<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>27.4.2015</Date><Ref>B8-0372/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-anniversarju tan-nirien ta' fabbriki fil-Bangladexx u l-progress tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2589(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124730">Fernando Ruas</Author>, <Author id="4345">Tokia Saïfi</Author>, <Author id="28219">Daniel Caspary</Author>, <Author id="108080">Franck Proust</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="96933">Milan Zver</Author>, <Author id="28257">Ivo Belet</Author>, <Author id="96775">Lara Comi</Author>, <Author id="1922">Thomas Mann</Author>, <Author id="119434">Dubravka Šuica</Author>, <Author id="124926">József Nagy</Author>, <Author id="125107">Claude Rolin</Author>, <Author id="28429">Alessandra Mussolini</Author>, <Author id="96813">Barbara Matera</Author>, <Author id="4465">Raffaele Fitto</Author>, <Author id="124764">Giovanni Toti</Author>, <Author id="58758">Elisabetta Gardini</Author>, <Author id="119436">Ivana Maletić</Author>, <Author id="112755">Andrej Plenković</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE555.146v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0372/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-anniversarju tan-nirien ta' fabbriki fil-Bangladexx u l-progress tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà tal-Bangladexx</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2589" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2589">2015/2589(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni KE-Bangladexx tal-2001,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bangladexx, b'mod partikolari dik tat-23 ta' Mejju 2013<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0230" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0230/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0230</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Linji Gwida aġġornati tal-OECD tal-2011 għall-Intrapriżi Multinazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Patt Dinji tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol, l-ambjent u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Patt għal titjib kontinwu fid-drittijiet tax-xogħol u fis-sikurezza tal-fabbriki fl-industrija tal-ilbies u tax-xogħol tal-malja lesti fil-Bangladexx,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Johannesburg tan-NU dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli biex jitħeġġeġ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-Kummerċ u d-Drittijiet tal-Bniedem, li jistabbilixxu qafas kemm għall-gvernijiet kif ukoll għall-kumpaniji biex jipproteġu u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, u li ġew approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ġunju 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Patt dwar is-Sostenibbiltà għal titjib kontinwu fid-drittijiet tax-xogħol u fis-sikurezza tal-fabbriki fl-industrija tal-ilbies u tax-xogħol tal-malja lesti fil-Bangladexx,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi fl-24 ta' April 2013, 1 134 persuna mietu u mijiet oħra ndarbu meta ġġarraf il-bini Rana Plaza f'Savar, fil-Bangladexx; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi mill-inqas 112-il persuna mietu fin-nirien li ħakmu l-fabbrika ta’ Tazreen, fid-distrett ta’ Ashulia f'Daka, fil-Bangladexx, nhar l-24 ta’ Novembru 2012;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn 60 indarbu riċentement fil-Bangladexx wara li ġġarraf is-saqaf ta’ fabbrika tas-siment parzjalment mibnija, u billi diversi persuni mietu f’nirien f'fabbriki oħra li seħħew bejn l-2006 u l-2013;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Bangladexx: l-esportazzjonijiet lejn l-UE jirrappreżentaw 10 % tal-PDG tal-pajjiż u billi 90 % ta’ dawn l-esportazzjonijiet huma lbies lest li jikkorrispondu għal 60 % tal-esportazzjonijiet totali ta' lbies lest mill-Bangladexx u madwar xi 2.5 miljuni impjiegi fil-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi bħala wieħed mill-Pajjiż l-Anqas Żviluppati, il-Bangladexx jibbenefika minn aċċess bla dazju u bla kwoti għas-suq tal-UE għall-prodotti kollha tiegħu fl-ambitu tal-inizjattiva Kollox ħlief Armi (EBA), li tkopri 55 % tal-esportazzjonijiet tal-Bangladexx, li ħafna minnhom huma ħwejjeġ u tessuti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-industrija tal-ilbies lest hija xprun tat-tkabbir ekonomiku sostnut fil-Bangladexx, li matul l-aħħar għoxrin sea għenet biex il-faqar naqas minn 60 % għal 30 % tal-popolazzjoni, u billi s-settur jimpjega 4 miljun persuna, li madwar 80 % minnhom huma nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi aktar minn 5 000 persuna dipendenti tal-mejtin u s-superstiti tad-diżastru ta' Rana Plaza s'issa rċevew biss 40 % tal-kumpens dovut lilhom u billi minkejja li saru arranġamenti biex jitħallsu 30 % oħra tat-talba totali tagħhom, il-pagament finali għadu ma sarx minħabba nuqqas ta’ USD 9 miljun fil-finanzjament meħtieġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Settembru 2014 il-Parlament Ewropew<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi Adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0024" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0024/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0024</ANCHOR>.</p>
