<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>27.4.2015</Date><Ref>B8-0397/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Maldive</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2662(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="117477">Mark Demesmaeker</Author>, <Author id="4513">Geoffrey Van Orden</Author>, <Author id="124825">Beatrix von Storch</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE555.171v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0397/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Maldive</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2662" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2662">2015/2662(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Lokali Konġunta tat-30 ta' Settembru 2014 dwar Theddid għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem fil-Maldive, maħruġa mid-Delegazzjoni tal-UE u l-Ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE, in-Norveġja u l-Isvizzera f'Colombo akkreditati għall-Maldive;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Marzu 2015 mill-President tad-Delegazzjoni tal-Asja t’Isfel dwar l-arrest tal-ex-President Nasheed fil-Maldive u l-ittra tal- 10 ta' April 2015 tal-President tal-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Barranin lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Maldive,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi fit-13 ta' Marzu 2015, Mohamed Nasheed, l-ewwel President tal-Maldive elett b'mod demokratiku, li għandu passat personali twil bħala persuna ddedikata għat-taqbida nonvjolenti u d-demokrazija pluralistika, ġie kkundannat 13-il sena ħabs taħt akkużi ta' terroriżmu motivati politikament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-arrest ta' Nasheed wasal ftit ġimgħat biss wara li alleat ewlieni telaq il-koalizzjoni governanti tal-President fil-kariga Abdullah Yameen biex jingħaqad mal-oppożizzjoni ta' Nasheed, il-Partit Demokratiku Maldivjan (PDM);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-proċess kontroversjali naqas milli jissodisfa l-istandards nazzjonali u internazzjonali tal-ġustizzja, minkejja l-appell tan-Nazzjonijiet Uniti għal ġustizzja u trasparenza fil-proċedimenti ġuridiċi kontra l-ex-President Nasheed; billi huwa ġie maltrattat fiżikament barra l-awla tal-qorti u ta' spiss kien imċaħħad minn rappreżentanza legali, il-qorti rrifjutat li tisma' evidenza mix-xhieda ta' difiża tiegħu stess, it-tim legali tiegħu ma ngħatax żmien biżżejjed biex jibni difiża kontra l-akkużi, u l-Qorti Kriminali tirrifjuta li tgħaddi r-rapport tal-każ lit-tim ta' difiża tiegħu, li huwa meħtieġ biex ikun jista' jitressaq appell;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-ġudikatura ferm politiċizzata tal-Maldive, li ta' spiss hija nieqsa minn kwalifiki legali rikonoxxuti, kienet il-kawża ta' tħassib għal bosta snin, peress li l-imħallfin, u b'mod partikolari membri tal-Qorti Suprema — il-gwardjani tal-Kostituzzjoni –, matul is-snin abbużaw mis-setgħat tagħhom u aġixxew favur il-partit governanti attwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-liġi adottata reċentement mill-Parlament tal-Maldive, li tneżża lill-persuni li jiskontaw sentenzi mis-sħubija tal-partiti politiċi tagħhom, hija mfassla biex iżomm lill-ex-President Nasheed milli jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali tal-2018;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-proċess tal-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013 kien vizzjat b'irregolaritajiet, dewmien, interferenza ġudizzjarja fl-iskedar taċ-ċikli u t-tmexxija tal-elezzjoni, raids fuq lill-Kummissjoni Elettorali Indipendenti, u intimidazzjoni politika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi persuni politiċi tal-oppożizzjoni, bħall-ex-Ministru tad-Difiża Tholath Ibrahim, u rivali fi ħdan il-partit u l-gvern ta' koalizzjoni ta' Yameen Abdul Gayoom stess, bħal Mohamed Nazim, ġew ikkundannati bl-għajnuna tal-ġudikatura politiċizzata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-politiċi fl-oppożizzjopni qed ikomplu jiġu intimidati fuq bażi regolari, u billi rapport reċenti tal-Kumitat għad-Drittijiet tal-Parlamentari tal-Unjoni Interparlamentari jidentifika lill-Maldive bħala wieħed mill-agħar pajjiżi fid-dinja għall-attakki, it-tortura u l-intimidazzjoni kontra membri parlamentari tal-oppożizzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi r-reġim jisfida l-libertà ta' għaqda billi jrażżan brutalment lil dawk li jappoġġjaw lil Nasheed; billi minn Frar 'l hawn ġew arrestati mill-inqas 140 manifestant paċifiku, u dawn ġew meħlusa biss fuq kundizzjonijiet li jillimitaw bil-kbir id-dritt tagħhom li jieħdu sehem f'dimostrazzjonijiet oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi