<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>4.2.2015</Date><Ref>B8-0132/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar miżuri kontra t-terroriżmu</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2530(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96780">Monika Hohlmeier</Author>, <Author id="118859">Roberta Metsola</Author>, <Author id="125065">Elissavet Vozemberg</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="96835">Traian Ungureanu</Author>, <Author id="107041">Heinz K. Becker</Author>, <Author id="96813">Barbara Matera</Author>, <Author id="125012">Daniel Buda</Author>, <Author id="124806">David McAllister</Author>, <Author id="28219">Daniel Caspary</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="97968">Andrey Kovatchev</Author>, <Author id="124730">Fernando Ruas</Author>, <Author id="96824">Monica Macovei</Author>, <Author id="119434">Dubravka Šuica</Author>, <Author id="112755">Andrej Plenković</Author>, <Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="96651">Eduard Kukan</Author>, <Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="28424">Tunne Kelam</Author>, <Author id="28124">Gunnar Hökmark</Author>, <Author id="124850">Emil Radev</Author>, <Author id="96747">Arnaud Danjean</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE547.537v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0132/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2530" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2530">2015/2530(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 7 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 4, 16, 20, 67, 68, 70, 71, 72, 75, 82, 83, 84, 85, 86, 87 u 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 6, 7, 8, 10(1), 11, 12, 21, 47-50, 52 u 53 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Ġunju 2014 dwar ir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE 2010-2014 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0365" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0365">COM(2014)0365</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Rapport tal-Europol dwar is-Sitwazzjoni u t-Tendenzi tat-Terroriżmu fl-UE (TE-SAT) għas-sena 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-24 ta' Settembru 2014 dwar theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkaważat minn atti terroristiċi (Riżoluzzjoni 2178 (2014)),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-UE, kif adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Frar 2010,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu fil-plenarja tat-28 ta' Jannar 2015 dwar il-miżuri kontra t-terroriżmu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Kunsill ĠAI informali li sar f'Riga, mid-29 sat-30 ta' Jannar 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar it-tiġdid tal-Istrateġija ta' Sigurtà Interna tal-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0102" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0102/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0102</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill ĠAI informali tal-11 ta' Jannar 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ĠAI informali tad-9 ta' Ottubru u l-5 ta' Diċmebru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu lill-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Novembru 2014 (15799/14),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għas-sena 2015 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0910" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0910">COM(2014)0910</ANCHOR>) tas-16 ta' Diċembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Jannar 2014 bit-titolu 'Il-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni għat-Terroriżmu u l-Estremiżmu Vjolenti: it-Tisħiħ tar-Reazzjoni tal-UE (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2013-0941" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2013-0941">COM(2013)0941</ANCHOR>),,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi t-Trattat ta' Lisbona ħoloq is-sisien għall-iżvilupp ta' politika tas-sigurtà tal-UE li hija kondiviża mill-qrib mill-UE u l-Istati Membri tagħha, abbażi tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-UE u l-Istati Membri tagħha primarjament għandhom responsabilità komuni li jiżguraw is-sigurtà u l-libertà taċ-ċittadini Ewropej u li jieħdu miżuri xierqa bil-għan li jipprevjenu atti li jipperikolaw il-ħajja; billi l-libertà u s-sigurtà huma objettivi li għandhom jiġu