<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>27.4.2015</Date><Ref>B8-0384/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2660(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4436">Gianni Pittella</Author>, <Author id="96911">Tanja Fajon</Author>, <Author id="28251">Jörg Leichtfried</Author>, <Author id="96932">Birgit Sippel</Author>, <Author id="96952">Sylvie Guillaume</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="88882">Victor Negrescu</Author>, <Author id="124860">Renato Soru</Author>, <Author id="124723">Péter Niedermüller</Author>, <Author id="111014">Josef Weidenholzer</Author>, <Author id="124692">Demetris Papadakis</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="28379">Adam Gierek</Author>, <Author id="124725">Louis-Joseph Manscour</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="29579">Marc Tarabella</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="124800">Flavio Zanonato</Author>, <Author id="125046">Jonás Fernández</Author>, <Author id="96836">Peter Simon</Author>, <Author id="39711">Victor Boștinaru</Author>, <Author id="40224">Andi Cristea</Author>, <Author id="96917">Silvia Costa</Author>, <Author id="124788">Luigi Morgano</Author>, <Author id="124948">Siôn Simon</Author>, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="103488">Sergio Gutiérrez Prieto</Author>, <Author id="124883">Krystyna Łybacka</Author>, <Author id="124961">Theresa Griffin</Author>, <Author id="28340">Patrizia Toia</Author>, <Author id="124791">Daniele Viotti</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="125110">Nikos Androulakis</Author>, <Author id="124997">Soraya Post</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="28131">Anna Hedh</Author>, <Author id="124804">Elly Schlein</Author>, <Author id="118858">Marlene Mizzi</Author>, <Author id="124787">Renata Briano</Author>, <Author id="124847">Elena Gentile</Author>, <Author id="124846">Pina Picierno</Author>, <Author id="124821">Nicola Danti</Author>, <Author id="124793">Claudia Tapardel</Author>, <Author id="28346">Mercedes Bresso</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="113892">Eric Andrieu</Author>, <Author id="124864">Michela Giuffrida</Author>, <Author id="124944">Clare Moody</Author>, <Author id="96831">Jutta Steinruck</Author>, <Author id="96892">Roberto Gualtieri</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="38605">Iliana Iotova</Author>, <Author id="23868">Monika Flašíková Beňová</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="131051">Damiano Zoffoli</Author>, <Author id="112748">Biljana Borzan</Author>, <Author id="1849">Sylvia-Yvonne Kaufmann</Author>, <Author id="28307">Francisco Assis</Author>, <Author id="124817">Enrico Gasbarra</Author>, <Author id="124840">Jakob von Weizsäcker</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="4267">Udo Bullmann</Author>, <Author id="124747">Pedro Silva Pereira</Author>, <Author id="124970">Miriam Dalli</Author>, <Author id="124789">Sorin Moisă</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author>, <Author id="96991">Eider Gardiazabal Rubial</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="125020">Paul Tang</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="124803">Isabella De Monte</Author>, <Author id="124861">Caterina Chinnici</Author>, <Author id="124819">Goffredo Maria Bettini</Author>, <Author id="125042">Javi López</Author>, <Author id="124962">Afzal Khan</Author>, <Author id="124814">Simona Bonafè</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE555.158v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0384/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2660" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2660">2015/2660(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-eżitu tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' April 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2014<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0105" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0105/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0105</ANCHOR>.</p>
