<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>1.7.2015</Date><Ref>B8-0664/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 37(3) tar-Regoli ta' Proċedura u l-ftehim qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-prijoritajiet tal-Parlament għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2729(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="120478">Martina Michels</Author>, <Author id="111589">Inês Cristina Zuber</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="125031">Pablo Iglesias</Author>, <Author id="124858">Fabio De Masi</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="125049">Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE559.027v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0664/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet tal-Parlament għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2729" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2729">2015/2729(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015 – Bidu ġdid" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0910" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0910">COM(2014)0910</ANCHOR>), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.</p>
</footnote>, b'mod partikolari l-Anness IV tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar – Aġenda tal-UE" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2015-0215" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2015-0215">COM(2015)0215</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 37(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom qegħdin jissieltu bl-aktar kriżi ekonomika u soċjali profonda minn mindu twaqqfet; billi l-ekonomiji li qegħdin jistaġnaw, il-livell għoli ta' qgħad, id-drittijiet soċjali u tax-xogħol f'deklin u d-disparitajiet soċjoekonomiċi dejjem ogħla jesiġu kambjament politiku fundamentali mill-politiki attwalment segwiti mill-Kummissjoni lejn politiki li jsaħħu l-isforzi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri intiżi li joħolqu tkabbir ekonomiku sostenibbli u livell massimu ta' impjiegi u jikkuntrastaw il-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-disparitajiet fl-introjtu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-Kummissjoni Ewropea naqset li tivvaluta adegwatament il-kawżi primarji tal-kriżi attwali, inklużi d-difetti u l-objettivi arkitetturali tal-UEM; billi t-toqol tad-dejn li rriżulta minn dawn id-difetti huwa sproporzjonat immens, b'ċerti pajjiżi għadhom jagħmlu profitt filwaqt li oħrajn ġew imġiegħla jidħlu f'depressjoni gravi; billi l-Kummissjoni qiegħda tkompli ssegwi politiki neoliberali u orjentati lejn l-awsterità; billi dawn il-politiki sfaw f'żieda fil-qgħad, faqar, tnaqqis drastiku tal-pagi, età pensjonabbli ogħla u nefqa pubblika aktar baxxa f'setturi bħall-edukazzjoni, il-kultura u s-saħħa; billi din il-politika se tkompli tikkompressa d-domanda u twitti t-triq għall-introduzzjoni ta' programm radikali ta' privatizzazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi r-risposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-kriżi ekonomika, soċjali u demokratika, bħall-qafas tal-governanza ekonomika, neħħiet b'mod permanenti l-għażliet politiċi mill-gvernijiet u mill-parlamenti nazzjonali sovrani u demokratikament eletti, tipprevjeni l-kontroll demokratiku mill-popli tal-Ewropa u tistabbilixxi awsterità permanenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-inkonċiljabilità tad-dibattitu politiku Ewropew wara l-elezzjoni ġenerali fil-Greċja tinjora l-fatt li l-poplu rrespinġa l-memoranda tat-Trojka b'mod demokratiku; billi l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jirrispettaw, mingħajr ir-rikatt inaċċettabbli li qiegħed ikun impost, id-deċiżjoni li ħa l-poplu Grieg li javvanza lejn l-iżvilupp, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali u jtemm il-politika ta' awsterità imposta mill-memorandum tat-Trojka li hija kontroproduċenti u soċjalment devastanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi r-rapport tal-Ħames Presidenti jirrappreżenta sforz koordinat għall-promozzjoni tal-istituzzjonalizzazzjoni tal-awsterità fl-UE u fl-Istati Membri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi r-risposta tal-Kummissjoni għall-iskandlu ta' "Lux Leaks" hija kompletament insuffiċjenti; billi għad hemm bżonn tiġi indirizzata l-kwistjoni importanti tal-ġustizzja soċjali minħabba l-fatt li, filwaqt li l-poplu tal-Ewropa qiegħed ibati mill-programmi ta' awsterità u mir-riformi strutturali neoliberali, il-ftehimiet fiskali sigrieti, l-evażjoni tat-taxxa fuq livell globali u t-trasferiment tal-profitti lejn rifuġji fiskali għadu perfettament legali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi s-sistemi tat-taxxa huma mfassla b'mod li jiffavorixxu lill-impriżi l-kbar aktar milli liċ-ċittadin ordinarju; billi l-awsterità u l-miżuri ħorox ta' dixxiplina fiskali, flimkien mat-telf kbir mid-dħul governattiv li jirriżulta mill-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, iqiegħdu pressjoni ulterjuri fuq il-baġits tal-Istati Membri u jippreġudikaw l-interessi tal-kontribwenti u tal-ħaddiema fl-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi aktar minn 30 000 ruħ mietu fil-baħar f'dawn l-aħħar għoxrin sena huma u jippruvaw jilħqu l-kosti Ewropej; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha qegħdin jikkontribwixxu għat-trawwim tal-affari kriminali u perikoluża tat-traffikar tal-bnedmin billi jibnu l-ħitan u jkomplu jissiġillaw il-fruntieri esterni tagħhom kontra l-migranti u r-rifuġjati, mingħajr ma joffru possibilitajiet ta' aċċess sigur u legali għall-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-kriżi klimatika għadha theddida għall-istabbiltà, is-saħħa u l-għajxien tas-soċjetajiet tad-dinja kollha, kif ukoll għall-benessri tal-annimali u l-bijodiversità; billi l-kontribut tal-UE għall-ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima fis-COP21 huwa insuffiċjenti; billi l-bżonn ta' bidliet reali fis-sistema ta' produzzjoni mhuwiex indirizzat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-UE għandha bżonn Programm ta' Ħidma ambizzjuż li bis-saħħa tiegħu tkun tista' toħloq ekonomija sostenibbli u inklużiva u jkun immirat lejn il-politiki tal-impjiegi bi drittijiet soċjali u tax-xogħol, jindirizza l-problema ta' miljuni ta' nies qiegħda jew li xogħolhom ma