</footnote> iddispjaċih li l-arranġament ta’ kumpens volontarju permezz tal-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi ma kienx laħaq il-mira tiegħu, u nnota li mekkaniżmu mandatorju jkunu aktar ta’ benefiċċju għas-superstiti u l-qraba tal-vittmi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-ILO qed tappoġġja inizjattiva nazzjonali tal-Gvern tal-Bangladexx ta' spezzjoni tas-sikurezza strutturali, ta' kontra n-nar u tal-elettriku ta’ madwar 1800 fabbrika tal-ħwejjeġ lesti, li ħafna minnhom oriġinarjament kienu binjiet kummerċjali jew residenzjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-Qbil dwar is-Sikurezza kontra n-Nirien u s-Sikurezza tal-Bini tal-Bangladexx u l-Alleanza għas-Sikurezza tal-Ħaddiema tal-Bangladexx wettqu spezzjonijiet ta’ 1687 fabbrika li jaqdu lill-kumpaniji membri tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi hemm nuqqasijiet serji fit-trasparenza u t-traċċabilità fil-katina tal-provvista globali, u x-xogħol deċenti f’katini tal-forniment globali se jkun punt ewlieni fuq l-aġenda tal-Konferenza tal-ILO tal-2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tniedi Patt dwar is-Sostenibbiltà Globali kien element ewlieni fit-titjib tal-kundizzjonijiet għal ħaddiema tal-fabbriki tal-ħwejjeġ fil-Bangladexx, iżda hu meħtieġ aktar progress fl-implimentazzjoni tiegħu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Ifakkar lill-vittmi tan-nirien f'Rana Plaza u f'Tazreen, u jiddispjaċih ħafna għat-telf ta' ħajjiet tal-bnedmin; jenfasizza li dawn l-imwiet setgħu ġew evitati b'sistemi differenti u aqwa ta' sikurezza fuq il-post tax-xogħol;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lid-ditti internazzjonali responsabbli, lill-Gvern tal-Bangladexx u lir-rappreżentanti tal-industrija tal-Bangladexx biex jikkompletaw, f’waqtu, il-kumpens miftiehem u dovut lis-superstiti u lill-qraba tal-vittmi li mietu fit-traġedji msemmija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi lill-kumpaniji tat-tessuti internazzjonali bbażati fl-UE biex jikkontribwixxu għall-Fond Fiduċjarju tad-Donaturi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jilqa’ l-inizjattiva tal-UE li laqqgħet flimkien lill-gvern tal-Bangladexx, l-UE, l-Istati Uniti u l-ILO – "is-Sħab tal-Patt" – biex jiġi żgurat bidu ġdid fis-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u rispett għad-drittijiet tax-xogħol u l-promozzjoni ta' mġiba kummerċjali responsabbli fl-industrija tal-ilbies lest fil-Bangladexx;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jenfasizza li s-Sħab tal-Patt għarfu t-titjib li sar sa mit-tnedija tal-Patt dwar ir-rispett għad-drittijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-imġiba kummerċjali responsabbli, kif indikat fir-rapport ta' rieżami tal-implimentazzjoni u r-rendikont tal-progress tal-20 ta’ Ottubru 2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jirrikonoxxi li dan it-titjib jeħtieġ li jkompli jiġi żviluppat aktar peress li hemm għadd ta’ oqsma fejn jeħtieġ li jittieħdu aktar miżuri għall-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet deskritti fil-Patt, b’mod partikolari rigward ir-rispett tad-drittijiet tax-xogħol, l-ispezzjonijiet tax-xogħol, pagi deċenti, l-integrità strutturali tal-binjiet, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-imġiba kummerċjali responsabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lis-Sħab tal-Patt jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet speċifiċi u jsegwu l-implimentazzjoni tal-impenji tal-patt u t-twettiq tal-azzjonijiet imsemmija b’koordinazzjoni ma’ donaturi u partijiet interessati oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jemmen bis-sħiħ li l-kumpaniji kollha involuti fis-settur tal-ħwejjeġ fil-Bangladexx għandhom jirrispettaw l-istandards tax-xogħol tul il-katina kollha tal-provvista tagħhom, f’konformità mal-prinċipji ta’ Responsabbiltà Soċjali Korporattiva rikonoxxuti internazzjonalment u bi djalogu mar-rappreżentanti tal-ħaddiema;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenji kbar, segwiti b'azzjonijiet konkreti, li ħa l-Gvern tal-Bangladexx bħala reazzjoni għal dawn it-traġedji, b’mod partikolari r-reklutaġġ ta’ 153 spettur tax-xogħol, l-aġġornament tad-Direttorat ta’ Spezzjoni tal-Fabbriki, iż-żieda fil-paga minima għall-ħaddiema tas-settur tal-ilbies lest, l-adozzjoni tal-Att tax-Xogħol tal-Bangladexx tal-2013 għat-titjib tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-miżuri għal skema permanenti ta’ assigurazzjoni kontra l-korrimenti fuq ix-xogħol;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi inizjattiva dwar ktajjen ta’ provvista responsabbli fis-settur tal-ħwejjeġ fil-qafas tas-Sena Ewropea għall-Iżvilupp fl-2015, li tinvolvi l-partijiet interessati rilevanti kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx biex japplika għalkollox dawn ir-riformi u jimplimentahom kif suppost, u biex ikompli jaħdem għal aktar riformi fis-sistema tax-xogħol sabiex jiġu indirizzati l-oqsma li fihom hu mistenni progress ulterjuri; Jinsisti li l-Konvenzjonijiet 87 u 98 tal-ILO jeħtieġ jiġu rispettati bis-sħiħ u l-kopertura tagħhom għandha tiġi estiża għall-ħaddiema kollha, inklużi dawk li jaħdmu f’żoni tal-ipproċessar għall-esportazzjoni, li fihom l-għaqdiet tal-ħaddiema għadhom projbiti u fejn hu magħruf li l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma ħżiena ħafna, waqt li l-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza huma estremament baxxi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jistieden lill-Gvern tal-Bangladexx jiġġieled il-korruzzjoni, li tista' ddgħajjef l-effikaċja ta’ ħafna inizjattivi leġiżlattivi dwar is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol f’dak il-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jittama li din l-inizjattiva importanti ta’ Lulju 2013 tista' tiġi adottata u estiża għal pajjiżi oħra fid-dinja u għal oqsma kummerċjali oħrajn, biex ikunu prevenuti traġedji oħra u tissaħħaħ is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; F’dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibilità ta’ inizjattivi simili mas-sħab kummerċjali ewlenin tagħna, fejn l-ILO, is-setturi tan-negozju u l-gvernijiet jistgħu jaħdmu flimkien biex itejbu s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol b'mod ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-Gvern u l-Parlament tal-Bangladexx.</p>
</Section></Motion>