<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>9.2.2015</Date><Ref>B8-0137/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-IS</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2559(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="97203">Ramon Tremosa i Balcells</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="125040">Beatriz Becerra Basterrechea</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="124707">Petr Ježek</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="124709">Martina Dlabajová</Author>, <Author id="124989">Fredrick Federley</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author>, <Author id="125038">Maite Pagazaurtundúa Ruiz</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="96922">Izaskun Bilbao Barandica</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE549.930v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0137/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-IS</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2559" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2559">2015/2559(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni dwar l-Iraq u s-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar l-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari dawk tal-15 ta' Diċembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-Iraq u s-Sirja tat-30 ta' Awwissu 2014, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-Iraq u s-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2139 (2014), 2165 (2014) u 2170 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u r-riżoluzzjoni S-22/1 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana tan-NU, intitolat "Rule of Terror: Living under ISIS in Syria", tal-14 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-4 ta' Frar 2015 dwar ir-rapporti perjodiċi kombinati (mit-tieni sar-raba' rapport) tal-Iraq,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iraq u s-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO tal-5 ta' Settembru 2014, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin li ġew adottati fl-24 ta' Ġunju 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Pariġi dwar is-sigurtà fl-Iraq tal-15 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra, u r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar tali sħubija<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0023" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0023/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0023</ANCHOR>.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-kriżi vjolenti li għadha għaddejja fis-Sirja bħala konsegwenza tal-vjolenza governattiva u terroristika kkawżat katastrofi umanitarja ta' kobor mingħajr preċedent fl-istorja, b'aktar minn 200 000 ruħ maqtula, il-biċċa l-kbira minnhom ċivili, aktar minn 7,6 miljun ruħ spustati internament, u 'l fuq minn 12,2 miljun Sirjan fi bżonn iddisprat ta' assistenza fis-Sirja; billi aktar minn 3,8 miljun Sirjan ħarbu minn pajjiżhom, prinċipalment lejn il-Libanu (1 160 468 rifuġjat), it-Turkija (1 623 839), il-Ġordan (621 773), l-Iraq (235 563) u l-Eġittu/l-Afrika ta' Fuq (160 772);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi s-sitwazzjoni umanitarja fl-Iraq ikkawżata mill-kunflitt li għaddej u l-vjolenza u r-repressjoni min-naħa tal-organizzazzjoni terroristika tal-Istat Iżlamiku (IS) għadha tiddeterjora, u billi aktar minn 5,2 miljun ruħ għandhom bżonn ta' assistenza umanitarja urġenti u aktar minn 2,1 miljun Iraqi huma spustati internament; billi 3,6 miljun ruħ qed jgħixu f'żoni kkontrollati mill-IS, li 2,2 miljun minnhom jinsabu fi ħtieġa urġenti ta' għajnuna, u billi l-aċċess għal dawn in-nies huwa partikolarment diffiċli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi bosta rifuġjati u persuni spustati internament mhumiex irreġistrati, b'hekk il-popolazzjonijiet mhux reġistrati huma mċaħħdin mill-għajnuna umanitarja u mill-miżuri ta' protezzjoni bażiċi tant bżonjużi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi, bl-użu