jisfruttax il-kapaċitajiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea, u f'livell għoli ta' servizzi pubbliċi filwaqt li jitħares l-ambjent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi l-għażliet baġitarja li għamlet l-UE ma jirriflettux il-prijoritajiet meħtieġa biex jiġi stimolat tkabbir sostenibbli u kwalitattiv u soċjalment ibbilanċjat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi teżisti reżistenza popolari enormi kontra l-politiki ta' awsterità u d-defiċit demokratiku dejjem ikbar tal-proċedura deċiżjonali tal-UE u tal-istituzzjonijiet tagħha; billi, minflok ma tirrispetta l-esiġenzi tal-poplu għal kambjament radikali 'l bogħol mill-politiki neoliberali, il-Kummissjoni qiegħda tingħaqad ma' dawk il-forzi politiċi li jkomplu jimponu politiki ta' awsterità fuq l-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi jeżisti l-bżonn ta' trasparenza, ftuħ u demokratizzazzjoni akbar, inkluża parteċipazzjoni aktar b'saħħitha min-naħa taċ-ċittadini; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">PARTI 1</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">PRIJORITAJIET FUNDAMENTALI</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta Programm ta' Ħidma li jittratta l-isfidi ewlenin li qiegħda tħabbat wiċċha magħhom illum l-UE, bħall-ekonomiji li qegħdin jistaġnaw, it-theddida tad-deflazzjoni, il-livell għoli ta' qgħad, id-drittijiet soċjali tax-xogħol f'deklin u d-disparitajiet soċjoekonomiċi u l-esklużjoni soċjali dejjem ogħla, id-dejn pubbliku u estern għoli kif ukoll il-kriżi klimatika; jinsab imħasseb sew bil-fatt li l-Kummissjoni se tkompli bil-politiki ta' konsolidament fiskali, riformi strutturali u deregolamentazzjoni; isostni li l-kriżi ekonomika, soċjali, klimatika u politika tista' tingħeleb biss permezz ta' politika radikali ġdida li tqiegħed lin-nies u lill-ambjent, inkluż il-benessri tal-annimali, minflok l-interessi tas-swieq finanzjarji, fil-qalba tal-politiki kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jissottolinja l-fatt li l-livell ta' dejn pubbliku u estern fil-pajjiżi periferiċi tal-UE hu fost l-akbar fid-dinja – konsegwenza tan-natura asimmetrika tal-proċess ta' integrazzjoni; ifakkar li dan id-dejn serva bħala pretest għall-impożizzjoni tal-miżuri ta' awsterità, li l-konsegwenzi reali tagħhom kienu aktar faqar u dejn; jikkunsidra li hu imperattiv li jiġi affrontat it-toqol tad-dejn, li dan jiġi nnegozjat mill-ġdid (ristrutturar u tnaqqis sostanzjali) u li jinġieb f'livelli sostenibbli, bħala kwistjoni ta' urġenza u ta' ġustizzja elementari; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jirrespinġi bil-qawwa r-rapport tal-Ħames Presidenti inkwantu ma joffri l-ebda alternattiva għan-narrattiva prevalenti favur l-awsterità iżda minflok jipproponi li jkunu approfonditi l-politiki eżistenti inklużi iżjed kompetittività u konverġenza strutturali u l-impożizzjoni ta' politiki fiskali rigorużi u awsterità; jemmen li l-proposti dwar il-koeżjoni soċjali u l-indikaturi soċjali kif ukoll dwar ir-responsabilità demokratika u t-trasparenza xejn mhuma għajr pretest biex jorbot ulterjorment lill-Istati Membri ma' mudell wieħed ta' politiki ekonomiċi u fiskali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Huwa tal-fehma li l-Patt ta' Stabbiltà, it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-UEM u l-leġiżlazzjoni dwar il-governanza ekonomika, bħas-"Six-pack" u t-"Two-pack" u l-Patt Euro Plus, jeħtieġu jkunu revokati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva ta' kambjament radikali fil-politika makroekonomika, bil-għan li tiżgura r-responsabilità demokratika, it-trasparenza u l-kapaċità tal-Istati Membri li jsegwu politiki li jittrattaw il-bżonnijiet rispettivi tagħhom, inklużi miżuri ta' stimolu fiskali soċjalment ibbilanċjati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jilqa' pożittivament l-impenn favur l-adeżjoni mal-Karta Soċjali Ewropea mġedda; jistieden lill-Kummissjoni tressaq mill-aktar fis proposta għal adeżjoni mal-Karta bħala l-ewwel pass fit-triq tat-titjib tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jiddeplora bil-qawwa t-tentattivi kontinwi min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE li jimponu miżuri ta' awsterità fuq il-Greċja bi sfida fil-konfront tar-rieda tal-poplu Grieg kif espress fl-elezzjonijiet ta' Jannar 2015; jinsisti li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jirrispettaw id-deċiżjoni li ħa l-poplu Grieg li javvanza lejn l-iżvilupp, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali u jtemm il-politika ta' awsterità imposta mill-memoranda tat-Trojka li hija kontroproduċenti u soċjalment devastanti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jirrespinġi l-ftehim dwar il-FEIS, billi għandu l-għan li jiffinanzja direttament is-settur privat b'fondi pubbliċi, jipprivatizza l-profitti u jinnazzjonalizza r-riskji, u huwa mingħajr kontroll demokratiku; jesprimi wkoll tħassib kbir minħabba l-fatt li l-FEIS se jwassal għal privatizzazzjoni ulterjuri tas-servizzi ta' interess ġenerali; jevidenzja li l-FEIS għandu jiġi sostitwit bi "Programm Ewropew ta' Investimenti għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali" komprensiv, li jista' jkun sottopost għall-kontroll demokratiku, biex jiġi stimolat tkabbir ta' kwalità u soċjalment ibbilanċjat, ibbażat fuq tqassim tal-ġid aktar ġust; jenfasizza li l-ebda programm ta' investimenti jista' jissostitwixxi politika ta' koeżjoni bbilanċjati mil-lat soċjali, ekoloġiku u territorjali, li ssaħħaħ il-potenzjal tar-reġjun u tippromwovi bidliet strutturali sostenibbli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jesprimi tħassib qawwi minħabba l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni għal Unjoni tas-Swieq tal-Kapitali ssostni anki r-ristabbiliment tat-titolizzazzjoni għall-SMEs; jenfasizza li d-deregolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji hija waħda mill-kawżi ewlenin tal-kriżi ekonomika; itenni l-bżonn li jissaħħaħ ir-rwol tas-settur finanzjarju pubbliku, anki permezz tan-nazzjonalizzazzjoni; jinsisti fuq il-fatt li s-settur bankarju għandu jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku, b'mod partikolari l-investimenti produttivi u kapaċi joħolqu l-impjiegi, isostni l-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u s-settur soċjali u tal-kooperattivi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jemmen