u l-Europol fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jinsisti li t-tisħiħ tal-Eurojust għandu jiġi adottat b'mod parallel mal-proposta li tistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Jappella biex ikun hemm mandat usa' għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex dan ikopri ċerti kategoriji ta' reati kriminali transkonfinali serji, bħat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, biex ikun hemm rispons ġudizzjarju aktar effiċjenti u parti preventiva akbar fil-qasam tal-ġustizzja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Jilqa' l-adozzjoni fil-qrib fil-livell Ewropew ta' qafas legali aġġornat għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, bħala pass deċiżiv li għandu jiġu implimentat fil-livelli kollha sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tiegħu u b'hekk jiġi indirizzat sors sinifikanti ta' finanzjament għall-organizzazzjonijiet terroristiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.    Jinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-monitoraġġ u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u t-traffikar bħala parti minn strateġija komprensiva li tiffoka b'mod effikaċi fuq id-diversi sorsi ta' finanzjament li bħalissa jappoġġjaw organizzazzjonijiet u proġetti terroristiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.    Jitlob rieżami tad-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar (id-Direttiva 91/477/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2008/51/KE) sabiex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni f'dan il-qasam u jiġi kkoordinat aħjar ir-rispons Ewropew għal dan il-fenomenu; iqis li l-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar għandha tkun prijorità għall-UE fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali serja u organizzata; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">Il-ġlieda kontra l-kawżi bażiċi tat-terroriżmu u tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-vjolenza</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.    Jenfasizza li kwalunkwe rispons Ewropew fil-futur m'għandux jiffoka biss fuq id-dibattitu attwali dwar iż-żieda ta' miżuri ta' sigurtà u sorveljanza fil-konfront tat-terroriżmu; jirrimarka li l-ħtieġa li tiġi evitata u indirizzata r-radikalizzazzjoni li twassal għall-vjolenza hija ta' importanza primarja sabiex jintlaħaq l-għan fit-tul li l-Unjoni Ewropea tkun imħarsa mit-theddid terroristiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.    Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw il-fatturi li jaħtu għar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu li jwasslu għall-vjolenza, u fit-tfassil ta' strateġiji ta' prevenzjoni li jinkludu l-oqsma tal-edukazzjoni, l-integrazzjoni soċjali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, u d-djalogu interkulturali u interreliġjuż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.    Jitlob l-adozzjoni ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar strateġiji nazzjonali għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-vjolenza, li tkun tindirizza l-firxa wiesgħa ta' fatturi li jaħtu għar-radikalizzazzjoni u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar it-twaqqif ta' programmi ta' diżimpenn, riabilitazzjoni u deradikalizzazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.    Jinsisti li tingħata attenzjoni speċjali għall-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni, b'miżuri mmirati biex tiġi indirizzata r-radikalizzazzjoni f'dan l-ambjent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.    Jappoġġja l-adozzjoni ta' strateġija Ewropea għall-ġlieda kontra l-propaganda terroristika, in-netwerks radikali u r-reklutaġġ bl-internet, li tibni fuq l-isforzi li diġà saru u l-inizjattivi li diġà ttieħdu fuq bażi intergovernattiva u volontarja bil-għan li jkun hemm aktar skambji tal-aħjar prattiki u metodi ta' suċċess f'dan il-qasam, u li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kontronarrattiva mmirata lejn individwi li s-soltu jkunu fil-mira ta' dawk li jirreklutaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.    Jemmen bis-sħiħ li l-istrateġiji ta' prevenzjoni għandhom jiffukaw ukoll fuq l-appoġġ għall-mexxejja tal-komunità li jippromwovu d-deradikalizzazzjoni, billi tingħata prijorità lill-politiki mmirati lejn il-livelli lokali u komunitarji, inklużi l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' kontronarrattiva u strateġiji ta' komunikazzjoni għal udjenzi speċifiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.    