tal-vjolenza brutali u indiskriminata, l-organizzazzjoni terroristika tal-IS ħakmet partijiet tal-Iraq tal-Majjistral, inkluża Mosul, it-tieni l-akbar belt tal-pajjiż, u billi mbagħad wettqet eżekuzzjonijiet sommarji ta' ċittadini tal-Iraq, imponiet interpretazzjoni riġida tax-Sharia, qerdet postijiet ta' qima u s-santwarji Xiiti, Sufi, Sunniti, Jażidi, Kurdi u Kristjani u kkommettiet atroċitajiet barbari kontra l-popolazzjoni ċivili, b'impatt partikolari fuq in-nisa u t-tfal; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi ex membri tal-persunal militari tal-armata tal-Iraq ingħaqdu mal-IS, u billi l-armata stess hija infestata mill-korruzzjoni, fatt li jostakola r-risposta effikaċi min-naħa ta' din tal-aħħar għall-IS;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi snin ta' repressjoni u politika identitarja kebbsu t-tensjonijiet etniċi u l-vjolenza li issa żbroffaw u b'hekk wasslu għal ksur gravi tad-dritt umanitarju internazzjonali min-naħa tal-partijiet fil-kunflitt bil-konsegwenza li l-Iraqin ta' kull etnija u twemmin reliġjuż qegħdin ibatu l-konsegwenzi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-organizzazzjoni terroristika tal-IS hija illeġittima u waqqfet l-hekk imsejħa "qrati tax-Sharia" illeġittimi fit-territorju taħt il-kontroll tagħha, li qegħdin japplikaw pieni krudili u inumani fil-konfront ta' rġiel, nisa u tfal; billi l-IS ippubblika kodiċi penali li jelenka r-reati punibbli b'forom ta' vjolenza barbara u medjevali bħall-amputazzjoni, it-tħaġġir u l-kruċifissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-IS nieda kampanji sistematiċi ta' tindif etniku fil-parti tat-Tramuntana tal-Iraq u fis-Sirja, u kkommetta delitti tal-gwerra, fosthom qtil sommarju tal-massa u serq ta' persuni tal-massa, kontra minoranzi etniċi u reliġjużi; billi n-NU diġà rrapportaw il-qtil immirat, il-konverżjoni furzata, il-serq ta' persuni, l-istupru, it-traffikar u s-sekwestru ta' nisa, l-iskjavitù ta' nisa u tfal, ir-reklutaġġ ta' tfal għal attentati suwiċidi u abbużi sesswali u fiżiċi u tortura; billi l-komunitajiet ta' Kristjani, Kurdi, Jażidi, Turkmeni, Xabaki, Kaka'i, Sabej u Xiiti, kif ukoll ħafna Għarab u Musulmani Sunniti, kienu fil-mira tal-IS;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-apostati u l-minoranzi LGBT kienu fil-mira u sottoposti għal vjolenza inumana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-attakki ta' ritorsjoni mill-milizzji Xiiti kienu diretti lejn lill-popolazzjonijiet Għarab Sunniti, u dawn il-milizzji kkommettew sekwestri, eżekuzzjonijiet sommarji, tortura, spustamenti tal-massa ta' eluf ta' familji b'impunità, kif dokumentat mill-Human Rights Watch; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) iddikjara li kważi 50 % tas-Sirjani kollha tilfu djarhom u 40 % tar-rifuġjati ġew imġiegħla jsofru kundizzjonijiet ta' għajxien inadegwati; billi skont in-NU, tlieta minn kull erba' Sirjani jgħixu fil-faqar u r-rata tal-qgħad hija aktar minn 50 %; billi żewġ terzi tar-rifuġjati Sirjani fil-Ġordan qed jgħixu taħt is-soll tal-faqar u 55 % tar-rifuġjati fil-Libanu jgħixu f'xelters kemm jiddobbaw; billi l-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra r-rifuġjati żdiedu fil-pajjiżi ospitanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi l-Lvant Nofsani nħakem minn xitwa qalila u l-UNHCR intensifika l-livell tal-assistenza tiegħu għax-xitwa billi nieda pjan tax-xitwa ta' USD 206 miljun biex jgħin lil miljuni ta' nies vulnerabbli fir-reġjun; billi, minkejja l-isforzi li saru, ħafna rifuġjati huma mġiegħla jgħixu f'bini mhux lest u f'xelters inadegwati li jesponuhom għal temperaturi taħt iz-zero, ħafna borra u riħ qawwi; billi madwar 740 000 Iraqi spustat internament qed jistkennu f'akkomodazzjoni inadegwata, u l-UNHRC qed jieħu provvedimenti biex jagħti lil 600 000 mill-persuni spostati għajnuna għax-xitwa fl-Iraq; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi l-UNICEF qiegħed iforni assistenza għax-xitwa fis-Sirja, fl-Iraq, fil-Libanu, fil-Ġordan u fit-Turkija lil 916 000 mill-1,3 miljun tifel u tifla kkonċernati; billi l-UNICEF u l-Programm Dinji tal-Ikel (WFP) f'Jannar 2015 nedew kampanja ta' għoti ta' assistenza fi flus għax-xitwa bil-għan li jagħtu JOD 14 lill-41 000 tifel u tifla rifuġjati vulnerabbli tal-kampijiet ta' Za'atari u Azraq biex ikunu jistgħu jixtru ħwejjeġ tax-xitwa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.     