segwiti b'mod parallel, u billi, sabiex jinkisbu l-libertà u s-sigurtà, il-miżuri kontra t-terroriżmu għandhom ikunu msejsa fuq il-prinċipji tan-neċessità, il-proporzjonalità u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, u jikkonformaw mal-istat tad-dritt u l-obbligi internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi t-terroriżmu huwa theddida globali li teħtieġ li tiġi indirizzata fil-livell lokali, nazzjonali, Ewropew u globali sabiex tissaħħaħ is-sigurtà taċ-ċittadini tagħna, jiġu mħarsa l-valuri fundamentali tal-libertà, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u jiġi onorat id-dritt internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-moviment liberu fiż-żona Schengen huwa wieħed mil-legati l-aktar importanti tal-kostruzzjoni Ewropea; billi l-fruntieri esterni tagħna huma, tabilħaqq, fruntiera esterna waħda komuni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa nbidlet b'mod drammatiku f'dawn l-aħħar snin minħabba taqlib u kunflitti ġodda fil-viċinat immedjat tal-UE, l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġiji l-ġodda, u ż-żieda inkwetanti tar-radikalizzazzjoni li qed twassal għal vjolenza kiefra u terroriżmu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-bidla paradigmatika fin-natura u l-modalitajiet tat-terroriżmu - minn organizzazzjonijiet internazzjonalizzati, allinjati u ċentralizzati, għal netwerks u ċelloli awtonomi diffużi, imxerrda u deċentralizzati ta' individwi diżinteressati - tirrikjedi reazzjoni multilaterali u ambizzjuża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-UE, u ċerti Stati Membri b'mod partikolari, qed iħabbtu wiċċhom mat-theddida serja u dejjem tikber tal-hekk imsejħa 'ġellieda barranin', partikolarment individwi li jivvjaġġaw lejn stat li mhuwiex l-istat ta' residenza jew nazzjonalità tagħhom bl-iskop li jwettqu, jippjanaw jew iħejju atti terroristiċi, jew jipprovdu jew jirċievu taħriġ terroristiku, u dan isir ukoll b'rabta ma' kunflitti armati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-kwistjoni ta' 'ġellieda barranin' mhijiex fenomenu ġdid, iżda l-kobor tiegħu żdied b'mod drammatiku, bi 'l fuq minn 15 000 raġel u mara minn aktar minn 80 pajjiż madwar id-dinja, inklużi bejn 3 500 u 5 000 ċittadini tal-UE, wara li ħallew djarhom biex isiru ġellieda barranin malli faqqgħet il-gwerra u l-vjolenza fis-Sirja, l-Iraq u l-Libja, u b'hekk qed joħolqu sfida kbira għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-attakki reċenti f'Pariġi kienu atroċi u servew bħala tfakkira oħra tat-theddida tal-estremiżmu u r-radikalizzazzjoni għas-soċjetajiet liberi u miftuħa; billi dawk l-attakki kienu segwiti minn dimostrazzjonijiet min-naħa taċ-ċittadini tal-UE li rreaġixxew biex juru kemm hu importanti għalihom li jiddefendu l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jżommu l-UE bħala soċjetà sikura u mħarsa tajjeb;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-modus operandi li ntuża fl-attakki terroristiċi reċenti, u t-tagħmir u l-armi tan-nar sofistikati u militari li ntużaw, qajmu l-kwistjoni ewlenija tal-finanzjament li qed jingħata lill-attivitajiet tal-ġellieda barranin, il-faċilitazzjoni tal-ivvjaġġar tagħhom, u l-kummerċ illeċitu tal-armi tan-nar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi t-terroriżmu huwa theddida globali, li tolqot għadd kbir ta' pajjiżi, u eżempju reċenti ta' dan huwa l-attakk terroristiku kiefer li sar fuq il-Lukanda Corinthia ta' proprjetà Maltija fi Tripli, il-Libja, fejn il-missjoni ta' sostenn tan-Nazzjonijiet Uniti torganizza l-laqgħat tagħha, attakk li qatel minn tal-inqas disa' persuni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jikkundanna bil-qawwa u serjament l-attakki terroristiċi li saru dan l-aħħar f'Pariġi, u jesprimi l-kondoljanzi sinċieri u s-solidarjetà tiegħu lill-familji tal-vittmi ta' dawn l-attakki terroristiċi atroċi; ifakkar fir-responsabilità fundamentali tal-UE li tipproteġi u tappoġġa lill-vittmi tat-terroriżmu kollha fl-Unjoni, u għaldaqstant tappella għall-ġustizzja, ir-rikonoxximent u r-riparazzjoni għall-dawn il-vittmi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jisħaq fuq il-fatt li sabiex tiġi indirizzata t-theddida li tal-ġellieda barranin u t-terroriżmu b'mod ġenerali jeħtieġ li jsir patt kontra t-terroriżmu bbażat fuq approċċ multiplu, li jindirizza b'mod komprensiv fatturi fundamentali bħar-radikalizzazzjoni, jiżviluppa l-koeżjoni soċjali u l-inklużività, u jiffaċilita r-riintegrazzjoni billi