Jinsisti li sabiex tkun effettiva u kredibbli, strateġija li tiffoka fuq il-kawżi bażiċi tat-terroriżmu u tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-vjolenza trid tibbaża ruħha wkoll fuq it-tisħiħ pożittiv tal-valuri fundamentali li fuqhom hi bbażata l-Unjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, l-adozzjoni ta' Patt ta' Governanza Demokratika tal-UE għall-ħolqien ta' strument vinkolanti u gradwali biex tiġi żgurata konformità effettiva mal-prinċipji tad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.    Jistieden lill-Kummissjoni tidħol f'kuntatt mal-partijiet ikkonċernati kollha tal-internet bil-għan li jiġu stabbiliti standards komuni fil-livell tal-UE u jiġi definit rispons ta' sigurtà għat-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe frammentazzjoni tal-internet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.    Jirrakkomanda t-twaqqif ta' Grupp ta' Tmexxija magħmul minn esperti u rappreżentanti tal-kumpaniji li jiddefinixxi rispons politiku kkoordinat li jindirizza l-kwistjonijiet ta' aċċess, it-tneħħija ta' kontenut u l-kooperazzjoni mal-pulizija u mal-awtoritajiet ġudizzjarji, u jirrakkomanda li l-UE sussegwentement tistabbilixxi standards komuni għall-kumpaniji biex jimplimentaw politiki ta' aċċess, kontenut u tneħħija b'mod uniformi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.    Jinnota li strateġija ta' rispons immirata lejn il-ħtiġijiet relatati mal-internet teħtieġ tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali – bħad-dritt għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data, proċess ġust u rimedji legali – jirċievu l-istess protezzjoni online kif ukoll offline;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">L-adozzjoni ta' strateġija esterna tal-UE għall-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.    Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jadotta strateġija esterna tal-UE għall-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali, sabiex jiġu indirizzati s-sorsi ta' terroriżmu internazzjonali u sabiex il-ġlieda kontra t-terroriżmu tiġi integrata fil-politika estera u ta' sigurtà komuni; jistieden lis-SEAE joħloq pożizzjoni ta' "attaché għas-sigurtà" fi ħdan id-delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.    Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżviluppaw strateġija ta' kooperazzjoni kontra t-terroriżmu ma' pajjiżi terzi filwaqt li jiżguraw li l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem ikunu rispettati, b'mod partikolari d-dritt għal proċess ġust;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">38.    Iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien, b'mod speċjali t-Turkija, fuq il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kontroll tal-fruntieri u l-migrazzjoni, inkluża politika Ewropea komuni fir-rigward ta' viżi bejn l-Istati Membri u t-Turkija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">39.    Jinnota l-fenomenu ġdid ta' gwerer ibridi, inkluża d-dimensjoni tat-terroriżmu appoġġjat mill-Istat u metodi ġodda ta' gwerra terroristika bħal attakki ekonomiċi u tal-informazzjoni kif ukoll attakki ċibernetiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">40.    Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanza fid-dinja kollha, il-promozzjoni ta' soluzzjonijiet paċifiċi għall-kriżijiet internazzjonali u interni u t-tafja tat-tbatija umana kull fejn tkun, u jħeġġeġ lill-UE ma tapplikax standards doppji fil-promozzjoni tal-valuri u l-objettivi fil-politiki esterni tagħna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">41.    Jappoġġja l-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Difiża Konġunta u Kooperazzjoni Ekonomika tal-Lega tal-Istati Għarab sabiex jiġu indirizzati l-perikli fir-reġjun Għarbi kollu li jirriżultaw mill-mewġa ta' mentalità ġiħadista estremista li qed tespandi permezz tal-Istat Iżlamiku (IS), il-Houthi fil-Jemen u gruppi oħra; jappella għal sforzi kontinwi biex l-atturi ewlenin fid-dinja Għarbija jipperswadu ruħhom biex jieqfu jistigaw gwerer fil-Libja, is-Sirja, l-Iraq u l-Jemen, ma jkomplux jagħtu appoġġ finanzjarju lill-milizzji u jfittxu soluzzjonijiet negozjati għall-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">42.    Iħeġġeġ aktar sforzi biex tinħoloq kapaċità difensiva Ewropea u tiżdied il-kooperazzjoni militari ma' pajjiżi ġirien u pajjiżi terzi strateġiċi, b'mod partikolari billi jingħataw assistenza ta' taħriġ, pariri tekniċi f'dan il-qasam, appoġġ għall-kapaċità offensiva u involviment militari dirett mal-forzi lokali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">43.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>