<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>28.4.2015</Date><Ref>B8-0403/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-Mistoqsijiet għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2015-0115" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2015-0115">B8-0115/2015</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2015-0116" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2015-0116">B8-0116/2015</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-qerda ta' siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2649(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96917">Silvia Costa</Author>, <Author id="96952">Sylvie Guillaume</Author>, <Author id="124883">Krystyna Łybacka</Author>, <Author id="124817">Enrico Gasbarra</Author>, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="40224">Andi Cristea</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="88882">Victor Negrescu</Author>, <Author id="125013">Momchil Nekov</Author>, <Author id="124788">Luigi Morgano</Author>, <Author id="125099">Liliana Rodrigues</Author>, <Author id="118858">Marlene Mizzi</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="124962">Afzal Khan</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">&lt;&lt;&lt;</p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE555.177v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0403/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qerda ta’ siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da'esh</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2647" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2647">2015/2647(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistipula li "l-azzjoni tal-Unjoni għandu jkollha l-mira li tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri", b’mod partikolari fil-qasam tal-"konservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew sinifikanti" u li "l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kultura",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 39, 10.2.2009, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2013 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2465/96<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 335, 14.12.2013, p. 3.</p>
</footnote>, adottati abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK tat-13 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 335, 14.12.2013, p. 50.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2001/555/PESK tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar it-twaqqif ta’ Ċentru tas-Satelliti tal-Unjoni Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 200, 25.7.2001, p. 5.</p>
</footnote>, emendata mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/834/PESK<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 297, 13.11.2009, p. 18.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Ottubru 2012 dwar il-ħolqien ta’ netwerk informali ta’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-kompetenza esperta fil-qasam ta’ oġġetti kulturali (EU CULTNET),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali tal-14 ta' Novembru 1970,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra t-tieni Protokoll għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Konflitt Armat, tal-1999,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Kulturali u Naturali Dinji, tas-16 ta' Novembru 1972,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO għall-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli, tas-17 ta’ Ottubru 2003,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-20 ta' Ottubru 2005,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar l-Oġġetti Kulturali Misruqa jew Esportati Illegalment tal-1995,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-16.8pt">–– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2199 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-12 ta’ Frar 2015 dwar theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżat minn atti terroristiċi mill-Al-Qaida<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://www.refworld.org/docid/54ef1f704.html" shape="rect"><span font-style="italic" text-decoration="underline">http://www.refworld.org/docid/54ef1f704.html</span></a></p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">         wara li kkunsidra l-Karta ta’ Venezja tal-1964 għall-Konservazzjoni u r-Restawr tal-Monumenti u s-Siti, li tipprovdi qafas internazzjonali għall-preservazzjoni u r-restawr ta’ binjiet antiki,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali adottat fis-17 ta’ Lulju 1998, u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2)(b)(ix) tiegħu, li jirrikonoxxi bħala delitt tal-gwerra l-att ta’ "twettiq ta' attakki intenzjonati fuq binjiet iddedikati għar-reliġjon, l-edukazzjoni, l-arti, ix-xjenza jew skopijiet ta’ karità, monumenti storiċi, sptarijiet u postijiet fejn jinġabru l-morda u l-midruba, dment li dawn ma jkunux objettivi militari",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2013 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, li jistqarr fil-paragrafu 211 li "forom intenzjonali ta’ qerda tal-wirt kulturali u artistiku, kif qed jiġri bħalissa fl-Iraq u fis-Sirja, għandhom jiġu prosegwiti bħala delitti tal-gwerra u bħala delitti kontra l-umanità"<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0076" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0076/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0076</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill dwar il-qerda ta’ siti kulturali mwettqa mill-ISIS/Da’esh (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2015-000031" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2015-000031">O-000031/2015</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2015-0115" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2015-0115">B8&#8209;0115/2015</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2015-000032" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2015-000032">O-000032/2015</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2015-0116" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2015-0116">B8&#8209;0116/2015</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi bosta siti arkeoloġiċi, reliġjużi u kulturali fis-Sirja, fl-Iraq u fit-Tuneżija dan l-aħħar kienu soġġetti għal qerda intenzjonata mwettqa minn gruppi ta’ estremisti marbuta partikolarment mal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja (ISIS/Da’esh), u billi dawn l-attakki sistematiċi kontra l-wirt kulturali ġew definiti mid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, Irina Bokova, bħala 'tindif kulturali';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi, skont l-UNESCO, it-terminu "tindif kulturali" jirreferi għal strateġija intenzjonata li tipprova teqred id-diversità kulturali permezz ta’ mmirar intenzjonat fuq individwi identifikati abbażi tal-isfond kulturali, etniku jew reliġjuż tagħhom, flimkien ma’ attakki intenzjonati fuq il-postijiet ta’ qima, ta’ tifkira u ta’ tagħlim tagħhom, u billi l-istrateġija ta’ tindif kulturali li nistgħu nosservaw fl-Iraq u fis-Sirja hija riflessa f'attakki kontra l-wirt kulturali li huma fl-istess waqt diretti kontra espressjonijiet tal-kultura fiżiċi, tanġibbli u mibnija, bħal monumenti u binjiet, u kontra l-minoranzi u espressjonijiet kulturali intanġibbli, bħal drawwiet, tradizzjonijiet u twemmin<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://www.unesco.org/new/en/media-services/single-view/news/conference_report_heritage_and_cultural_diversity_at_risk_in_iraq_and_syria/" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.unesco.org/new/en/media-services/single-view/news/conference_report_heritage_and_cultural_diversity_at_risk_in_iraq_and_syria/</span></a></p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi xi atti ta' qerda tal-wirt kulturali ġew ikkunsidrati, taħt ċerti kundizzjonijiet, bħala delitti kontra l-umanità<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> It-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Jugoslavja, <span font-style="italic">Kordić &amp; Čerkez</span>, 26 ta' Frar 2001, IT-95-14/2; paragrafi 207-8.</p>
</footnote>; billi, meta dawn l-atti jkunu diretti lejn membri ta’ grupp reliġjuż jew etniku, b’mod partikolari, jistgħu jiġu assimilati mad-delitt ta’ persekuzzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 7(1)(h) tal-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi dawn l-atti ta’ qerda ta’ siti kulturali u storiċi u oġġetti mhumiex ġodda u mhumiex limitati biss għall-Iraq u s-Sirja; billi skont l-UNESCO, ‘Il-wirt kulturali huwa komponent importanti tal-identità kulturali ta’ komunitajiet, gruppi u individwi, u tal-koeżjoni soċjali, b’tali mod li l-qerda intenzjonali tiegħu jista’ jkollu konsegwenzi negattivi fuq id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem”<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Id-Dikjarazzjoni tal-UNESCO dwar il-Qerda Intenzjonata tal-Wirt Kulturali, 2003.</p>