li hemm bżonn li titjieb il-kwalità tal-proċess leġiżlattiv tal-UE; jinsisti, madankollu, fuq il-fatt li l-aġenda "Regolamentazzjoni Aħjar" u l-programm REFIT ma għandhomx jippreġudikaw il-proċess demokratiku billi jaħarbu d-drittijiet tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur, jew jintużaw bħala pretest għal deregolamentazzjoni li ddgħajjef il-protezzjoni soċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, l-istandards ambjentali, l-istandards tal-benessri tal-annimali kif ukoll id-djalogu soċjali; jirrespinġi, għaldaqstant, il-proposta għal kumitat ta' esperti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi minflok li l-leġiżlazzjoni futura kollha tkun suġġetta għal valutazzjoni tal-impatt soċjali u fuq id-drittijiet fundamentali, kif ukoll tinkludi klawsoli ta' estinzjoni biex tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi rieżaminat perjodikament; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jinsisti fuq il-bżonn li l-Kummissjoni u l-Istati Membri juru determinazzjoni politika reali huma u jintaxxaw id-detenturi reali tal-ġid u jiżviluppaw strateġija komprensiva li tipprevedi miżuri leġiżlattivi konkreti u effikaċi, pereżempju l-projbizzjoni tar-rifuġji fiskali u tal-portijiet ħielsa, il-ħolqien ta' reġistru tal-ġid f'livell Ewropew u globali, it-tisħiħ tar-rekwiżiti f'termini ta' sustanzi ekonomiċi, it-tassazzjoni tal-profitti f'ras il-għajn, ir-revoka tal-liċenzji lill-banek li jibqgħu jaġevolaw il-ħrib mit-taxxa, kif ukoll l-inverżjoni tat-tendenza u t-tnaqqis fin-numru tal-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika fil-qasam tat-taxxa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jiddispjaċih bil-fatt li r-risposta mħabbra tal-Kummissjoni għall-iskandlu "Lux Leaks" hija insuffiċjenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi fil-pakkett dwar t-taxxa tagħha almenu l-obbligu li d-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa (tax ruling) isiru pubbliċi bil-għan li jkunu żgurati t-trasparenza u l-kontroll, u r-rapporti pajjiż pajjiż fuq il-bażi tar-regoli li jinsabu fis-CRD ID għall-banek; jiddispjaċih li l-Kummissjoni qiegħda tkompli ddgħajjef il-protezzjoni tal-informaturi u tal-impjegati permezz tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu li l-informaturi jkunu protetti mil-lat ġuridiku u materjali meta dawn jistgħu raġonevolment jiġu preżunti li qegħdin iħarsu l-interessi pubbliċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta approċċ realment olistiku għall-politika fil-qasam tal-migrazzjoni u tipproponi f'dan ir-rigward politika totalment ġdida li tipprevedi modi ta' aċċess sikur u legali fl-UE għan-nisa, l-irġiel u t-tfal li għandhom bżonn protezzjoni jew li jitolbu r-riunifikazzjoni tal-familja, kif ukoll għall-ħaddiema migranti mhux kwalifikati, kif sostnut mill-UNHCR; jieħu nota tal-proposti tal-Kummissjoni rigward ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni ta' dawk li jfittxu l-asil, inkwantu parti mill-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni; jappella, madankollu, għal proposta aktar ambizzjuża li tkun fiha l-ħruġ immedjat ta' viżi umanitarji lil dawk li jfittxu l-asil għand l-ambaxxati u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri, kif ukoll l-introduzzjoni ta' programm ta' risistemazzjoni obbligatorju f'livell tal-UE, minflok tal-programm, ineffiċjenti, ta' risistemazzjoni volontarju attwali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jopponi l-ftehimiet TTIP, CETA u TiSA u jesprimi tħassib kbir dwar l-orjentament ġenerali mogħti mill-Kummissjoni lill-politika kummerċjali internazzjonali tal-UE, b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' koerenza mal-objettivi kruċjali tal-ħolqien ta' impjiegi, il-ġlieda kontra l-faqar, il-garanzija ta' ekonomija sostenibbli, il-kontroll tal-ispekulazzjoni (partikolarment fis-settur tal-ikel), il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali, tal-agrikolutra sostenibbli u tal-ambjent, kif ukoll garanzija tad-diversità kulturali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jilqa' favorevolment l-objettiv tal-Kummissjoni li tkun fuq quddiem nett tar-rivoluzzjoni diġitali; jenfasizza, madankollu, li l-Internet mhuwiex sempliċement strument biex jattwa l-istrateġija għas-suq uniku; jevidenzja li d-diġitalizzazzjoni biddlet is-soċjetà kollha kemm hi, il-mod kif tipproduċi, tikkomunika, tgħix u tiggverna, kif ukoll is-setturi kollha, mis-sistemi ta' netwerk intelliġenti tal-enerġija sas-sistema tal-assistenza tas-saħħa; jenfasizza li r-rivoluzzjoni diġitali hija anki kwistjoni kulturali u politika li tirrigwarda l-mod li bih id-diġitalizzazzjoni tista' twassal għal mudell demokratiku ġdid ibbażat fuq il-kondiviżjoni tal-konoxxenzi u l-inklużjoni, u għaldaqstant ma jistax jitqies sempliċement kwistjoni ta' infrastrutturi, poter u manipolazzjoni ekonomiċi; jemmen b'konvinzjoni li n-newtralità tan-netwerk, il-protezzjoni tad-data u sistema komuni għad-drittijiet tal-awtrur u għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandhom jikkostitwixxu l-elementi prinċipali li jagħmlu r-rivoluzzjoni diġitali rivoluzzjoni demokratika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jissottolinja finalment il-fatt li l-kriżi ekonomika u soċjali attwali hi wkoll ir-riżultat tal-politiki neoliberali tal-Kummissjoni għall-promozzjoni tad-deregolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, tal-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-prodotti u tas-servizzi u għall-finanzjarizzazzjoni dejjem akbar tal-ekonomija, kif ukoll għat-tnaqqis tal-investimenti pubbliċi u għad-deregolamentazzjoni dejjem akbar tas-suq tax-xogħol; jenfasizza l-bżonn assolut ta' politiki soċjali u ekonomiċi alternattivi li jaffrontaw l-għażliet taċ-ċittadini għall-iżvilupp;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">PARTI 2 </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"><span font-weight="bold">POŻIZZJONIJIET TA' POLITIKA SPEĊIFIĊI GĦAL KULL SETTUR DWAR IL-PROGRAMM TA' ĦIDMA TAL-KUMMISSJONI GĦALL-2016</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Politika soċjalment ibbilanċjata għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investimenti</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi "Programm Ewropew ta' Investimenti għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali" li jkun