<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>8.6.2015</Date><Ref>B8-0571/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-rivelazzjonijiet reċenti ta' każijiet ta' korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-FIFA</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2730(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="35135">Daniel Dalton</Author>, <Author id="124943">Andrew Lewer</Author>, <Author id="124873">Angel Dzhambazki</Author>, <Author id="124891">Zdzisław Krasnodębski</Author>, <Author id="96919">Emma McClarkin</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE558.925v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0571/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rivelazzjonijiet reċenti ta' każijiet ta' korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-FIFA</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2730" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2730">2015/2730(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 dwar id-dimensjoni Ewropea fl-isport<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 46.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Pjan ta' Ħidma tal-UE għall-Isport (2014-2017),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar ix-xiri tal-logħob u l-korruzzjoni fl-isport<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0098" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0098/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0098</ANCHOR>).</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-White Paper dwar l-Isport tal-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2007 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2007-0391" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2007-0391">COM(2007)0391</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Jannar 2011 bit-titolu "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0012" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0012">COM(2011)0012</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Nissieltu kontra l-Korruzzjoni fl-UE" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0308" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0308">COM(2011)0308</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet adottati tat-13-il Konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ministri responsabbli għall-Isport tat-18 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar standards internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-proliferazzjoni, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Raba' Pakkett kontra l-ħasil tal-flus tal-Unjoni Ewropea li għadu kif ġie adottat,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Objettiv 2(e) tal-Istatuti tal-FIFA, li ġew adottati fl-64 Kungress tal-FIFA f'São Paulo fil-11 ta' Ġunju 2014 u li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' April 2015: "il-promozzjoni tal-integrità, l-etika u l-fair play fil-prospettiva tal-prevenzjoni ta' kull metodu jew prattika, bħall-korruzzjoni, id-doping jew il-manipulazzjoni tal-logħob, li jistgħu jipperikolaw l-integrità tal-logħob, il-kompetizzjonijiet, il-plejers, l-uffiċjali u l-membri jew jagħtu lok għal abbuż tal-Association Football",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi fis-27 ta' Mejju 2015, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Uniti ressqu 14-il uffiċjal, li disa' minnhom huma persunal eżekuttiv attwali jew preċedenti tal-FIFA, b'akkużi ta' rikattar organizzat, frodi permezz ta' mezzi eletroniċi u assoċjar għal skopijiet ta' ħasil ta' flus, fost reati oħra, fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-akkużati fi skema tul 24 sena biex jistagħnaw permezz tal-korruzzjoni fil-futbol internazzjonali; billi fl-istess ħin kienu mħabbra l-istqarrijiet ta' ħtija ta' erba' individwi akkużati u ta' żewġ persuni ġuridiċi akkużati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-akkużati kienu allegatament ħallsu b'mod sistematiku, jew qablu li jħallsu, aktar minn USD 150 miljun f'tixħim u tanġenti biex jiksbu drittijiet tal-midja u tal-marketing, li jrendu ħafna flus, għal tournaments tal-futbol internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi minkejja l-arresti u l-akkużi li saru fil-konfront tal-persunal eżekuttiv tal-FIFA u l-kriżi li kienet qed taħkem l-organizzazzjoni, Sepp Blatter ġie elett fid-29 ta' Mejju 2015 bħala President tal-FIFA għall-ħames mandat tiegħu; billi huwa ħabbar nhar it-Tlieta, t-2 ta' Ġunju li kien se jirriżenja mill-kariga tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi r-rwol ewlieni tal-FIFA kellu jkun biex iservi bħala l-gwardjan tal-aktar sport popolari fid-dinja, u minflok il-membri tagħha ppruvaw jagħmlu gwadann personali mill-passjoni tad-dilettanti ta' din il-logħba;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-isport huwa l-akbar moviment mhux governattiv fl-Ewropa u l-korruzzjoni fl-isport tippreġudika b'mod sinifikanti l-fiduċja tal-pubbliku fis-sens ta' ġustizzja tal-isport, li huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-onestà u tal-'fair play';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-futbol