<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>27.4.2015</Date><Ref>B8-0367/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-aħħar traġedji ta' vapuri ta' migranti fil-Mediterran</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2660 (RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96780">Monika Hohlmeier</Author>, <Author id="118859">Roberta Metsola</Author>, <Author id="125065">Elissavet Vozemberg</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="1179">Michèle Alliot-Marie</Author>, <Author id="72775">Rachida Dati</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="28397">Agustín Díaz de Mera García Consuegra</Author>, <Author id="96813">Barbara Matera</Author>, <Author id="28429">Alessandra Mussolini</Author>, <Author id="28257">Ivo Belet</Author>, <Author id="125012">Daniel Buda</Author>, <Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="96747">Arnaud Danjean</Author>, <Author id="58758">Elisabetta Gardini</Author>, <Author id="96775">Lara Comi</Author>, <Author id="119434">Dubravka Šuica</Author>, <Author id="124730">Fernando Ruas</Author>, <Author id="125670">Massimiliano Salini</Author>, <Author id="28451">Lorenzo Cesa</Author>, <Author id="124850">Emil Radev</Author>, <Author id="119436">Ivana Maletić</Author>, <Author id="112755">Andrej Plenković</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE555.141v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0367/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-aħħar traġedji ta' vapuri ta' migranti fil-Mediterran</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(2015/2660 (RSP))</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-flussi migratorji fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi ftit 'il barra minn Lampedusa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0448" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0448/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0448</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni, li sar fil-Parlament fil-25 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0105" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0105/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0105</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">_       wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni fuq għaxar punti dwar il-migrazzjoni tal-Kunsill Konġunt tal-Affarijiet Barranin u Affarijiet Interni tal-20 ta' April 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">_       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-summit speċjali tal-Kunsill tal-UE dwar il-kriżi tar-refuġjati fil-Mediterran tat-22 ta' April 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), b'dawn l-aħħar traġedji, 'il fuq minn 1 500 persuna mietu fil-Baħar Mediterran sa mill-bidu ta' din is-sena, u billi dan jindika għal darb'oħra l-bżonn li l-UE u l-Istati Membri jagħmlu dak kollu possibbli biex isalvaw il-ħajjiet tal-persuni li jinsabu fil-perikolu fuq il-baħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi madwar 700 migrant huma nieqsa u maħsuba mgħarrqa wara li d-dgħajsa tas-sajd tal-injam li fuqha kienu mgħaffġin nqalbet qrib il-Libja hekk kif bastiment merkantili Portugiż kien dirett lejhom biex jagħtihom l-għajnuna tard is-Sibt 18 ta' April; billi kien irrapurtat li wieħed mis-superstiti informa lill-awtoritajiet Taljani li seta’ kien hemm sa 950 persuna abbord; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi traġedja simili seħħet aktar kmieni dan ix-xahar, fejn kien irrapurtat li 400 migrant kienu tilfu ħajjithom fuq il-baħar meta inqalbet dgħajsa tas-sajd tal-injam b'madwar 550 persuna abbord; billi superstiti mill-għarqa tal-vapur irrappurtaw li l-bastiment inqaleb hekk kif il-persuni bdew jiċċaqilqu hekk kif raw vapur tas-salvataġġ riesaq lejhom; billi hu kkalkolat li terz tal-passiġġieri abbord kienu nisa u tfal li fil-mument tal-għarqa kienu jinsabu fl-istiva tal-bastiment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-forzi marittimi Taljani, il-Gwardja tal-Kosta Taljana, il-qawwa Navali Taljana u bosta bastimenti kummerċjali wettqu operazzjonijiet bla heda biex isalvaw lill-migranti fil-perikolu fuq il-baħar Mediterran, u salvaw madwar 10 000 migrant f'sitt ijiem mill-Ġimgħa, 10 ta' April sal-Ħamis 16 ta' April 2015; billi skont il-kalkoli tal-IOM, sat-Tnejn, 20 ta' April, l-għadd totali ta' migranti li laħqu l-kosta Taljana sa mill-1 ta' Jannar kien ta' 23 918;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi, fil-Greċja, li tifforma parti mill-punt tad-dħul tan-nofsinhar (southern gateway) għal migranti mhux dokumentati u għal dawk li jfittxu l-asil mill-Afrika u mill-Asja, l-għadd totali ta' immigranti salvati mill-Baħar Eġew mill-Gwardja Kostali tal-Greċja fl-ewwel trimestru tal-2015 kien ta' 10 