</footnote>; filwaqt li, kif dikjarat, fost oħrajn mill-UNESCO, il-prodotti tas-sakkeġġ u l-kuntrabandu ta’ siti u oġġetti kulturali u reliġjużi fl-Iraq u fis-Sirja, b’mod partikolari minn ISIS/Da’esh, qed jintużaw biex jgħinu fil-finanzjament tal-attivitajiet terroristiċi ta' ISIS/Da’esh, bir-riżultat li oġġetti artistiċi u kulturali qed isiru 'armi tal-gwerra';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi, bis-saħħa tal-finanzjament ipprovdut mill-Unjoni Ewropea, l-UNESCO u sħab strateġiċi oħra fl-1 ta' Marzu 2014 varaw proġett ta’ tliet snin imsejjaħ 'Salvagwardja ta' Emerġenza għall-Wirt Sirjan', intiż, b’mod partikolari, biex jiżgura l-protezzjoni ta’ emerġenza tal-wirt kulturali Sirjan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.      billi l-Unjoni Ewropea rratifikat il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità ta’ Espressjonijiet Kulturali adottata fl-20 ta' Ottubru 2005, l-ewwel strument internazzjonali li rrikonoxxa n-natura doppja, ekonomika u kulturali, ta’ oġġetti kulturali, li "għaldaqstant ma jridux jiġu ttrattati bħala oġġetti li għandhom biss valur kummerċjali";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, l-Esportazzjoni u t-Trasferiment ta' Sjieda tal-Proprjetà Kulturali adottata fis-17 ta' Novembru 1970 u tal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar Oġġetti Kulturali Misruqa jew Esportati Illegalment adottata fl-24 ta' Ġunju 1995 huma strumenti essenzjali li bihom tissaħħaħ il-protezzjoni tal-wirt kulturali globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-kummerċ illeċitu fi prodotti kulturali issa huwa t-tielet l-aktar kummerċ illegali sinifikanti, wara d-drogi u l-armi, billi dan il-kummerċ illeċitu huwa ddominat minn netwerks kriminali organizzati, u billi l-mekkaniżmi nazzjonali u internazzjonali tal-lum la għandhom riżorsi adegwati u lanqas mhuma sostnuti b'mod adegwat biex jittrattaw din il-kwistjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://www.africa-eu-partnership.org/newsroom/all-news/morocco-africa-eu-workshop-fight-against-illegal-trafficking-cultural-goods" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.africa-eu-partnership.org/newsroom/all-news/morocco-africa-eu-workshop-fight-against-illegal-trafficking-cultural-goods</span></a></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi, għalkemm il-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu fi prodotti kulturali mhijiex kompetenza speċifika tal-Unjoni Ewropea, minħabba li dan mhuwiex iddefinit fit-Trattati, dan madankollu jaqa’ taħt diversi oqsma ta’ kompetenza tal-UE, bħas-suq intern, iż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (AFSJ), il-kultura u l-PESK;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi hemm ħtieġa urġenti li nikkoordinaw aħjar il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta’ prodotti kulturali u naħdmu mill-qrib flimkien sabiex nippromwovu s-sensibilizzazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni, u biex jinkiseb tisħiħ tal-oqfsa legali; ifakkar, f’dan il-kuntest, li fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda fil-konfront tal-kriminalità rigward beni kulturali hemm rakkomandat, <span font-style="italic">inter alia</span>, li l-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni bejn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, awtoritajiet kulturali u organizzazzjonijiet privati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi, f’Ottubru 2012, riżoluzzjoni tal-Kunsill ħolqot netwerk informali ta’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ta' kompetenza esperta fil-qasam ta’ oġġetti kulturali (EU-CULTNET), li l-objettiv prinċipali tiegħu hu li jtejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni marbuta mal-prevenzjoni tal-kummerċ illeċitu f’beni kulturali u li jidentifika u jikkondividi informazzjoni dwar netwerks kriminali ssuspettati li huma involuti f’kummerċ illeċitu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi s-Sibt, 28 ta’ Marzu 2015, id-Direttur Ġenerali Irina Bokova nediet f’Bagdad il-kampanja #Unite4Heritage, li għandha l-għan li timmobilizza l-appoġġ globali għall-protezzjoni tal-wirt kulturali billi tuża s-setgħa tan-netwerks soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jikkundanna bil-qawwa l-qerda ta’ siti reliġjużi, kulturali u arkeoloġiċi mwettqa minn ISIS fis-Sirja u l-Iraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex tieħu azzjoni xierqa fil-livell politiku, bi qbil mar-Riżoluzzjoni 2199 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-12 ta' Frar 2015, sabiex jintemm il-kummerċ illegali fi proprjetà kulturali mit-territorji tas-Sirja u tal-Iraq kemm idumu prevalenti f'dawk it-territorji