huwa fuq quddiem nett ta' dan il-moviment globali, u jintlagħab u jitgawda minn miljuni ta' persuni madwar id-dinja, u li jġib miegħu diversi benefiċċji soċjali, politiċi u ekonomiċi li għandhom jiġu mħarsa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi korpi sportivi internazzjonali bħal ma hija l-FIFA għandhom iżommu l-ogħla livelli ta' governanza, trasparenza u rispett tal-obbligu ta' rendikont, kif inhu mistenni mill-korpi sportivi nazzjonali tagħna, u jsegwu l-eżempju tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, b'mod partikolari, li implimenta b'suċċess riformi sinifikanti ta' governanza wara l-iskandlu tal-korruzzjoni u tal-pressjoni mill-impriżi li jisponsorizzaw, mill-uffiċjali tal-isports u mill-Membri tal-Kungress tal-Istati Uniti fil-Logħob tax-Xitwa ta' Salt Lake City tal-2002;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus minn korpi u organizzazzjonijiet internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi huwa essenzjali li jiġu żviluppati standards internazzjonali effettivi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, inkluż permezz ta' kooperazzjoni mal-EUROPOL u ma' awtoritajiet oħra tal-infurzar tal-liġi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-għanijiet tal-FIFA hekk kif jirriżultaw mill-Istatuti, li ġew adottati fl-64 Kungress tal-FIFA f'São Paulo, fil-11 ta' Ġunju 2014, u li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' April 2015, jinkludu l-promozzjoni tal-"integrità, l-etika u l-fair play bil-ħsieb li jiġu evitati l-metodi jew prattiċi kollha, bħall-korruzzjoni, id-doping jew il-manipulazzjoni tal-partiti, li jistgħu jipperikolaw l-integrità ta' partiti, kompetizzjonijiet, Plejers, Uffiċjali u l-Membri jew jagħtu lok għal abbuż tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jesprimi r-rabja tiegħu dwar l-allegazzjonijiet xokkanti u ta' stmerrija ta' korruzzjoni miġjuba kontra l-FIFA; jiddikjara l-fehma tiegħu li ma kien xejn sorpriż b'dawn l-allegazzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi, lill-Istati Membri u lill-UE jikkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjonijiet kollha li għaddejjin u dawk futuri dwar allegazzjonijiet ta' prattiki korrotti fi ħdan il-FIFA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jesprimi l-fehma kostanti tiegħu li l-FIFA hija organizzazzjoni li għandha difetti fundamentali u korrotta u jemmen li din l-organizzazzjoni ppreġudikat serjament l-integrità tal-futbol dinji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-FIFA issa trid tgħaddi minn perjodu sostanzjali ta' bidla fejn irid ikun hemm titjib sinifikanti fil-governanza, fit-trasparenza u fl-obbligu ta' rendikont tagħha, sabiex il-futbol jerġa jikseb il-kredibilità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Ifaħħar il-ġurnaliżmu investigattiv li qajjem tħassib serju dwar korruzzjoni fi ħdan il-FIFA u fil-proċess tal-għażla tat-Tazza tad-Dinja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jikkundanna n-nuqqas tal-FIFA li tiżvela b'mod komplet il-Garcia Report fil-proċess kontroversjali tal-għażla tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u tal-2022, wara li kienet qablet li tippubblikah f'Diċembru 2014, iżda li s'issa naqset milli tagħmel dan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li l-kredibilità tal-FIFA bħala l-korp li jmexxi l-futbol dinji, u għaldaqstant il-kapaċità tiegħu li jgħaqqad il-futbol dinji, se jibqa' mtebba sakemm tinħattar tmexxija ġdida, li ma tistax isseħħ qabel disa' xhur oħra; jistieden lill-FIFA biex tagħżel mexxej xieraq ad interim biex minnufih jieħu post Sepp Blatter;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jitlob li jkun hemm impenn bla rażan mill-FIFA għal rieżami ddettaljat tad-deċiżjonijiet u tal-proċeduri tal-passat u tal-preżent u għal trasparenza sħiħa għall-ġejjieni, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti proċeduri awtoregolatorji interni, ġestjoni ta' riżorsi finanzjarji li ma tistax tiġi immaqdra, u mekkaniżmi effettivi ta' identifikazzjoni, investigazzjoni u ta' sanzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jemmen li riformi futuri għandhom jinkludu verifiki rigorużi ta' kandidati u nomini għal pożizzjonijiet eżekuttivi u reviżjoni tal-Kumitat għall-Etika tal-FIFA u tal-Kumitat għall-Verifika u l-Konformità, biex jinkludu elettorat u qafas ta' referenza iktar wiesa';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jappoġġja l-appell tal-kampanja "New FIFA Now" għall-istabbiliment ta' Kummissjoni mhux governattiva ta' Riforma tal-FIFA indipendenti li tkun ssorveljata minn awtorità internazzjonali indipendenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Association Football (FIFA), lill-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej tal-Futbol (UEFA), lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-futbol, lill-Assoċjazzjoni tal-Legi Ewropej tal-Futbol Professjonali (EPFL), lill-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej (ECA) u lill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Plejers Professjonisti tal-Futbol (FIFPRO).</p>
</Section></Motion>