</footnote> dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2014-2907" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2014-2907">2014/2907(RSP)</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-diskors mill-President tal-Parlament Ewropew matul iż-żjara tiegħu f'Lampedusa fit-2 u t-3 ta' Ottubru 2014, biex ifakkar l-anniversarju tat-traġedja tat-3 ta' Ottubru 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu dwar iż-żjarat mid-delegazzjonijiet tiegħu f'Lampedusa f'Novembru 2011, fil-Ġordan fi Frar 2013 b'rabta mar-rifuġjati mis-Sirja, u fil-Bulgarija f'Jannar 2014 b'rabta mas-sitwazzjoni tal-persuni li jfittxu asil u r-rifuġjati b'mod partikolari mis-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dibattiti fis-sessjonijiet plenarji tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-politiki migratorji tal-UE fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi li seħħew ftit 'il barra minn Lampedusa, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dibattiti li saru, mill-bidu tal-leġiżlatura attwali, fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu fit-22 ta’ Lulju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force għall-Mediterran; fl-4 ta' Settembru dwar l-attivitajiet tal-Frontex fil-Mediterran u dwar it-Task Force fil-Mediterran; fl-24 ta' Settembru dwar il-Ħames Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil (2013)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0288" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0288">COM(2014)0288</ANCHOR>.</p>
</footnote> u dwar ir-rapport annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni Ewropea (2013), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran tal-4 ta' Diċembru 2013 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2013-0869" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2013-0869">COM(2013)0869</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/SWD-2014-0173" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/SWD-2014-0173">SWD(2014)0173</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014, fejn iddefinixxa l-linji gwida strateġiċi għall-ippjanar leġiżlattiv u operazzjonali għas-snin li ġejjin fi ħdan l-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni li jmiss, ippreżentati fil-15 ta' Lulju 2014 mill-President Juncker fis-sessjoni plenarja tal-Parlament,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-politiki Ewropej tal-immigrazzjoni tal-11 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-impenji meħuda mill-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza, is-Sur Avramopoulos, fis-smigħ tiegħu quddiem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fit-30 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-teħid ta' azzjoni biex jiġu ġestiti aħjar il-flussi migratorji, adottati fl-10 ta' Ottubru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapport ta' April 2012 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) dwar ħajjiet mitlufa fil-Baħar Mediterran, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapporti annwali tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Migranti, b'mod partikolari r-rapport ippubblikat f'April 2013 dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, u r-rapport ippubblikat f'April 2014 dwar l-isfruttament ta' ħaddiema migranti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi f'dawn l-aħħar ġimgħatejn mietu aktar minn elf migrant, b'aktar minn 30 000 fatalità potenzjali fil-Baħar Mediterran tul din is-sena, u dan skont stimi tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni li jindikaw għal darb'oħra l-ħtieġa li jsir kull ma hu possibbli biex jiġu salvati l-ħajjiet tan-nies li jinsabu fil-periklu, u l-ħtieġa li l-Istati Membri jżommu mal-obbligi internazzjonali tagħhom għas-salvataġġ fuq il-baħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi fi Frar 2015, is-Sirja, l-Afganistan u l-Iraq kienu fost il-pajjiżi ewlenin ta' oriġini tal-persuni li jfittxu asil, u billi aktar minn żewġ terzi minnhom għandhom dritt għal asil jew protezzjoni sussidjarja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> https://easo.europa.eu/wp-content/uploads/EASO-Newsletter-March-2015.pdf</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-pjan b'10 punti mħabbar fl-20 ta' April 2015 mill-Kummissjoni u l-Ministri tal-Affarijiet Barranin u l-Ministri tal-Intern u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' April 2015 kienu diżappuntanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-operazzjoni Mare Nostrum li kienet iddedikata biss għat-tfittxija u s-salvataġġ f'ibħra qawwija sabiex issaħħaħ l-attivitajiet ta' salvataġġ umanitarju fil-Mediterran salvat 150 810 migranti f'perjodu ta' 364 jum<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.marina.difesa.it/EN/operations/Pagine/MareNostrum.aspx</p>
