<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>5.3.2015</Date><Ref>B8-0237/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2582(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124972">Ernest Urtasun</Author>, <Author id="96728">Barbara Lochbihler</Author>, <Author id="125003">Igor Šoltes</Author>, <Author id="125053">Jordi Sebastià</Author>, <Author id="124932">Josep-Maria Terricabras</Author>, <Author id="124933">Ernest Maragall</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE552.214v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0237/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2582" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2582">2015/2582(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem għall-Viċi President / Rappreżentant Għoli Federica Mogherini dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mis-Segretarju Ġenerali tal-UNASUR, l-eks President tal-Kolombja Ernest Samper dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu fil-mikro plenarja tal-25 ta' Frar 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-polarizzazzjoni politika dejjem tiżdied, il-kriżi ekonomika u l-iskarsezza tal-prodotti fil-Venezwela huma kwistjonijiet ta' tħassib kbir li jipperikolaw serjament l-istabilità dejjiema u l-futur paċifiku tal-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-vjolenza minn kwalunkwe naħa hija għodda totalment inaċċettabbli għall-ilħuq ta' għanijiet politiċi fi stat demokratiku; billi t-tentattivi sabiex tisfaxxa b'mod vjolenti l-ordni kostituzzjonali f'pajjiż partikolari jikkostitwixxu ksur ċar tal-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-arrest u d-detenzjoni tas-Sindku elett ta' Karakas u l-mexxej tal-oppożizzjoni Antonio Ledezma, kif ukoll l-allegazzjonijiet ta' intimidazzjoni tal-avversarji politiċi tul l-aħħar ġimgħat huma allarmanti u jkomplu jiggravaw is-sitwazzjoni diġà mqanqla ħafna fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi kull arrest, u speċjalment l-arrest ta' uffiċjal elett, għandu jkun imsejjes fuq ordni ġuridika ċara, ibbażat fuq akkużi li jistgħu jiġu verifikati u segwit minn proċess ġuridiku xieraq, f'każ li l-akkużi jiġu affermati; billi l-preżunzjoni tal-innoċenza hija indispensabbli għal proċess ġuridiku xieraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi stat demokratiku m'għandux jikkriminalizza l-mexxejja tal-oppożizzjoni politika u għandu jiggarantixxi l-parteċipazzjoni tas-setturi kollha fil-ħajja politika tal-pajjiż, kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem ta' dawk li jiddikjaraw li jagħmlu parti mill-oppożizzjoni, kif iddikjarat minn Human Rights Watch fl-24 ta' Frar 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-allegazzjoni li qed jitħejja kolp ta' stat, 'Operación Jericó', hija akkuża gravi ħafna, u billi l-awtoritajiet kompetenti ta' kull stat għandhom jiċċaraw u jimpedixxu tali operazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-investigazzjonijiet dwar l-akkużi attwali ta' tħejjija ta' kolp ta' stat għandhom jitwettqu malajr u b'mod imparzjali, u dawk responsabbli għandhom jiġu kkundannati rrispettivament mill-pożizzjoni u t-twemmin politiku tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi rvellijiet simili fit-toroq fil-bidu tal-2014 wasslu biex tħallas prezz għoli ferm ta' 43 persuna mejta, fosthom 33 ċivili u 10 persuni li jagħmlu parti mill-pulizija, l-armata jew servizzi pubbliċi oħra u 878 oħra midruba, bi proporzjon simili tal-vittmi bejn persuni ċivili u membri tal-forzi tas-sigurtà jew servizzi pubbliċi oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi żgħażugħ ta' erbatax-il sena bl-isem ta' Kluivert Roa, li skont missieru kien qiegħed hemm fost nies oħra u la kien favur u lanqas kontra l-gvern, inqatel b'tir f'rasu fl-24 ta' Frar 2015 matul dimostrazzjonijiet fil-belt ta' San Cristóbal fil-Punent tal-Venezwela, u kien l-ewwel persuna li nqatlet fil-kuntest tal-vjolenza relatata mal-protesti mindu l-Ministeru tad-Difiża adotta r-Riżoluzzjoni Nru 8610 f'Jannar, li tippermetti lill-forzi tas-sigurtà jużaw armi letali tul is-sorveljanza ta' dimostrazzjonijiet pubbliċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-UNASUR bħala l-aktar organizzazzjoni reġjonali sinifikanti, akkumpanjat l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u ħabbret li se tibgħat missjoni lejn il-pajjiż magħmula mill-ministri tal-affarijiet barranin tal-Brażil, il-Kolombja u l-Ekwador, u li għandha tiġi segwita minn sessjoni straordinarja tal-ministri tal-affarijiet barranin tal-organizzazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jesprimi l-kondoljanzi u s-solidarjetà tiegħu mal-familji u l-vittmi kollha tal-vjolenza ta' dan l-aħħar u tal-vjolenza li seħħet wara t-12 ta' Frar 2014, kif ukoll tal-polarizzazzjoni politika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jappella għal investigazzjoni rapida u imparzjali tal-każijiet mhux solvuti kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-akkużi kontra s-Sindku ta' Karakas; jitlob li jinħeles immedjatament jekk il-prosekuturi ma jressqux akkużi formali kontrih skont il-liġi u jekk l-allegazzjonijiet jirriżultaw li huma bla bażi, jew jekk l-akkużi ma jkunux ikkonfermati permezz ta' proċess imparzjali li jirrispetta bis-sħiħ l-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jenfasizza li jeħtieġ li tieqaf il-mewġa dejjem tikber ta' vjolenza fil-Venezwela, u li d-depolarizzazzjoni politika, it-tmiem tal-ansjetà politika u l-medjazzjoni fl-aspetti fundamentali kollha fil-qafas tat-tensjoni attwali tal-Venezwela huma elementi essenzjali għal soluzzjoni paċifika għall-pajjiż u għall-popolazzjoni tiegħu kollha kemm hi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Itenni li ma tistax tinstab soluzzjoni mingħajr ma jinżamm l-istat tad-dritt u mingħajr ir-rispett tal-ordni kostituzzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jinnota li wara l-mewt ta' Kluivert Roa, membru tal-pulizija ġie akkużat mill-prosekutur b'omiċidju intenzjonat, u jappella sabiex isir proċess skont il-liġi; jinnota li l-membri tal-Gvern Venezwelan ikkundannaw il-qtil; jenfasizza li l-forzi tas-sigurtà qatt m'għandhom jużaw armi letali sabiex jikkontrollaw id-dimostrazzjonijiet pubbliċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jesprimi l-fiduċja li għandu fil-kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UNASUR u fl-offerta tagħhom li jiftħu aktar mezzi ta' kooperazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jilqa' l-offerta għall-medjazzjoni li saret mill-UNASUR u s-sħab reġjonali tal-Venezwela; jesprimi l-fiduċja li għandu fil-kooperazzjoni mill-qrib u d-djalogu kostruttiv li għandu jinbeda mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UNASUR u fl-offerta tagħhom li jiftħu aktar mezzi ta' kooperazzjoni; itenni t-tama li għandu li ż-żmien ta' tħejjija għall-elezzjonijiet ikun wieħed paċifiku u li dawn isiru b'mod adegwat fil-Venezwela aktar tard din is-sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela u lis-Segretarjat tal-UNASUR.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>