kundizzjonijiet tal-gwerra, biex b'hekk ma jitħallewx jintużaw bħala sors ta' finanzjament għal attivitajiet terroristiċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tuża d-diplomazija kulturali u d-djalogu interkulturali bħala għodda meta titratta r-rikonċiljazzjoni bejn il-komunitajiet differenti u l-bini mill-ġdid tas-siti meqruda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jissuġġerixxi, f’dan il-kuntest, li l-Kummissjoni, f’konformità mal-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2199 tat-12 ta’ Frar 2015, tiffoka fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta’ oġġetti kulturali, b’referenza speċifika għall-wirt kulturali mneħħija illegalment mill-Iraq mis-6 ta’ Awwissu 1990 u mis-Sirja mill-15 ta’ Marzu 2011; iqis li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa approċċ koordinat għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali, b'ħidma flimkien ma’ dawk responsabbli għal servizzi ta’ investigazzjoni fil-livell nazzjonali u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-UNESCO u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħal ICOM (il-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet), il-Kumitat Internazzjonali tal-Blue Shield tal-ICOM (ICBS), Europol, Interpol, UNIDROIT (Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tal-Liġi Privata) u WCO (l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel talba lir-Rappreżentat Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà sabiex tinvolvi ċ-Ċentru Satellitari ta' Torrejón tal-Unjoni Ewropea, li jappoġġja t-teħid ta' deċiżjonijieet fil-kuntest tal-PESK billi jipprovdi materjal li jirriżulta mill-analiżi tal-immaġini satellitari, għall-fini ta’ monitoraġġ u elenkar ta' siti arkeoloġiċi u kulturali fis-Sirja u l-Iraq u li jappoġġja l-attivitajiet ta’ arkeologi Sirjani bl-għan li jiġi evitat aktar serq u tiġi ppreservata l-ħajja tal-persuni ċivili;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi skambju rapidu u sigur ta' informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri biex issir ġlieda effikaċi kontra l-kummerċ illeċitu f'oġġetti kulturali mneħħija illegalment mill-Iraq u mis-Sirja, u tikkunsidra li timplimenta programmi Ewropej ta' taħriġ għal imħallfin, uffiċjali tal-pulizija u tad-dwana, amministrazzjonijiet tal-gvern u atturi tas-suq, b'mod aktar ġenerali, b'tali mod li dawk involuti fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu fi prodotti kulturali jkunu jistgħu jiżviluppaw u jtejbu l-għarfien espert tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja l-kampanja #Unite4Heritage tal-UNESCO billi tibda kampanja ta' informazzjoni ffukata fuq l-Iraq u s-Sirja, bil-għan li tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-wirt kulturali tagħhom, dwar il-mod kif il-prodott li jirriżulta mis-sakkeġġ qed jintuża biex jiffinanzja l-attivitajiet terroristiċi, u dwar il-pieni possibbli assoċjati mal-importazzjoni illegali ta' oġġetti kulturali li ġejjin minn dawn il-pajjiżi, jew minn pajjiżi terzi oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jitlob li l-Kummissjoni tirrevedi r-Regolament tal-Kunsill 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali sabiex jinkiseb livell ogħla ta' effiċjenza u biex tipprevedi l-ħolqien ta' strument li jikkontrolla l-importazzjoni ta' oġġetti kulturali fl-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jistieden lill-Kunsill biex iqis il-ħolqien, bħala parti mill-Eurojust u l-Europol, ta’ taqsima li tispeċjalizza fil-kummerċ illegali ta’ oġġetti kulturali, li tkun responsabbli għall-koordinazzjoni, fil-livell Ewropew, ta' prosekuzzjonijiet u investigazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali differenti, billi l-eżistenza ta’ taqsimiet iddedikati hija prerekwiżit għal użu aħjar ta’ riżorsi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kummerċ illegali u t-traffikar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jistieden lill-Unjoni Ewropea tieħu l-passi meħtieġa, f'kollaborazzjoni mal-UNESCO u mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, biex il-kategorija tad-dritt internazzjonali ta' delitti kontra l-umanità tiġi estiża biex tħaddan atti intenzjonati li jagħmlu ħsara jew jeqirdu l-wirt kulturali tal-umanità fuq skala kbira;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali tal-1970 u l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta ' Sigurtà, lid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Koalizzjoni Nazzjonali tas-Sirja u lill-Gvern u l-Parlament tal-Iraq.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>