jippromwovi t-tolleranza politika u reliġjuża, janalizza u jikkontrobilanċja l-inċitament li jsir online biex jitwettqu atti terroristiċi, jipprevjeni t-tluq ta' persuni li għandhom il-ħsieb li jissieħbu ma' organizzazzjonijiet terroristiċi, jipprevjeni u jwaqqaf ir-reklutaġġ u l-parteċipazzjoni f'kunflitti armati, jisfratta s-sostenn finanzjarju li jingħata lil organizzazzjonijiet terroristiċi u individwi li biħsiebhom jissieħbu magħhom, filwaqt li jiżgura li ssir prosekuzzjoni legali serja fejn xieraq u jipprovdi l-għodod adegwati lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex dawn iwettqu dmirijiethom b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jinnota bi tħassib l-użu dejjem jiżdied tal-internet u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni min-naħa tat-terroristi sabiex ixerrdu r-retorika mimlija mibegħda tagħhom, ikomplu jirradikalizzaw persuni diżinteressati u jirreklutaw aktar ġellieda biex jingħaqdu ma' organizzazzjonijiet terroristiċi bħal ISIL (Stat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante), al-Qaeda u d-diversi fergħat tagħha bħal Front al-Nusrah fis-Sirja, u jwettqu atti terroristiċi; iħeġġeġ lill-kumpaniji tal-internet u tal-midja soċjali jtejbu l-kooperazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jillimitaw l-aċċess għal materjal terroristiku online, u jindividwaw u jneħħu l-propaganda terroristika online, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw u jippromwovu b'mod urġenti kampanji ta' sensibilizzazzjoni bil-għan li jiġġieldu r-radikalizzazzjoni fuq l-internet permezz ta' sforz aktar b'saħħtu, proattiv u kreattiv maħsub biex jiżviluppa kontronarrattivi pożittivi u mmirati, kif ukoll jagħti bidu għal kampanji kontra l-mibegħda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkoordinaw b'mod effikaċi r-rispons immedjat tagħhom għat-theddida li dejjem qiegħda tikber tal-"ġellieda barranin" billi jadottaw miżuri komuni bħall-irtirar tal-passaporti f'każ ta' ċittadinanza doppja, il-konfiska tal-passaporti għal perjodu ta' żmien limitat, l-immarkar tal-karti ta' identità tal-ġiħadisti, l-introduzzjoni mill-ġdid tal-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar għall-minuri, l-irfinar tal-prosekuzzjonijiet ġudizzjarji (fejn jidħlu l-konverżjoni bl-iskop ta' sħubija mal-organizzazzjonijiet terroristiċi u t-taħriġ f'kampijiet tat-terroristi), u t-tfassil ta' lista sewda ta' ġiħadisti Ewropej u terroristi ġiħadisti suspetti; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tiġi intensifikata l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u jiġu appoġġati programmi ta' deradikalizzazzjoni billi ssir ħidma mal-komunitajiet u s-soċjetajiet ċivili fil-livell nazzjonali u lokali u lil dawn jingħatalhom il-jedd li jaġixxu bil-għan li jwaqqfu l-firxa ta' ideoloġiji estremisti;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ in-Netwerk ta' Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN), li jlaqqa' flimkien l-atturi kollha involuti fl-iżvilupp ta' kampanji kontra r-radikalizzazzjoni u jwaqqaf strutturi u proċessi ta' deradikalizzazzjoni għal dawk il-ġellieda barranin li jirritornaw, u jisfida l-ideoloġiji estremisti billi jipprovdi alternattivi pożittivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Josserva, bi tħassib kbir, il-fenomenu tar-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jimpenjaw ruħhom fil-proċess ta' iżolament ġenerali ta' priġunieri f'ħabsijiet, u jtejbu s-sistemi amministrattivi tal-ħabsijiet bil-għan li jiffaċilitaw id-detezzjoni tad-detenuti li huma involuti fit-tħejjija ta' atti terroristiċi, jimmonitorjaw u jipprevjenu l-proċessi ta' radikalizzazzjoni, u jistabbilixxu programmi speċifiċi ta' deradikalizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex f'din il-kwistjoni jikkondividu l-aħjar prattiki b'mod dirett jew permezz ta' aġenziji tal-UE relevanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li wieħed mill-attakki f'Pariġi twettaq b'mod intenzjonali kontra l-Lhud Ewropej u, għaldaqstant, kien ir-riżultat atroċi ta' forma ġdida ta' anti-Semitiżmu, li qed thedded id-diversità reliġjuża u etnika tal-Unjoni Ewropea; jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa n-neċessità tal-possibilità li tiġi revista d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI, bil-għan li jiġu indirizzati b'mod aktar effikaċi l-kwistjonijiet ta' persuni li qed jippriedkaw il-mibegħda u t-tixrid ta' forom gravi ta' diskors ta' mibegħda; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-firxa