jista' jerġa' jġib ekonomija sostenibbli u inklużiva li bħala t-tir tagħha jkollha l-politiki fil-qasam tal-impjiegi li jiggarantixxu d-drittijiet soċjali u tax-xogħol u jaffrontaw il-problema tal-miljuni ta' nies qiegħda jew li xogħolhom ma jisfruttax il-kapaċitajiet tagħhom fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tressaq mill-aktar fis proposta leġiżlattiva li tippermetti aktar investimenti pubbliċi fl-UE ta' almenu 2 % tal-PDG fis-sena, abbażi tal-programmi ta' investiment nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jiddispjaċih bl-approċċ b'miżuri ta' nofs sajran fuq żmien qasir li segwiet il-Kummissjoni fl-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni dwar il-fatturi li jiddeterminaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ fuq żmien twil, b'enfasi qawwija fuq il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli ta' kwalità għaż-żgħażagħ, inkluż permezz ta' approċċ determinat ibbażat fuq id-drittijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod li tippermetti intervent statali biex jissaħħu l-proġetti ta' benefiċċju soċjali u ambjentali, u biex tingħata għajnuna lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju u lill-industriji li jinsabu f'diffikultà permezz ta' kontribut għall-bini mill-ġdid tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom, li ntlaqtu b'mod qawwi mill-kriżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jenfasizza li l-politika reġjonali hija strument indispensabbli għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u li l-objettivi ewlenin tagħha huma t-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali, partikolarment tal-ifqar reġjuni u tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-promozzjoni tal-konverġenza reali u ż-żieda tat-tkabbir u tal-impjiegi; jirrifjuta l-approċċ tal-Kummissjoni li tissubordina l-politika ta' koeżjoni għall-governanza ekonomika Ewropea, kif ukoll l-użu tal-kondizzjonalità makroekonomika fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir bħala rekwiżit għall-aċċess għall-fondi tal-politika ta' koeżjoni u ta' żvilupp reġjonali; jinsisti fuq il-fatt li l-politika ta' koeżjoni ma għandhiex tintuża bħala strument ta' penalizzazzjoni finanzjarja meta reġjun jew Stat Membru jirrifjuta l-politika ta' deregolamentazzjoni u ta' privatizzazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Jitlob li l-programm ta' investimenti ta' Orizzont 2020 ma għandux jiffinanzja l-implimentazzjoni tal-FEIS; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Politika diġitali li tħares l-interessi u d-drittijiet taċ-ċittadini</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Jisħaq fuq il-fatt li l-Internet hu ta' dominju pubbliku u li l-garanzija tal-prinċipju tan-newtralità tal-Internet irid ikun fil-qalba tal-politika tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.    Jinnota li l-fiduċja taċ-ċittadini fl-Internet tħoll u torbot fir-rigward tas-suċċess tas-soċjetà u l-ekonomija diġitali; jemmen li s-sigurtà informatika hija importanti, iżda li l-assenza ta' suspetti hija daqstant importanti għaċ-ċittidini; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, jiżguraw li l-privatezza u d-data privata fuq l-Internet ikunu protetti kemm minn korpi pubbliċi kif ukoll minn dawk privati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.    Huwa tal-fehma, fid-dawl ta' kundizzjonijiet tax-xogħol fl-ekonomija diġitali li diġà qed ikunu dejjem aktar prekarji, li hemm bżonn li l-Unjoni Diġitali tiġi kkomplementata b'miżuri ta' salvagwardja sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol dinjitużi f'dan is-settur; jemmen li tikketta ta' "xogħol ġust" għal prodotti ta' software (bħal logħob u applikazzjonijiet ta' software) tista' sservi bħala pass inizjali lejn dan l-għan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Politika sostenibbli ġdida fil-qasam tal-klima u Unjoni tal-Enerġija soċjalment ġusta</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.    Jemmen li l-kriżi klimatika hija r-riżultat ta' sistema ta' produzzjoni difettuża b'intensità enerġetika għolja u li s-soluzzjoni għall-problema tat-tibdil fil-klima ma tistax titħalla f'idejn is-suq iżda tesiġi bidla radikali fil-metodi ta' produzzjoni u fil-konsumi; jappella lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-politika tagħha fil-qasam tal-klima u tintegra l-politika dwar it-tibdil fil-klima fil-politiki kollha tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.    Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' ambizzjoni murija s'issa mill-Kummissjoni għal dak li għandu x'jaqsam mal-objettivi vinkolanti, speċjalment fir-rigward tas-COP 21 ta' Pariġi; jemmen li hija neċessarja u urġenti żieda gradwali tal-ambizzjonijiet fil-qasam tal-klima sabiex l-Unjoni Ewropea tibqa' fi rwol ta' gwida fin-negozjati fil-qasam tat-tibdil fil-klima kif ukoll fl-użu tal-enerġiji rinnovabbli, fil-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi u tikkontribwixxi b'sehem ġust fl-azzjoni globali intiża li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.    Jieħu nota tal-wegħda li l-proposti leġiżlattivi għall-implimentazzjoni tal-pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija għall-2030 jitressqu sa tmiem l-2015; ifakkar lill-President Juncker bl-impenn li jimplimenta l-objettiv ta' tnaqqis tal-emissjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra b'40 %, l-objettiv ta' effiċjenza enerġetika bi 30 % u s-sehem tal-enerġiji rinnovabbli bi 30 % fit-taħlita enerġetika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.    Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi kriterji ta' sostenibilità vinkolanti għall-użu tal-enerġija u l-bijomassa; jitlob ulterjorment lill-Kummissjoni tressaq proposti li jindirizzaw l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mis-settur tat-trobbija intensiva tal-bhejjem, peress li dawn ikollhom impatt ferm ikbar fuq it-tibdil fil-klima minn gassijiet b'effett ta' serra ta' tip ieħor; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.    Itenni l-oppożizzjoni tiegħu għall-proposta għal Unjoni tal-Enerġija, peress li din se tippromwovi l-privatizzazzjoni u żżid l-inugwaljanzi; jemmen li l-enerġija għandha tkun beni pubbliku u li l-kontroll pubbliku huwa fundamentali biex jiggarantixxi rivoluzzjoni "ħadra" fis-settur tal-enerġija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.    