<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>13.4.2015</Date><Ref>B8-0342/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar kommemorazzjoni Ewropea ta' għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2590(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28206">Jean-Marie Cavada</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author>, <Author id="125052">Juan Carlos Girauta Vidal</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="4253">Frédérique Ries</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE555.094v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0342/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar kommemorazzjoni Ewropea ta' għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2590" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2590">2015/2590(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 1987 dwar soluzzjoni politika għall-kwistjoni tal-Armenja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 190, 20.7.1987, p. 119.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tat-2 ta' April 2009 dwar il-kuxjenza Ewropea u t-totalitarjaniżmu<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 25.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi waħda mill-motivazzjonijiet ewlenin għall-moviment ta' unifikazzjoni Ewropea hija r-rieda li ma nħallux li gwerer u delitti kontra l-umanità jerġgħu jseħħu fl-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-Parlament Ewropew irrikonoxxa, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 1987, li l-ġrajjiet traġiċi li seħħew bejn l-1915 u l-1917 kontra l-Armeni fit-territorju tal-Imperu Ottoman jirrappreżentaw ġenoċidju kif definit fil-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-Parlament Ewropew enfasizza, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2009, l-importanza li l-memorji tal-imgħoddi jinżammu ħajjin, minħabba li l-ebda rikonċiljazzjoni ma tista' sseħħ mingħajr verità u tifkira;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi dan il-ġenoċidju ħalla effetti profondi u fit-tul fuq il-popolazzjonijiet ta' rifuġjati, b'mod speċjali fl-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-ġenoċidju Armen jieħu sinifikat saħansitra akbar fil-kuntest tal-kommemorazzjonijiet ta' għeluq il-mitt sena mill-Ewwel Gwerra Dinjija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jingħaqad fil-kommemorazzjoni ta' għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen fi spirtu ta' fratellanza, solidarjetà u ġustizzja Ewropea; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lis-soċjetà ċivili, lill-uffiċjali eletti, lill-assoċjazzjonijiet u lill-media wkoll biex jissieħbu f’din il-kommemorazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jingħaqdu mal-Parlament huwa u jfakkar dan iċ-ċentenarju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jirringrazzja lil dawk kollha li kkontribwew għar-rikonoxximent u l-memorja tal-Ġenoċidju Armen fi spirtu ta’ ftuħ u solidarjetà, u jistedinhom jibqgħu jaħdmu f’din id-direzzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jipproponi li jiġi stabbilit jum Ewropew ta' tifkira tal-Ġenoċidju, bil-għan li jerġa' jitfakkar id-dritt tal-popli kollha u tan-nazzjonijiet kollha madwar id-dinja għall-paċi u d-dinjità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>