ta' mibegħda u priedki estremisti f'diversi kmamar tat-talb fi Stati Membri li qed jintużaw abbużivament għal skopijiet ta' radikalizzazzjoni, u jiġbed l-attenzjoni lejn l-effetti drammatiċi tagħha fuq iż-żieda tal-fundamentaliżmu fis-soċjetajiet tagħna; jistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri adegwati sabiex jimmonitorjaw b'mod serju u mill-qrib dan il-fenomenu, u jindirizzaw il-kwistjoni tar-reklutaġġ u l-finanzjament tal-imam minn pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi intensifikat id-djalogu mal-komunità Musulmana bil-għan li nwaħħdu l-isforzi tagħna biex niġġieldu l-fundamentaliżmu u l-propaganda terroristika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jistieden lill-Istati Membri kollha jipprevjenu l-moviment ta' individwi terroristi billi jsaħħu l-kontrolli mal-fruntieri esterni, jiċċekkjaw id-dokumenti tal-ivvjaġġar b'mod aktar sistematiku u effikaċi, jindirizzaw il-kwistjonijiet tat-traffikar illeċitu ta' armi u l-użu frodulenti tal-identità, u jidentifikaw iż-żoni li jinsabu f'riskju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jissottolinja t-tħassib tiegħu fir-rigward ta' rapporti dwar traffikanti tal-bniedem li qed jiffaċilitaw il-moviment tal-fundamentalisti u ċ-ċelloli terroristiċi lejn l-Ewropa, u jitlob lill-UE tagħti prijorità lill-ġlieda kontra n-netwerks ta' traffikar tal-bniedem u tinvestiga dawn in-netwerks bħala wieħed mis-sors li l-aktar iħalli qligħ għall-organizzazzjonijiet terroristiċi; jisħaq ukoll fuq il-fatt li l-organizzazzjonijiet terroristiċi ddiversifikaw il-fluss ta' dħul tagħhom billi jagħmlu użu mill-bejgħ u t-traffikar ta' nisa u tfal sabiex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom; jikkundanna b'qawwa dawn il-prattiki u jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex jindirizzaw serjament dawn l-attivitajiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Itenni l-impenn tiegħu favur il-prinċipju tal-moviment liberu fl-UE, u għaldaqstant jeskludi kwalunkwe proposta biex tiġi sospiża s-sistema Schengen, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex alternattivament japplikaw b'mod aktar sever ir-regoli eżistenti li diġà jinkludu l-possibilità li jiġu introdotti temporanjament l-kontrolli tad-dokumenti, u li jsir użu aħjar tas-sistema SIS II; jissottolinja l-importanza tal-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen il-ġdid, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-prerogattivi tiegħu sabiex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-acquis ta' Schengen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi definizzjoni armonizzata ta' "ġellieda barranin" u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex il-fatt li wieħed jivvjaġġa lejn żona ta' kunflitt biex jingħaqad ma organizzazzjoni terroristika jikklassifikawh fid-dritt intern tagħhom bħala reat kriminali serju, abbażi tad-definizzjoni proposta mir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, bil-għan li jippermettu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jressqu quddiem il-qorti u jippenalizzaw dan ir-reat fejn ikun il-każ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat tiegħu responsabbli, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, sabiex jipproċedi b'kunsiderazzjoni u adozzjoni ta' natura leġiżlattiva tad-direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-UE (PNR) li l-Kummissjoni pproponiet fl-2011, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex kwalunkwe suġġeriment siewi iqisuh bħala kwistjoni ta' urġenza, bil-għan li jintlaħaq ftehim malajr rigward direttiva dwar PNR tal-UE, li tipprevedi l-ogħla salvagwardji għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE filwaqt li tiżgura l-effiċjenza u l-effikaċità ta' din l-għodda fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, u jistedinhom ukoll jindirizzaw lill-plenarja b'mod f'waqtu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mill-aktar fis possibbli, direttiva ġdida dwar iż-żamma tad-data, u dan filwaqt li tqis kif xieraq id-deċiżjoni reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward id-direttiva dwar iż-żamma, li tirrikjedi konformità mal-proporzjonalità, in-neċessità u l-legalità sabiex tipprevedi qafas ġuridiku xieraq għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jinvestigaw, jipprevjenu u jindividwaw netwerks ta' kriminalità serja u terroriżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-kapaċitajiet