Jieħu nota tal-wegħda li titressaq proposta leġiżlattiva aktar ambizzjuża relatata mal-pakkett dwar l-enerġija ċirkolari sa tmiem l-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.    Jenfasizza r-rwol tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u l-Għasafar u jirrespinġi kwalunkwe tentattiv li jikkompromettihom; jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe rieżami tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ għandu jimmira biex jaġġornaha u jsaħħaħha u mhux idgħajjifha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema f'suq intern ibbilanċjat mil-lat soċjoekonomiku </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża r-rieżami imminenti mmirat tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema bħala opportunità biex jissaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema kontra d-dumping soċjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.    Jemmen li l-mobilità għandha tkun għażla u mhux neċessità; itenni li l-Kummissjoni għandha tikkonċentra ruħha fuq il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, inklużi d-drittijiet soċjali u tax-xogħol, fil-postijiet fejn jgħixu n-nies pjuttost milli fuq iż-żieda tal-mobilità; jinsisti biex il-pakkett dwar il-mobilità imminenti jħares id-drittijiet soċjali u tax-xogħol kollha tal-ħaddiema; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.    Jikkundanna l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirtira d-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità; jiddispjaċih ħafna bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira l-ftehim tas-sħab soċjali dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-parrukkiera billi dan jikkomprometti d-djalogu soċjali fl-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tmexxi 'l quddiem dawn il-proposti u taġġorna mill-aktar fis il-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.    Jindika li huwa essenzjali li jingħata aktar appoġġ lill-kooperattivi u lill-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju sabiex tingħata spinta lill-attivitajiet tagħhom fi ħdan kuntest kummerċjali stabbli, jitnaqqas kemm jista' jkun l-effett tal-pożizzjonijiet dominanti fis-suq okkupati minn kumpaniji kbar u konglomerati u tingħata għajnuna biex jiġu stabbiliti u jikbru l-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u l-kooperattivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.    Jappella għal approċċ reġjonali bbilanċjat fir-rigward tal-politika industrijali sabiex tinħoloq bażi industrijali diversifikata fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha, li hija kruċjali biex jiġu garantiti livelli għoljin ta' impjiegi u ta' attività fl-UE kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Politiki ekonomiċi u monetarji demokratiċi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">38.    Jemmen bil-qawwa li l-arkitettura tal-governanza ekonomika u tal-UEM ftit li xejn hija trasparenti u demokratika; jinsisti biex il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir attwali jiġi sostitwit b'Patt reali ta' Impjiegi u Żvilupp, imsejjes fuq kriterji soċjali u ambjentali għall-ġid tal-persuni kollha fl-UE; jagħmel barra minn dan appell biex issir konferenza intergovernattiva bil-għan li tabroga l-Patt Fiskali u jinvoka s-sospensjoni immedjata tiegħu sa ma ssir din il-konferenza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">39.    Iqis li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Bankarja sservi biss l-interessi tal-kapital finanzjarju l-kbir fl-UE u tikser il-prinċipji demokratiċi bażiċi; jiddefendi l-abrogazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Bankarja u l-ħtieġa li jiġi żgurat kontroll pubbliku demokratiku fuq is-sistema bankarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">40.    Jitlob bidla radikali tal-istatut u tal-mandat tal-BĊE bl-iskop li jkun garantit il-kontroll politiku u demokratiku tiegħu min-naħa tal-Istati Membri f'kundizzjonijiet ta' parità; iqis bħala fundamentali li lill-Istati Membri jitroddilhom l-poter deċiżjonali fuq kwistjonijiet ekonomiċi fundamentali bħall-politika monetarja; iqis barra minn hekk neċessarju li l-BĊE jkun trasformat f'mutwanti primarju li jaġixxi bħala bank ċentrali normali u b'hekk jistimola l-ekonomija f'perjodi ta' deflazzjoni u ta' reċessjoni; jinsisti, f'dan il-kuntest, li l-BĊE u l-BEI għandhom jiffinanzjaw direttament l-investment pubbliku biex jappoġġaw l-ekonomija reali pjuttost milli l-bżieżaq spekulattivi l-ġodda fil-prezzijiet tal-attiv; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">41.    Itenni l-appell tiegħu biex tintemm minnufih is-sistema tat-Trojka fil-pajjiżi fejn għadha fis-seħħ, peress li jonqsilha l-leġittimità; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa u trasparenti tal-varji miżuri ta' governanza ekonomika, inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku imposti mit-Trojka, filwaqt li tqis il-kritika espressa mill-ekonomisti kif ukoll mill-istess membri tat-Trojka; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">42.    Jiddeplora l-politiki inġusti fil-qasam tat-taxxa u jitlob li jintemmu minnufih, anki għal dawk li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi inġusti u regressivi fuq l-ilma, applikati fl-Istati Membri suġġetti għal programmi ta' aġġustament fiskali, li jiksru l-prinċipju ta' ugwaljanza proporzjonali u ta' tassazzjoni progressiva, billi huma partikolarment il-familji b'introjtu baxx li jintlaqtu b'mod sproporzjonat minn tali miżuri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Politika ġdida ta' kummerċ ġust</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">43.    Jesprimi tħassib profond rigward l-orjentament ġenerali mogħti mill-Kummissjoni fil-konfront tal-politika tal-kummerċ internazzjonali tal-UE, b'mod partikolari n-nuqqas ta' koerenza mal-miri ewlenin li toħloq l-impjiegi, tindirizza l-faqar, tiżgura ekonomija sostenibbli, tikkontrolla l-ispekulazzjoni (speċjalment l-ispekulazzjoni fuq l-ikel), tipproteġi s-saħħa pubblika, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-agrikoltura sostenibbli u l-ambjent, u tiżgura d-diversità kulturali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">44.    