billi r-rapport tal-Kumitat tad-Drittijiet tat-Tfal tan-NU ppubblikat fl-4 ta' Frar 2015 jafferma li t-tfal qegħdin jintużaw bħala tarki umani u attentaturi suwiċidi u sottoposti għal tortura u mibjugħa bħala skjavi; billi ġew ukoll irrapportati bosta każijiet ta' eżekuzzjoni tal-massa ta' subien, dekapitazzjonijiet, kruċifissjonijiet u difniet ta' persuni ħajjin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.     billi meta t-temperaturi jitilgħu, jogħla r-riskju ta' epidemiji assoċjati ma' kundizzjonijiet sanitarji terribbli u aċċess limitat għal ilma tax-xorb sikur, partikolarment f'insedjamenti komuni u informali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.     billi fl-1 ta' Diċembru 2014 id-WFP kien imġiegħel jissospendi skema ta' għajnuna alimentari ta' importanza kruċjali għal aktar minn 1,7 miljun rifuġjat Sirjan kaġun ta' kriżi internazzjonali tal-finanzjamenti; billi d-WFP ġabar USD 88 miljun wara appell ta' urġenza u seta' jagħti assistenza alimentari lir-rifuġjati tal-Libanu, tal-Ġordan, tal-Eġittu u tat-Turkija; billi d-WFP jistima li 2,8 miljun ruħ fl-Iraq attwalment jeħtieġu assistenza alimentari; billi d-WFP waħdu kellu bżonn urġenti ta' USD 214,5 miljun għall-operazzjonijiet tiegħu fis-Sirja u fir-reġjun, li minnhom USD 112,6 miljun kienu meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet ta' assistenza alimentari għall-erba' xhur li jmiss;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.     billi, skont l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), il-produzzjoni ta' qamħ fit-territorju taħt il-kontroll tal-IS niżlet notevolment bħala konsegwenza tal-kunflitt, tal-ftit xita u tal-iskarsezzi ta' fjuwil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.     billi l-partijiet fil-kunflitt strumentalizzaw it-tbatija umanitarja bħala arma tal-gwerra u serqu prodotti li ġejjin mill-għajnuna u bigħuhom illegalment, u b'hekk kisru l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.     billi f'Novembru 2014 l-organizzazzjoni Human Rights Watch stimat li, mill-attakki tal-bidu ta' Awwissu 2014 'l hawn, aktar minn 3 133 Jażida, fosthom tfal, ġew issekwestrati u/jew maqtula mill-IS; billi aktar minn 50 000 Jażida ġew spustati u 300 minn dawk misruqa, il-biċċa l-kbira nisa u tfal, irnexxielhom jaħarbu l-jasar tal-IS; billi n-nisa Jażidi huma vittmi ta' vjolenza sesswali sistematika u tjassir; billi skont rapporti reċenti, in-nisa kkommettew suwiċidju wara li ġew stuprati jew mġiegħla jiżżewġu militanti tal-IS; billi l-irġiel ukoll kkommettew suwiċidju wara li kienu mġiegħla jaraw lil marthom u lil binthom jiġu stuprati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.     billi mhijiex disponibbli l-għajnuna psikoloġika tant meħtieġa għall-vittmi tal-kunflitt, fosthom il-vittmi ta' stupri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">U.     billi huwa ċar li s-servizzi ta' saħħa sesswali u riproduttiva integrata / vjolenza sesswali u tal-ġeneru huma neqsin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">V.     billi l-biċċa l-kbira tat-tfal rifuġjati u spustati ma għandhiex aċċess għall-edukazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">W.    billi, skont il-Kummissjoni, madwar 276 000 rifuġjat ippruvaw jidħlu fl-UE illegalment, il-maġġoranza tagħhom qasmet il-Mediterran fi vjaġġi perikolużi; billi, skont l-organizzazzjonijiet internazzjonali, kważi 2 % tar-rifuġjati għerqu matul il-vjaġġ; billi l-organizzazzjonijiet kriminali qegħdin iġorru r-rifuġjati fuq "dgħajjes fantażma" li jbaħħru sparati bla kontroll lejn l-UE bil-pilota awtomatiku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">X.     billi