uniċi tal-Europol billi jiżguraw li l-unitajiet nazzjonali tagħhom jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni relevanti b'manjiera aktar sistematika u regolari; jappella biex l-aġenzija Europol tiġi fdata bil-kompitu speċifiku li tidentifika materjal jew kontenut online ta' natura estremista jew terroristika illegali, u li tgħaddiha direttament lill-kumpaniji tal-internet u lill-midja soċjali sabiex jitneħħa; jappoġġa ulterjorment il-ħolqien fi ħdan l-Europol ta' pjattaforma Ewropea għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, bil-għan li jiġu massimizzati l-kapaċitajiet operazzjonali u tekniċi u l-kapaċitajiet ta' skambju ta' intelligence;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Itenni l-impenn tiegħu li jsaħħaħ il-miżuri sabiex jiġi identifikat, illokalizzat u sfrattat il-finanzjament tat-terroriżmu; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tqis ulterjorment li tintroduċi proposta leġiżlattiva għall-istabbiliment ta' sistema Ewropea ta' traċċar ta' finanzjament tat-terroriżmu (TFTS);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa, bħala kwistjoni ta' urġenza, ir-regoli eżistenti tal-UE dwar il-moviment tal-armi tan-nar illegali, apparati esplożivi u t-traffikar tal-armi marbut mal-kriminalità organizzata, u sabiex timla l-lakuna legali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-effikaċità u l-koordinazzjoni tar-ripons tal-ġustizzja kriminali pemrezz tal-Eurojust, tiġi armonizzata l-kriminalizzazzjoni ta' reati fl-UE marbuta mal-ġellieda barranin bil-għan li jiġi provdut qafas ġuridiku u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transfruntiera, sabiex jiġu evitati diskrepanzi fil-prosekuzzjoni u jiġu indirizzati l-isfidi prattiċi u legali fil-ġbir u l-ammisibilità tal-evidenza f'każijiet ta' terroriżmu, billi tiġi aġġornata d-Deċiżjoni Kwadru 2008/919/ĠAI;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jisħaq il-ħtieġa li tittejjeb, tiġi intensifikata u aċċellerata l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fl-isfera tal-infurzar tal-liġi globali; jirtira, fid-dawl taċ-ċirkostanzi l-ġodda u t-theddida terroristika imminenti, it-talba tiegħu li l-ftehim PNR bejn l-UE u l-Kanada jingħadda lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għal opinjoni, u jimpenja ruħu għall-adozzjoni ta' dan il-ftehim għal ċertezza ġuridika aktar b'saħħitha għal-linji tal-ajru tal-UE u ċ-ċittadini tagħha; jissottolinja ulterjorment il-merti li jiġu skjerati l-għodod xierqa kollha għal kondivizjoni akbar tal-intelligence u kooperazzjoni akbar bejn l-aġenziji mal-aktar alleati qrib tagħna, bħall-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u New Zealand;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jemmen li l-UE teħtieġ li tikkunsidra mill-ġdid id-dgħufija prevalenti li kkaratterizzat il-kooperazzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu ma' pajjiżi ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni li minnhom għaddew il-ġellieda barranin u r-riżorsi għas-sostenn tagħhom, bħall-Balkani tal-Punent, it-Turkija, il-pajjiżi tal-Golf u l-istati tal-Magreb, sabiex inwaħħdu l-isforzi tagħna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu permezz ta' kondiviżjoni akbar tal-informazzjoni u t-tagħlimiet miksuba, niġġieldu t-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar, nindividwaw il-finanzjament għat-terroristi, u niżviluppaw narrattiva ġdida biex niġġieldu l-estremiżmu u l-fundamentaliżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Jistieden lill-UE b'mod attiv tippromwovi sħubija globali kontra t-terroriżmu u taħdem mill-qirb mal-atturi reġjonali bħall-Unjoni Afrikana, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u l-Lega Għarbija, b'mod partikolari f'pajjiżi qrib is-Sirja u l-Iraq, kif ukoll man-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-Kumitat Kontra t-Terroriżmu tan-NU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Jisħaq fuq il-fatt li strateġija komprensiva tal-UE dwar miżuri kontra t-terroriżmu trid ukoll tagħmel użu sħiħ mill-politiki barranin u ta' żvilupp tagħha, sabiex tiġġieled il-faqar, id-diskriminazzjoni u l-marġinalizzazzjoni, tiġġieled il-korruzzjoni u tippromwovi l-governanza t-tajba u tipprevjeni u ssolvi l-kunflitti, li kollha jikkontribwixxu għall-marġinalizzazzjoni ta' ċerti gruppi u setturi tas-soċjetà, u b'hekk jagħmluhom aktar vulnerabbli għall-propaganda ta' gruppi estremisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>