</footnote>; billi d-dikjarazzjoni li l-operazzjoni kienet 'fattur ta' attrazzjoni' u li t-tmiem tagħha kien se jnaqqas l-għadd ta' migranti li jippruvaw jaqsmu l-Mediterran u ta' dawk li jmutu waqt li jippruvaw jagħmlu dan, kienet mingħajr bażi hekk kif l-għadd ta' migranti li waslu fl-2015 sa issa kien kunsiderevolment ogħla meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-operazzjoni konġunta Triton b'koordinament tal-Frontex, bdiet taħdem kompletament fl-1 ta' Novembru 2014, b'baġit inizjali ta' EUR 2.9 miljun fix-xahar biss, meta mqabbel ma' aktar minn EUR 9 miljuni għal Mare Nostrum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jesprimi dispjaċir u sogħba qawwija għat-telf traġiku ta’ ħajjiet fil-Mediterran;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jilqa' l-fatt li l-VP/RGħ u l-Presidenza Latvjana laqqgħu minnufih kunsill konġunt straordinarju tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin u l-Ministri tal-Intern fil-Lussemburgu, u li matulu sar l-ewwel dibattitu wiesa' dwar l-għażliet għas-salvataġġ tal-ħajjiet, il-ġlieda kontra l-kuntrabandisti u t-traffikanti u t-tqassim tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri għall-ilqugħ u l-protezzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jilqa' l-fatt li l-Istati Membru laqqgħu minnufih samit straordinarju sabiex isibu soluzzjonijiet komuni bi tweġiba għas-sitwazzjoni ta' kriżi fil-Mediterran; iqis madankollu ta' dispjaċir, li l-miżuri meħuda għadhom insuffiċjenti bil-bosta, u jħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-aġenziji kollha jieħdu azzjoni minnufih bi tweġiba għas-sitwazzjoni ta' kriżi fil-Mediterran, li għandha tkun ibbażata fuq is-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, kif iddikjarat fl-Artikolu 80 tat-TFUE, u fuq approċċ olistiku li jqis id-dimensjonijiet kollha tal-fenomenu, inklużi l-migrazzjoni sikura u legali, ir-rispett sħiħ tad-drittijiet u l-valuri fundamentali u l-kooperazzjoni ta' pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju tan-non-refoulement, f'konformità mad-dritt internazzjonali eżistenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kunsill Ewropew li jsaħħaħ l-operazzjoni tal-UE Triton permezz ta’ aktar fondi u assi; iħeġġeġ lill-UE tistabbilixxi mandat ċar għal Triton sabiex tespandi u żżid l-operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ tal-UE f'ibħra qawwija lil hinn mil-limitu ta' 30 mil, u dan sabiex jiġu salvati l-ħajjiet tal-migranti f'diffikultà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill Ewropew ma rnexxielux jistabbilixxi mekkaniżmu ta' solidarjetà vinkolanti u kredibbli madwar l-UE kollha li jinkludi skema ta’ risistemazzjoni obbligatorja flimkien ma’ rilokazzjonijiet ta’ emerġenza bejn l-Istati Membri; huwa essenzjali f'dan il-kuntest li ngħaddu għar-reviżjoni tar-Regolament ta' Dublin III sabiex tinħoloq kwota ġusta ta' distribuzzjoni bejn l-Istati Membri, ibbażata fuq il-PDG, id-daqs u l-popolazzjoni, ir-rati ta' qgħad, in-numru ta' rifuġjati diġà preżenti u, sa ċertu punt, l-għażla personali tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri sadattant jużaw bis-sħiħ il-kriterji previsti fir-Regolament ta' Dublin III, bħall-klawsoli dwar it-tfal mhux akkumpanjati, l-unifikazzjoni mill-ġdid tal-familja u dawk ta' diskrezzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jappella għat-traspożizzjoni rapida u sħiħa u l-implimentazzjoni effettiva tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil mill-Istati Membri parteċipanti kollha, biex b'hekk jiġu żgurati standards Ewropej komuni taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jenfasizza li fl-2014 kważi nofs il-persuni li kienu qed ifittxu l-asil u li waslu fl-Ewropa kienu intitolati għal asil jew protezzjoni sussidjarja jew ġew awtorizzati jibqgħu għal raġunijiet umanitarji; jenfasizza għalhekk, il-ħtieġa li jiżdied l-użu ta’ rotot sikuri u legali, bħal viżi umanitarji, u li jkun hemm skema ta’ risistemazzjoni obbligatorja kredibbli u sostanzjali madwar l-UE kollha, inkluża kwota vinkolanti għad-distribuzzjoni; jenfasizza li, apparti programm ta' risistemazzjoni b'saħħtu, l-Istati Membri għandhom jaqblu li jipprovdu rotot legali oħra, bħall-unifikazzjoni mill-ġdid u msaħħa tal-familja, skemi ta' sponser privati u arranġamenti flessibbli tal-viżi, inkluż għal raġunijiet ta' studju u xogħol; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jistieden lill-Kunsill tal-Ministri f'dan il-kuntest, biex jagħti bidu għad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja tal-2001 jew għall-Artikolu 78(3) tat-TFUE, li t-tnejn jipprevedu mekkaniżmu ta’ solidarjetà fil-każ ta’ flussi tal-massa jew f’daqqa ta’ persuni spostati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Ifakkar li l-asil hu dritt fundamentali tal-bniedem garantit mil-liġijiet u l-obbligi internazzjonali li jorbtu lill-Istati Membri kollha; jenfasizza għalhekk li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu akbar mill-proċeduri għad-dispożizzjoni tagħhom dwar kif jistgħu jittrattaw talbiet urġenti ta' protezzjoni, b'użu akbar tal-qafas ġuridiku eżistenti<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Fi tmiem l-2013, il-qorti ewlenija tal-UE (QtĠ-UE) kienet diġà ddikjarat fil-kawża Koushkaki li l-kodiċi attwali tal-viżi tal-UE jirrikjedi li l-Istati Membri joħorġu viżi lill-applikanti jekk jiġu ssodisfati l-kriterji għall-ħruġ tal-viża. Skont il-kodiċi attwali tal-viżi, viża LTV għandha toħroġ meta l-Istat Membru kkonċernat iqis li hu neċessarju għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali.</p>