445; Billi, barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Griegi, il-Gwardja Kostali Griega salvat 1 047 migrant fil-perikolu fil-weekend tat-18 u d-19 ta' April biss; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-Operazzjoni Konġunta "Triton" koordinata mill-Frontex, saret operattiva bis-sħiħ fl-1 ta’ Novembru 2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi aktar minn 24 400 migrant irregolari kienu salvati fuq it-traġitt tal-Mediterran ċentrali sa mit-tnedija tal-Operazzjoni Konġunta "Triton" f'Novembru 2014, inkluż kważi 7 860 bil-parteċipazzjoni tal-assi kofinanzjanti mill-Frontex;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-maġġoranza tal-migranti li deħlin jidhru li huma mill-Afrika sub-Saħarjana, l-Eritrea, is-Somalja u s-Sirja u kienu, fil-parti l-kbira tagħhom, salvati f’ibħra internazzjonali skont l-IOM;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-migranti kkonfermaw li kienu ġew miġbura minn kuntrabandisti fil-Libja fl-hekk imsejħa "djar ta' konnessjoni" (connection houses) u li kellhom jistennew hemmehekk għal madwar xahar; billi, skont l-IOM, huma rrapurtaw li kienu soġġetti b'mod sistematiku għall-vjolenza u l-abbuż mill-kuntrabandisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-kuntrabandisti u t-traffikaneti tal-bnedmin jisfruttaw il-migrazzjoni irregolari u billi dawn in-netwerks jipperikolaw il-ħajjiet tal-migranti għall-gwadann finanzjarju tagħhom, u huma responsabbli għal eluf ta' mwiet u jirrappreżentaw sfida serja għall-UE u għall-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi n-netwerks tal-kuntrabandisti joperaw b'impunità totali mit-territorji ta' pajjiżi terzi, u jiġġeneraw madwar EUR 20 biljun fis-sena fi profitti mill-attivitajiet kriminali tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi l-uffiċjali tal-Frontex u t-timijiet ta' salvataġġ irrappurtaw li, darbtejn din is-sena ġara li l-kuntrabandisti armati urew l-approċċ bla ħniena u kriminali tagħhom meta sparaw bosta tiri tul l-operazzjonijiet ta' salvataġġ fil-Mediterran ċentrali biex jirkupraw il-bastimenti vojta wara li l-immigranti li kienu qegħdin iġorru kienu salvati madwar 60 mil 'il bogħod mil-Libja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi skont il-Europol, il-gruppi kriminali organizzati li qegħdin jiffaċilitaw b'mod attiv it-trasport tal-migranti irregolari fil-baħar Mediterran, kellhom rabta mat-traffikar tal-bniedem, drogi, armi tan-nar u t-terroriżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.     billi fis-17 ta' Marzu 2015 il-Europol nediet it-Tim Operattiv Konġunt tagħha "Mare" biex tiġġieled kontra l-gruppi kriminali organizzati li qegħdin jiffaċilitaw il-qsim tal-migranti tal-Baħar Mediterran lejn l-UE bil-vapur; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.     billi l-instabilità fil-Libja tipprovdi l-ambjent ideali għall-attivitajiet kriminali tat-traffikanti u tal-kuntrabandisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.     billi l-espansjoni rapida tal-IS u tad-Daesh fiż-żoni ta' kunflitt tal-viċinat, fl-aħħar mill-aħħar se tħalli impatt fuq l-influss tal-massa tal-migranti tal-flussi tal-persuni spostati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jiddispjaċih għall-imwiet traġiċi ripetuti fil-Mediterran; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħmlu dak kollu possibbli ħalli jipprevjenu aktar imwiet fuq il-baħar; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw li l-obbligi ta' riċerka u ta' salvataġġ jitwettqu b'effikaċja u għalhekk jiġu ffinanzjati u mgħammra b'persunal b'mod adegwat fuq il-perjodu ta' żmien qasir, medju u fit-tul, bil-koordinament tal-Frontex;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Itenni l-ħtieġa li l-UE tintensifika l-kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltà u solidarjetà għal dawk l-Istati Membri li jirċievu l-ogħla numru ta’ refuġjati u ta' persuni li jfittxu l-asil f’termini assoluti jew f'termini proporzjonali; jistieden lill-Istati Membri jistandardizzaw il-kondizzjonijiet legali, finanzjarji u ta' akkoljenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jikkunsidra l-bżonn li l-politika tal-fruntieri tal-UE u tas-sigurtà tissaħħaħ b'mod immedjat u biex jitjieb il-funzjonament tal-Frontex u tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO); jistieden lill-Istati Membri jkomplu juru solidarjetà u impenn billi jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġits u l-operat ta' dawn l-aġenziji; jimpenja ruħu li jipprovdi lil dawn l-aġenziji bir-riżorsi (umani u ta' tagħmir) meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom permezz tal-baġit tal-UE u tal-fondi rilevanti tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw aktar il-possibilità ta' operazzjoni navali militari tal-UE u tan-NU 'l barra mill-kosta tal-Libja sabiex jinġieb fi tmiemu t-traffikar tal-bnedmin, jitkissru n-netwerks