Jopponi l-mandati mogħtija mill-Kunsill lill-Kummissjoni għan-negozjar ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles komprensivi (FTAs) bħal pereżempju s-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP), il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA), kif ukoll il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA), li joħolqu theddida serja għas-sigurtà tal-ikel, inter alia, u li jipprevedi l-inklużjoni ta’ Soluzzjoni tat-Tilwim bejn l-Investitur u l-Istat (ISDS); iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twaqqaf dawn in-negozjati tal-kummerċ internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">45.    Ifakkar li l-istudji tal-impatt ikkummissjonati mill-Kummissjoni, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw it-TTIP, it-TISA u s-CETA, li jwiegħdu impjiegi u ġid għal kulħadd, jippreżentaw nuqqasijiet serji u nuqqas ta’ kredibilità għax il-mudelli ekonomiċi użati ma għadhomx validi; jistieden lill-Kummissjoni tuża mudelli ekonomiċi aktar kredibbli, u biex tivverifika r-riżultati tal-FTAs li diġà daħlu fis-seħħ, u tqabbilhom mal-istudji tal-valutazzjoni tal-impatt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">46.    Jenfasizza l-fatt li kwalunkwe ftehim kummerċjali jrid ikun kundizzjonali għas-salvagwardja ta' livelli attwali tar-regolazzjoni tax-xogħol, il-protezzjoni ambjentali u tad-drittijiet soċjali u s-salvagwardji dwar l-akkwist pubbliku u l-forniment ta' servizzi ta' interess pubbliku, inkluż id-dritt li l-istati jadottaw standards ogħla f’dawn l-oqsma fil-ġejjieni; jinsisti li kwalunkwe forma ta' ISDS għandha tiġi eskluża min-negozjati tal-ftehim kummerċjali, sabiex jinżamm kontroll demokratiku fuq ir-regolazzjonijiet imsemmija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">47.    Jirrifjuta s-segretezza fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel id-dokumenti kollha ta' negozjar pubbliċi għall-membri parlamentari u għaċ-ċittadini kollha interessati; jitlob li jsir dibattitu pubbliku u demokratiku mal-partijiet interessati relevanti kollha, b'mod partikolari t-trejdunjins u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq tal-implikazzjonijiet tal-aġenda tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ ħieles;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">48.    Iqis li t-tnedija aċċelerata ta' ftehimiet ġodda ta' kummerċ ħieles hija mmirata biex jiġu evitati approċċi reali biex tissolva l-kriżi, bħat-tnaqqis ta' inugwaljanzi ekonomiċi fi ħdan l-UE, il-limitazzjoni ta' abbużi minn kumpaniji u investituri korporattivi, il-verifika u t-tnaqqis ta' dejn pubbliku, u l-ġlieda meħtieġa kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">49.    Ifakkar, li b’segwitu għall-pożizzjoni tal-Istati Membri u tal-Parlament, il-Kummissjoni qablet dwar il-prinċipju tal-“eċċezzjoni kulturali”, kif imniżżel fil-konvenzjoni tan-NU dwar id-diversità kulturali, li jgħid li l-kultura għandha tiġi ttrattata b’mod differenti minn prodotti kummerċjali oħra, u l-prodotti u s-servizzi kulturali għandhom prinċipalment jitħallew barra min-negozjati; huwa tal-fehma li dan għandu jinkludi s-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja (AVMS) u l-kwistjonijiet ewlenin dwar id-Direttiva AVMS, is-sussidji pubbliċi, l-obbligi ta’ finanzjament għax-xandara (speċjalment biex jappoġġaw il-produzzjonijiet u d-distribuzzjoni tal-films Ewropej), ftehimiet ta’ koproduzzjoni, miżuri ta’ politika lingwistika, il-funzjonament ta’ stazzjonijiet investiti b’mandat ta’ servizz pubbliku, l-eżistenza ta’ limiti massimi ta’ ħżin fi stazzjonijiet u netwerks, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-isfera kulturali, ġurnalistika u xjentifika u s-sistemi tas-sigurtà soċjali speċifiċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Politika reali ta' ġustizzja u drittijiet fundamentali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">50.    Jistieden lill-Kummissjoni tassumi rwol attiv fl-insistenza għall-adozzjoni tad-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni f'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament, u fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, inklużi l-attakki kontra r-Rom, il-migranti u dawk li jfittxu asil u gruppi vulnerabbli oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">51.    Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (NRIS) u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri ta' integrazzjoni effettiva tar-Rom fl-Istati Membri, u biex tipproponi miżuri addizzjonali jekk meħtieġa għall-inklużjoni effettiva tar-Rom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">52.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq pjan ta' azzjoni biex l-Istati Membri jsaħħu l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni, speċjalment minħabba l-użu wiesa' tad-detenzjoni preventiva, inkluż f'każijiet tal-Mandat ta' Arrest Ewropew (MAE); jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont sħiħ tal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">53.    Jinsab ferm iddiżappuntat bin-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja dwar ir-reviżjoni tal-Mandat ta' Arrest Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħroġ bi proposta ġdida, waqt li tikkunsidra r-rapport tal-Parlament dwar din il-kwistjoni, b'mod speċjali l-kwistjoni tat-testijiet ta' proporzjonalità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">54.    Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma inkludietx fl-inizjattivi ġodda tagħha proposta aġġornata mġedda għal aċċess pubbliku għad-dokumenti, li jirrifletti l-qbil fl-ewwel qari milħuq mill-Parlament fl-2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">55.    Jinsab ferm dispjaċut dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà reċenti tal-Kummissjoni, li hija reġgħet kienet iffukata ħafna, b’mod dimensjonali wieħed, fuq politiki ripressivi u li testendi l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">56.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twieġeb għat-talbiet mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar it-trasport allegat u ż-żamma illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA, b'mod partikolari wara r-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar it-tortura mwettqa mis-CIA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">57.    