t-taqlib politiku qed ifeġġ fi żmien ta' tħassib dwar spirtu militanti Iżlamiku li qed jiżdied fil-Maldive u dwar l-għadd ta' żgħażagħ irġiel radikalizzati li allegatament saru membri tal-ISIS; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi l-libertà tal-istampa ġiet inibita serjament f'dawn l-aħħar snin u tliet ġurnalisti ġew arrestati waqt li kienu qed jirrappurtaw dwar dimostrazzjonijiet politiċi li appellaw għall-ħelsien ta' Mohamed Nasheed;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi Ahmed Rilwan, ġurnalist kritiku tal-gvern li "għeb" f'Awwissu 2014, għadu nieqes u aktarx li miet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi gruppi vjolenti u gruppi reliġjużi — allegatament f'kospirazzjoni mal-pulizija — spiss jattakkaw istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi li jikkritikaw l-azzjonijiet tal-gvern, u b'hekk joħolqu sfera ta' intimidazzjoni tas-soċjetà ċivili;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.     billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed iħabbtu wiċċhom dejjem aktar ma' fastidji, theddid u attakki, inkluża l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Maldive (HRCM), li tressqet quddiem il-Qorti Suprema fuq akkużi ta' tradiment tal-pajjiż u li mminat il-kostituzzjoni talli ressqet rapport għar-Rieżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.     billi Jens Toyberg-Frandzen, Assistent Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Politiċi, appella lill-Gvern tal-Maldive "biex jippermetti dissens politiku paċifiku u biex ifittex modi kif jimpenja ruħu mal-oppożizzjoni, fl-interess ta' stabilità politika fit-tul fil-pajjiż";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.     billi l-ħaddiema immigranti jbatu minħabba xogħol furzat, il-konfiska tad-dokumenti tal-identità u tal-ivvjaġġar, iż-żamma tas-salarji jew in-nuqqas ta' ħlas tagħhom u rbit ta' dejn, u ġew mhedda mill-awtoritajiet tal-Maldive li jitkeċċew minħabba li pprotestaw kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza wara sensiela ta' attakki fuq ħaddiema immigranti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.     billi fl-2014, il-Parlament tal-Maldive vvota sabiex itemm moratorju dwar il-piena kapitali stabbilita mill-1954, u b'hekk tippermetti l-kundanna ta' minuri fl-età żgħira ta' seba' snin, li jistgħu jinżammu responsabbli u jirċievu l-piena tal-mewt hekk kif jagħlqu t-18 u jinżammu mifnija fil-ħabs sa dak iż-żmien; billi dan imur kontra l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem tal-Maldive bħala stat parti fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jistieden lill-Gvern tal-Maldive biex: </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-7.65pt">• immedjatament u b'mod inkundizzjonat jeħles lill-ex-President Nasheed u l-ex-ministri tad-difiża Ibrahim u Nazim, u jilliberahom minn kull akkuża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-7.65pt">• jieħu l-passi neċessarji kollha sabiex terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja fl-impenn tiegħu lejn id-demokrazija, l-indipendenza ġudizzjarja u l-istat tad-dritt, inkluż ir-rispett tal-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-għaqda, u r-rispett ta' proċess adegwat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-7.65pt">• jissalvagwardja l-funzjonament bla xkiel ta' demokrazija pluralistika, li fiha mhux biss dawk li jitolbu li l-Iżlam konservattiv jiddomina l-politika u s-soċjetà, iżda wkoll il-Musulmani favur id-demokrazija, il-Musulmani moderati u l-partitarji tas-sekulariżmu, li jopponu l-influwenza tal-Wahhabi Salafist fil-Maldive, jistgħu ġustament jipparteċipaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">• jirriforma l-ġudikatura;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">• jerġa' jistabbilixxi moratorju għall-piena kapitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-7.65pt">• jippermetti li ssir investigazzjoni xierqa dwar l-għejbien ta' Ahmed Rilwan, u l-attakki u t-theddid kontra ġurnalisti, membri tas-soċjetà ċivili, u istituzzjonijiet indipendenti</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħorġu twissijiet bir-reqqa dwar ir-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-Maldive lit-turisti li jippjanaw li jmorru fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, fil-każ li jkomplu sejrin ir-rigressjoni demokratika u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Maldive, biex jiffriżaw tal-assi barra mill-pajjiż tal-membri tal-Gvern tal-Maldive u s-sostenituri ewlenin tagħhom fil-komunità tan-negozju tal-Maldive, u jimponu projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lill-Gvern tal-Maldive.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>