tal-kuntrabandisti u sabiex fl-aħħar mill-aħħar jiġu salvati l-ħajjiet; iqis li din l-operazzjoni għandha tippermetti wkoll il-ħtif sistematiku u l-qerda tal-bastimenti kollha wżati mill-kuntrabandisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Ifakkar li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali qawwija kontra t-traffikar u l-kuntrabandu tal-bnedmin kemm lejn l-UE kif ukoll fi ħdanha, u wkoll kontra individwi jew gruppi li jisfruttaw lill-migranti vulnerabbli fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jitlob lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-Europol, il-Frontex, l-EASO u l-Eurojust fil-ġlieda kontra t-traffikanti tal-bnedmin u tan-netwerks kriminali ta’ kuntrabandisti u biex jinstab u jiġi ntraċċat il-finanzjament tagħhom; jenfasizza l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, partikolarment dawk madwar il-Libja, hi indispensabbli jekk dawn in-netwerks kriminali għandhom jitkissru b'suċċess; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jilqa' t-Tim Operattiv Konġunt "Mare" li tneda mill-Europol biex jiġġieled kontra n-netwerks ta' kriminalità organizzata u tal-kuntrabandisti li jabbużaw mill-vulnerabilità tal-migranti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jistieden lill-Kummissjoni taġġusta s-sistema tal-asil eżistenti bil-ħolqien ta' kwota obbligatorja għad-distribuzzjoni ta' dawk li jfittxu l-asil fost it-28 Stat Membru darba li jinqabeż livell limitu ċar minn Stat Membru, abbażi ta' kriterji speċifiċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Itenni l-appoġġ tiegħu għall-isforzi kollha mmexxija min-NU u għall-attivitajiet diplomatiċi intiżi biex jistabbilixxu mill-ġdid l-awtorità tal-gvern fil-Libja, u l-impenn tagħha biex iżżid l-isforzi tagħha biex tindirizza l-konflitti u l-instabbiltà fil-Libja u s-Sirja bħala fatturi ta’ spinta ewlenin tal-migrazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jitlob koordinament aktar mill-qrib tal-politiki tal-UE u tal-Istati Membri sabiex jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku tal-UE, li jsaħħaħ il-koerenza tal-politiki interni u esterni tagħha u b’mod partikolari l-politika komuni barranija u ta’ sigurtà, il-politika tal-iżvilupp u l-politika dwar il-migrazzjoni; jitlob it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi sħab fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika biex jiġu promossi d-demokrazija, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, is-sigurtà u l-prosperità; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jenfasizza li jeħtieġ li jiġu indirizzati l-kawżi primarji ta’ vjolenza u ta' sottożvilupp fil-pajjiżi ta’ oriġini sabiex jitwaqqaf il-fluss ta’ refuġjati u migranti ekonomiċi; jinnota, f'dan il-kuntest, li t-tisħiħ sinifikanti tal-istrutturi ta' governanza bil-bini ta' istituzzjonijeit pubbliċi effikaċi u inklussivi, l-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni endemika fil-livelli kollha, kif ukoll il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ta' demokrazija ulterjuri, għandhom ikunu l-prijoritajiet ewlenin għall-gvernijiet kollha fil-pajjiżi tal-oriġni; jappoġġja bil-qawwa l-għażla tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali bħala setturi fokali ta' għajnuna għall-iżvilupp tal-UE fil-pajjiżi ta’ oriġini; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jenfasizza l-ħtieġa li l-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi, inkluż fl-Afrika Sub-Saħarjana, it-Tramuntana tal-Afrika u fil-Lvant Nofsani fil-qasam tal-infurzar tal-liġi, titfassal mill-ġdid fejn xieraq; jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi terzi jirrispettaw id-dritt internazzjonali rigward is-salvataġġ tal-ħajjiet fuq il-baħar, u jiżguraw il-protezzjoni tar-refuġjati u r-rispett tad-drittijiet fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jistieden lill-Kummissjoni tinforma l-popolazzjonijiet f'pajjiżi terzi, partikolarment fir-reġjun MENA, dwar ir-riskji u l-perikoli kkawżati min-netwerks ta' migrazzjoni illegali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jenfasizza l-fatt li l-kooperazzjoni mat-Turkija għandha tkun ta' prijorità fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar tal-bniedem u l-kuntrabandu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw il-possibbiltà ta' proċessar rapidu flimkien ma' pajjiżi terzi ta' tranżitu u oriġini, u ta' ritorn għal dawk li ma jikkwalifikawx għall-asil u l-protezzjoni fl-UE, filwaqt li jiġi żgurat li r-riżorsi jintużaw bl-aħjar mod għal dawk li jirrikjedu l-protezzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jitħeġġu l-politiki ta' ritorn volontarju filwaqt li tkun garantita l-protezzjoni tad-drittijiet għall-migranti kollha u jkun żgurat aċċess sigur u legali għas-sistema tal-ażil tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>