Jilqa' l-impenn imġedded favur l-aċċess għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB); iqis, madankollu, l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ) dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB bħala pass kbir lura għad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">58.    Jistieden lill-Kummissjoni tieħu kont sħiħ tad-deċiżjoni tal-QtĠ-UE fil-Kawżi Magħquda C 293/12 u C 594/12 tat-8 ta' April 2014; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex f'dan il-kuntest iżżomm lura milli tipproponi kwalunkwe miżura bbażata fuq iż-żamma ta' data b'mod ġeneriku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">59.    Iqis li s-sentenza tal-QtĠ dwar iż-żamma ta' data hija relevanti għall-ġbir ta' data tar-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tirtira l-proposta dwar il-PNR tal-UE; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew b’valutazzjoni tal-impatt fuq is-sentenza dwar il-proposti legali kollha li fihom il-ġbir tal-massa u l-ħżin ta’ data personali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">60.    Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal impenji serji biex tipproteġi ċ-ċittadini minn sorveljanza tal-istat li dejjem qed tiżdied;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Politika dwar il-migrazzjoni bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">61.    Jistieden lill-Kummissjoni biex fl-2015 tiżviluppa proposti ambizzjużi għal modi sikuri u legali biex ikun hemm aċċess għall-protezzjoni fl-UE għan-nisa, l-irġiel u t-tfal kollha fil-bżonn ta’ protezzjoni, sabiex il-persuni ma jibqgħux sfurzati jirriskjaw ħajjithom fil-Mediterran jew fid-deżert fi triqthom lejn l-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">62.    Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja bħala l-ewwel pass; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta sal-aħħar tal-2015 proposta aktar ambizzjuża li tirrifletti aktar il-wasliet miżjuda fl-2015 kemm fil-Greċja kif ukoll fl-Italja; ifakkar li l-pajjiż ta’ allokazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-familja, ir-rabtiet lingwistiċi u dawk kulturali tar-refuġjati; jitlob għas-sospensjoni tar-Regolament ta’ Dublin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">63.    Jikkundanna l-fokus qawwi tal-Kummissjoni, fl-Aġenda dwar il-Migrazzjoni Ewropea tagħha, fuq il-prevenzjoni u r-ripressjoni tal-migrazzjoni irregolari, inkluż permezz tad-detenzjoni, mingħajr ma tagħti kas tal-għadd dejjem jikber ta' dawk li jfittxu l-asil u li qegħdin jaħarbu mill-gwerer, mill-persekuzzjoni u d-diżastri klimatiċi; għalhekk jikkundanna bil-qawwa l-multiplikazzjoni ta’ proposti ripressivi magħmula mill-Kummissjoni Ewropea fl-2014, bħal pereżempju l-operazzjoni EUNAVFOR MED maħsuba biex timmira fuq id-dgħajjes tal-kuntrabandisti, iż-żieda fil-baġit tal-FRONTEX, l-aċċelerazzjoni fir-ritorni ta’ migranti u l-inkoraġġiment biex tintuża l-forza u d-detenzjoni sabiex ikunu infurzati t-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-migranti; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex talloka mill-ġdid dan il-finanzjament lejn l-attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ, ċentri ta’ akkoljenza miftuħin, programmi ta’ risistemazzjoni u rilokazzjoni, u l-integrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Attur globali paċifiku</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">64.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex isaħħu r-relazzjoni tal-UE ma’ sħab strateġiċi f’oqsma rilevanti, inkluż il-Mediterran, ir-Russja, iċ-Ċina u atturi globali u reġjonali emerġenti ġodda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">65.    Jirrifjuta l-politiki tal-PESK u tal-PSDK li huma f’allinjament sħiħ man-NATO u r-relazzjoni transatlantika, li jimmilitarizzaw iktar ir-relazzjonijiet internazzjonali, u jsostnu favur l-interventi u jappoġġjaw attivament il-kumpless industrijali-militari; jitlob ir-rispett tal-liġi internazzjonali u ritorn lejn mezzi politiċi-diplomatiċi għar-riżoluzzjoni ta' kunflitti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">66.    Huwa tal-fehma li l-prijorità trid tkun li jinżammu l-paċi u l-istabilità u d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem permezz ta' politika barranija paċifika u ċivili, f'konformità mal-liġi internazzjonali u applikata b'mod mhux diskriminatorju, u billi jittieħed rwol ewlieni fir-riżoluzzjoni diplomatika u paċifika tal-kunflitti, inklużi l-inizjattivi ta' medjazzjoni u l-programmi ta' diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR), f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, Jisħaq fuq l-importanza ta’ sforzi biex jitjieb u jissaħħaħ ir-reġim ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni tal-armi internazzjonali (Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi – ATT) u tal-UE, biex jiġi appoġġjat ir-reġim tat-TNP u d-diżarm nukleari, u ta’ miżuri dwar l-eradikazzjoni tal-faqar, l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju li jiffavorixxi relazzjonijiet ekonomiċi bilanċjati, il-kummerċ ġust u d-distribuzzjoni ġusta tar-riżorsi u l-ġid fil-viċinat tal-UE u fid-dinja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">67.    Jenfasizza l-importanza u l-puntwalità tar-reviżjoni tal-PEV; jenfasizza li l-PEV riveduta għandha tkun kapaċi tipprovdi rispons malajr u adegwat għas-sitwazzjoni fuq il-post, filwaqt li tressaq viżjoni fit-tul għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien u billi tqis l-assimetriji bejn il-partijiet; huwa tal-fehma li jeħtieġ li jinħoloq qafas ġdid għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-PEV u r-reġjuni, ibbażat fuq il-konformità stretta mal-liġi internazzjonali u l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u fuq in-nuqqas ta’ intervent fl-affarijiet interni tagħhom u fuq ir-rispett għas-sovranità tagħhom, u bl-għan li jiġi appoġġjat l-iżvilupp tar-reġjuni tal-viċinat u jitħeġġu l-impjieg u l-edukazzjoni, minflok it-tħeġġiġ ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni orjentati biss lejn it-twaqqif ta’ żoni ta’ kummerċ ħieles li jkunu ta’ ħsara għan-nies u l-istati tal-PEV u li jkunu biss ta’ benefiċċju għall-interessi tal-kumpaniji fuq in-naħa Ewropea u l-klassi privileġġjata fl-istati tal-PEV;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">68.    