fid-9 ta' Diċembru 2014 f'Ġinevra saret Konferenza dwar ir-Risistemazzjoni li matulha l-gvernijiet intrabtu li jieħdu 100 000 rifuġjat Sirjan; billi skont il-UNHCR il-kontributi għadhom mhumiex se jkunu suffiċjenti biex ikopru l-ħtiġijiet ta' risistemazzjoni fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Y.     billi l-UE u l-Istati Membri tagħha mmobilizzaw aktar minn EUR 3,3 biljun għall-assistenza għas-sokkors u l-irkupru favur is-Sirjani f'pajjiżhom u favur ir-rifuġjati u l-pajjiżi ospitanti; billi fl-2014 biss, l-UE u l-Istati Membri tagħha kienu t-tieni l-akbar donatur umanitarju lill-Iraq, b'għotja ta' EUR 163 miljun; billi l-Mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili kien attivat fuq talba tal-Gvern tal-Iraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Z.     billi l-UE nefqet aktar minn dak li pprevediet biex taffronta l-esiġenzi umanitarji, u billi l-fondi mwiegħda minn bosta pajjiżi mhux tal-UE mhux dejjem ġew trasferiti fir-realtà; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AA.  billi, minkejja d-diversi appelli, il-komunità internazzjonali mhijiex qed jirnexxilha tissodisfa l-esiġenzi tas-Sirjani u tal-Iraqin u tal-pajjiżi li jagħtu kenn lir-rifuġjati; billi skont Kyung-wha Kang, Assistent Segretarju Ġenerali għall-Affarijiet Umanitarji tan-NU, l-operazzjonijiet tan-NU qegħdin ibatu minn nuqqas ta' finanzjamenti, inkwantu waslu biss 39 % taż-USD 2,3 biljun meħtieġa; billi l-UNHCR iddikjara li għadu diffiċli ferm li wieħed jopera fiż-żoni biex liċ-ċivili u lir-rifuġjati tingħatalhom l-għajnuna li għandhom bżonn;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AB.  billi l-aċċess għal, u l-għoti ta' għajnuna ta' emerġenza lil dawk li għadhom fiż-żoni tal-kunflitt u f'riskju f'bosta partijiet tal-Iraq għadhom jirrappreżentaw prijorità kruċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AC.  billi l-komunità internazzjonali għandha tagħti risposta propozjonata għall-isforzi militari, bl-iskop li ttaffi t-tbatija taċ-ċivili maqbudin fil-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AD.  billi jinħtieġ impenn mal-partijiet kollha involuti fil-kunflitt bil-għan li jiġi aġevolat l-aċċess umanitarju bla restrizzjonijiet u bbażat fuq prinċipji għaż-żoni milquta kollha u għall-persuni spostati internament, għar-rifuġjati u għall-komunitajiet milquta mill-kunflitt kollha f'żoni b'aċċess diffiċli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AE.   billi l-aġenziji tan-NU li joperaw il-programmi umanitarji għandhom jiggarantixxu risposta aktar integrata u aktar effiċjenti mil-lat tal-kostijiet għall-esiġenzi tal-popolazzjonijiet kollha kkonċernati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AF.   billi l-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni ser ikunu meħtieġa bħala element ta' miżuri ta' wara l-kunflitt u bħala pass lejn il-bini ta' governanza inklużiva, rappreżentattiva u demokratika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jikkundanna bis-saħħa l-ksur tal-waħx, sistematiku u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u l-abbużi kommessi mir-reġim ta' Assad u mit-terroristi tal-IS fl-Iraq u fis-Sirja, inklużi l-qtil ta' ostaġġi, kull forma ta' vjolenza kontra l-persuni abbażi tal-appartenenza reliġjuża jew etnika, u l-vjolenza kontra n-nisa u l-persuni LGBTI; jiddeplora t-twaqqif tal-hekk imsejħa "qrati tax-Sharia" illeġittimi fit-territorju taħt il-kontroll tal-IS; itenni l-kundanna assoluta tiegħu tat-tortura; jesprimi l-kondoljanzi profondi tiegħu lill-vittmi tal-atroċitajiet kommessi mill-IS u jappella għall-ħelsien immedjat tal-ostaġġi kollha; jikkundanna bis-saħħa l-abbużi kommessi mill-IS fuq it-tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jisħaq fuq il-fatt li l-gwerra li għaddejja bħalissa fis-Sirja u t-theddida reċenti maħluqa mill-IS jikkostitwixxu periklu gravi għall-persuni fl-Iraq u fis-Sirja, u għal-Lvant Nofsani kollu kemm hu; jistieden lill-UE tippreżenta strateġija reġjonali komprensiva biex tirbaħ lill-IS u tikkontribwixxi