</footnote>, inkluża l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-asil ippreżentati fil-konsli tagħhom f'pajjiżi terzi (mhux tal-UE);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-pajjiżi terzi, partikolarment dawk taħt pressjoni, permezz tal-bini tal-istituzzjoni u l-bini tal-kapaċità u b'mod partikolari permezz tal-appoġġ ta' sistemi tal-asil vijabbli u li jiffunzjonaw tajjeb; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Ifakkar li l-kooperazzjoni mill-qrib u s-sħubija mal-pajjiżi terzi tal-oriġini u tat-tranżitu huma essenzjali għad-definizzjoni ta' approċċ komprensiv għall-politika tal-migrazzjoni u tal-asil tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ iżidu l-isforzi għal kooperazzjoni mġedda mas-sħab strateġiċi fil-qafas eżistenti, bil-ħsieb li jiġu definiti azzjonijiet konġunti għall-ġlieda kontra n-netwerks kriminali, il-bini u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' protezzjoni u ta' asil għall-migranti mitluqa fir-rotot ewlenin u biex jiġu offruti għażliet sikuri għall-persuni li jikkwalifikaw għal protezzjoni internazzjonali, u dan b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jilqa' l-intenzjoni li jitlaqqa' samit bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana f'Malta, bil-parteċipazzjoni tal-pajjiżi Afrikani ewlenin kollha kkonċernati; ifakkar fil-ħtieġa li s-samit jindirizza mhux biss il-ġlieda kontra l-kuntrabandu u t-traffikar, iżda wkoll il-ħtieġa li jiġu żgurati l-aċċess għall-protezzjoni u l-asil u, b’mod aktar ġenerali, il-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni, inklużi l-faqar, il-kunflitti u l-persekuzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jilqa' l-isforzi tal-VP/RGħ fl-appoġġ tan-negozjati mmexxija min-NU għall-istabbiliment ta' awtorità ta' gvern fil-Libja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Ifakkar li l-migrazzjoni hija fenomenu globali u kumpless li jeħtieġ ukoll approċċ fit-tul li jindirizza l-kawżi fundamentali tiegħu, bħall-faqar, l-inugwaljanza, l-inġustizzja u l-kunflitt armat; iħeġġeġ lill-UE, l-Istati Membri tagħha u l-komunità internazzjonali jassistu fis-sejbien ta' soluzzjonijiet politiċi sostenibbli f'dawk il-pajjiżi li jinsabu f'kunflitt u jsaħħu d-djalogu politiku li jiġbor flimkien l-elementi kollha tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex jappoġġjaw istituzzjonijiet inklużivi u demokratiċi, jibnu r-reżiljenza tal-komunitajiet lokali u jippromwovu l-iżvilupp soċjali u demokratiku fil-pajjiżi tal-oriġini u fost il-popli tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jilqa’ b’sodisfazzjon l-idea ta’ pproċessar konġunt ta’ applikazzjonijiet għall-asil fi Stati Membri li qegħdin fil-fruntiera bl-appoġġ tat-timijiet tal-EASO; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu eżaminati l-possibbiltajiet ta' rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet dwar l-asil bħala sors addizzjonali ta’ solidarjetà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jenfasizza l-ħtieġa li, apparti l-punti msemmija hawn fuq, jiġu żviluppati azzjonijiet konġunti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-aġenziji rilevanti kontra n-netwerks kriminali tat-traffikanti migranti, u dan sabiex ma jkunux jistgħu jaqilgħu l-flus billi jpoġġu f'riskju l-ħajjiet tal-migranti; jistieden lill-VP/RGħ u l-Kummissjoni jżidu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi tal-oriġini u ta' tranżitu f'assoċjazzjoni mal-aġenziji tal-UE u n-NU rilevanti u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Ifakkar li l-għan ta' din ir-riżoluzzjoni huwa li jiġu indirizzati l-avvenimenti traġiċi reċenti fil-Mediterran u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' April 2015, u li jiġi propost sett ta' miżuri urġenti li għandhom jittieħdu minnufih, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, li huwa l-kumitat kompetenti fi kwistjonijiet bħal dawn, bħalissa qed ifassal rapport li se jirrifletti l-orjentazzjoni politika tal-Parlament fuq perjodu medju u fit-tul b'rabta mal-migrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u tressaq aġenda Ewropea ambizzjuża dwar il-migrazzjoni bbażata fuq approċċ olistiku u s-solidarjetà, li tkun tqis il-miżuri u l-proposti inklużi f'din ir-riżoluzzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>