fl-isforzi komuni intiżi li jtaffu l-kriżi umanitarja u jtemmu l-kunflitt fis-Sirja u fl-Iraq; ifakkar li tinħtieġ risposta koeża bil-għan li tikkoordina l-aspetti kollha tal-intervent u tappoġġa lill-pajjiżi ospitanti, fosthom b'assistenza militari, umanitarja, ta' żvilupp u makroekonomika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Isostni l-kampanja globali kontra l-IS, u jilqa' pożittivament l-impenn tas-sħab fil-koalizzjoni biex jikkollaboraw fl-ambitu ta' strateġija komuni, multidimensjonali, fit-tul biex tegħleb lill-IS; jisħaq fuq il-fatt li l-assistenza biex tippermetti lill-pajjiżi tar-reġjun jikkumbattu l-estremiżmu vjolenti, flimkiem mal-istrumenti biex jiġi miġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu, għandha tkun parti minn din l-istrateġija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Iqis is-sitwazzjoni umanitarja tar-rifuġjati allarmanti u jistieden lill-komunità internazzjonali tagħti risposta umanitarja immedjata, ċara u effikaċi lill-kriżi u tirrikonoxxi ż-żieda qawwija fil-bżonnijiet umanitarji u d-diffikultà dejjem akbar tal-komunità internazzjonali biex tagħti fondi għall-għajnuna; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jenfasizza l-interkonnessjoni bejn il-kunflitt u t-tbatija umanitarja u r-radikalizzazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jisħaq fuq iċ-ċentralità tal-protezzjoni taċ-ċivili fi ħdan strateġija reġjonali komprensiva, u l-bżonn li jinżammu separati l-isforzi umanitarji u dawk militari/antiterroriżmu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lill-komunità internazzjonali tirdoppja l-isforzi tagħha fir-rigward tal-assistenza umanitarja; jitlob lill-UE tikkunsidra li tibda tlaqqa' konferenza tad-donaturi u teżerċita pressjoni fuq id-donaturi kollha bil-għan li żżomm wegħdietha u tirrispetta l-impenji tagħha malajr; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenji li ħadu l-Istati Membri tal-UE, bħala l-akbar donatur ta' għajnuna finanzjarja u wegħdiet għall-futur; jitlob żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-UE lill-programmi umanitarji tan-NU u jitlob lill-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jenfasizza, fid-dawl tal-kobor mingħajr preċedent tal-kriżi, li t-taffija tat-tbatija ta' miljuni ta' Sirjani u Iraqin li għandhom bżonn kenn, ikel u mediċini għandha tkun prijorità għall-UE u għall-komunità internazzjonali kollha kemm hi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jikkundanna t-tfixkil kostanti tat-tentattivi biex titqassam l-għajnuna umanitarja u jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jirrispettaw id-drittijiet universali tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, u partikolarment lill-IS u lir-reġim ta' Assad jaġevolaw il-forniment tal-għajnuna u tal-assistenza umanitarja permezz tal-kanali kollha, anki min-naħa għall-oħra tal-fruntieri u tal-linji tal-kunflitt, u jiggarantixxu l-inkolumità tal-istrutturi ċivili u s-sikurezza tal-persunal mediku kollu u tal-operaturi umanitarji kollha, konformement mad-diversi riżoluzzjonijiet tal-Kunflitt tas-Sigurtà tan-NU dwar din it-tema;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Huwa konvint li l-assistenza u l-protezzjoni umanitarji immedjati jeħtieġu jkunu parti integrali tal-istrateġiji fit-tul intiżi li jtemmu l-kunflitt u jsostnu d-drittijiet soċjoekonomiċi u l-opportunitajiet ta' għajxien tal-persuni rimpatrijati, tal-persuni spustati internament u tar-rifuġjati, fosthom in-nisa, bil-għan li jkunu żgurati tmexxija u parteċipazzjoni msaħħa, ħalli jingħataw is-setgħa li jagħżlu soluzzjonijiet dejjiema li jaqdu l-esiġenzi tagħhom; iqis li hemm bżonn jiġu indirizzati r-riskji speċifiċi u l-ħtiġijiet partikolari ta' gruppi differenti ta' nisa u tfal li huma soġġetti għal forom differenti u trasversali ta' diskriminazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jadottaw minnufih azzjonijiet speċifiċi biex jaffrontaw is-sitwazzjoni tan-nisa u tal-bniet fl-Iraq u fis-Sirja u jiggarantixxu l-libertà tagħhom u r-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom, kif ukoll jadottaw miżuri biex jipprevjenu l-isfruttament, l-abbuż u l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal, b'mod partikolari ż-żwieġ furzat tal-bniet; jinsab partikolarment imħasseb dwar iż-żieda ta' kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa, li qegħdin jintbagħtu l-ħabs, jiġu stuprati, jiġu abbużati sesswalment u jinbiegħu mill-membri tal-IS;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jappella għall-ħolqien ta' linja baġitarja u programmi biex jiġu affrontati b'mod komprensiv l-esiġenzi mediċi/psikoloġiċi u soċjali tas-superstiti tal-vjolenza sesswali u sessista fil-kunflitt li għaddej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Iħeġġeġ attenzjoni mġedda fuq l-aċċess għall-edukazzjoni, imfassla fuq il-bżonnijiet speċifiċi ġġenerati mill-kunflitt li għaddej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jistieden lill-aġenziji umanitarji internazzjonali li joperaw fl-Iraq u fis-Sirja, inklużi l-aġenziji tan-NU, iżidu l-forniment ta' servizzi mediċi u tal-konsulenza, inkluża l-kura u l-appoġġ psikoloġiċi, għall-persuni spustati li ħarbu mill-avvanzi tal-IS, b'attenzjoni partikolari tingħata lill-esiġenzi tal-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, jiġifieri s-superstiti tal-vjolenza sesswali u t-tfal; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jottemperaw għall-obbligi internazzjonali tagħhom biex jaċċettaw u jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-asil minn numru dejjem ikbar ta' rifuġjati Sirjani li qegħdin jirriskjaw ħajjithom biex jilħqu l-Ewropa; jistieden lill-UE tipprevjeni l-vjaġġi fatali fil-Mediterran, partikolarment billi timmira lill-kuntrabandisti u lit-traffikanti tal-bnedmin; jistieden lill-UE ssaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri esterni tagħha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-instabilità fis-Sirja, ikkawżata primarjament mill-gwerra brutali tar-reġim ta' Assad kontra niesu stess, ħalliet lill-IS jiffjorixxi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-involviment dejjem akbar tal-gruppi Iżlamisti estremisti u tal-ġellieda barranin fil-kunflitt fis-Sirja, iż-żieda fil-vjolenza fil-pajjiż u l-frammentazzjoni kontinwa u l-firdiet interni fi ħdan l-oppożizzjoni moderata; jafferma li soluzzjoni dejjiema teħtieġ, b'urġenza, tranżizzjoni politika permezz ta' proċess politiku inklużiv u mmexxi mis-Sirjani bl-approvazzjoni tal-komunità internazzjonali; jistieden lill-UE tieħu l-inizjattiva għal sforzi diplomatiċi għal dan il-għan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> 17.   Jistieden lill-mexxejja Iraqin il-ġodda jsarrfu f'realtà l-impenn tagħhom għal gvern inklużiv – gvern li jirrappreżenta l-interessi leġittimi u jvinċi l-esiġenzi umanitarji traġiċi tal-Iraqin kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Jappoġġa t-talba tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem biex tintbagħat b'urġenza missjoni fl-Iraq sabiex tinvestiga l-ksur u l-abbużi tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li kkommettew l-IS u l-gruppi terroristiċi assoċjati, u biex tistabbilixxi l-fatti u ċ-ċirkostanzi ta' dawn l-abbużi u l-ksur, bil-għan li tiġi evitata l-impunità u tiġi żgurata reponsabbiltà sħiħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jappella għat-twaqqif ta' mekkaniżmi biex jiġu dokumentati x-xhieda tal-vittmi, bil-għan li l-awturi tad-delitti jiġu proċessati quddiem qrati internazzjonali jew tribunali lokali għad-delitti tal-gwerra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jitlob miżuri ta' responsabbiltà ndaqs għall-partijiet kollha involuti fil-kunflitt, u aċċess għas-sostenn legali lill-vittmi kollha tal-ksur onnipreżenti; huwa tal-fehma li huwa ta' importanza fundamentali li tiġi garantita l-protezzjoni taċ-ċivili li jinsabu maqbuda mill-vjolenza u ma jistgħux jilħqu postijiet sikuri jew ma jistgħux jaċċedu għall-assistenza umanitarja li ssalva l-ħajja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>