Jirrifjuta l-pjanijiet biex jitħaffu d-dispożizzjonijiet għall-finanzjament ta’ missjonijiet ċivili u l-pjanijiet biex ikunu ssimplifikati l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ta’ implimentazzjoni, peress li n-natura purament ċivili ta’ missjonijiet bħal dawn hija ħafna drabi dubjuża minħabba li l-aspetti ċivili u militari huma dejjem aktar imċajpra u magħquda, b’mod partikolari fil-qasam tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (SSR) u l-missjonijiet ta’ taħriġ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">69.    Jenfasizza n-nuqqas ta’ kontroll parlamentari, u riżervi dwar missjonijiet tal-PSDK, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali; jenfasizza li d-defiċit demokratiku jissaħħaħ permezz ta’ “akkomunament u kondiviżjoni” u l-hekk imsejjaħ approċċ komprensiv, kif ukoll il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE, in-NATO, il-mekkaniżmu ATHENA, u l-iskjerament ta’ Gruppi Tattiċi tal-UE jżid b’mod ċar dan id-defiċit; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">70.    Jirrifjuta l-implimentazzjoni ta’ proġett pilota dwar ir-riċerka tal-PSDK meħuda konġuntament mill-Kummissjoni u l-EDA, li jkopri fost l-oħrajn sistemi ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS); jopponi bil-qawwa kull finanzjament minn fondi ta’ Orizzont 2020, jew il-baġit tal-UE b’mod ġenerali, li jintużaw għal riċerka ta’ sigurtà, militari jew ċivili-militari b’mod ġenerali u għall-iżvilupp tal-RPAS b’mod partikolari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">It-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">71.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposta mwiegħda għal ftehim interistituzzjonali dwar reġistru ta’ trasparenza mandatorju għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tissaħħaħ id-demokrazija rappreżentattiva u parteċipatorja bl-implimentazzjoni tal-Artikoli 9 sa 12 tat-Trattat ta’ Lisbona; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">72.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal reviżjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ibbażata fuq il-konklużjonijiet fir-rapport ta’ implimentazzjoni li jmiss tal-Parlament Ewropew; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">73.    Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibilità ta’ veto soċjali taċ-ċittadini bħala mekkaniżmu li jista’ jipprevjeni d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li tkun ta’ ħsara għall-ifqar persuni, li żżid l-inugwaljanza jew li tnaqqas id-drittijiet soċjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">Prijoritajiet politiċi oħra </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Il-politika tas-sajd</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">74.    Jitlob għal Politika Komuni tas-Sajd (KPS) deċentralizzata li tippromwovi l-modernizzazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd, fejn tiġi żgurata l-vijabilità soċjoekonomika tagħha, is-sostenibilità tar-riżorsi, iż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib fil-kundizzjonijiet ta' għajxien tal-ħaddiema tas-sajd; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">75.    Jitlob miżuri għat-titjib fil-prezz tal-ewwel bejgħ tal-ħut u fl-introjtu tal-ħaddiema fis-settur tas-sajd, fuq mekkaniżmi ta' sussidju jew kumpens għall-ħaddiema fis-settur tas-sajd milquta mir-riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-pjanijiet ta' rkupru, mill-ġestjoni multiannwali u minn miżuri għall-protezzjoni tal-ekosistemi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">76.    Jitlob li jittieħdu miżuri biex tiġi żgurata s-sovranità nazzjonali fuq iż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi tal-Istati Membri u r-riżorsi tas-sajd tagħhom, filwaqt li tiġi permessa l-ġestjoni tal-prossimità; huwa tal-fehma li għandhom jinżammu tnax-il mil bħala żona ta' aċċess esklussiv għall-flotta nazzjonali ta' kull Stat Membru, u jipproponi li tiġi kkunsidrata l-possibilità tal-estensjoni tagħha għal żoni fil-qrib, f'konformità mal-blati kontinentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">77.    Jitlob li tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità f'ambjenti marini, billi jiġu żgurati kundizzjonijiet favorevoli biex il-popolazzjonijiet tal-ħut jerġgħu jikbru; iħeġġeġ f’dan ir-rigward l-implimentazzjoni ta’ prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli adegwati, li jistgħu jinkludu l-ħolqien ta’ żoni ħielsa mis-sajd f’żoni fejn l-istokkijiet tal-ħut u l-bijodiversità huma mhedda, skont l-għarfien xjentifiku l-aktar reċenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">78.    Jiddikjara mill-ġdid il-bżonn li l-PKS tirrikonoxxi l-karatteristiċi speċifiċi tas-sajd fuq skala żgħira u dak kostali u li tanalizza l-punt safejn l-istrumenti eżistenti huma adattati għall-ħtiġijiet tas-settur, filwaqt li tadattahom b'mod adegwat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">79.    Jistieden il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) biex jappoġġja lis-sajd fuq skala żgħira biex jindirizza l-problemi speċifiċi ta' dan is-settur u biex jiffavorixxi l-ġestjoni ta' prossimità, is-sajd sostenibbli u l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">80.    Jiddispjaċih li l-PKS approvata u l-organizzazzjoni komuni għal swieq agrikoli (OKS) għadhom lura sew mill-ħtiġijiet reali tas-settur tas-sajd, u jitlob reviżjoni ta' dawn iż-żewġ regolamenti malajr kemm jista' jkun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">81.    Jikkritika dak li tnaqqis drastiku u intensiv żejjed fil-qabda totali permissibbli (TAC) jista’ jagħmel lis-settur, lill-għajxien u lill-komunitajiet rurali, u jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel l-almu tagħha biex dan ma jerġax iseħħ fil-ġejjieni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Politiki agrikoli </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">82.    Jemmen li l-agrikoltura hija waħda mis-setturi li jistgħu jżommu ċertu ħolqien tal-valur minkejja l-effetti tal-kriżi: jinnota, madankollu, li hemm nuqqas ta’ bdiewa, b’mod partikolari bdiewa żgħażagħ u bdiewa nisa; jistieden lill-UE biex tagħmel analiżi profonda tal-fatturi li jikkawżaw dan bil-għan li timplimenta miżuri sinifikanti li jaħdmu kontriha; jiddispjaċih li dan il-fenomenu qed ipoġġi fir-riskju l-patrimonji agrikoli u rurali ta’ importanza dinjija, filwaqt li, fl-istess ħin, il-kumpaniji agrokummerċjali kbar qed jespandu l-marġini tagħhom u jimponu l-mudell tagħhom ta' sistema ta' ikel globali li tinvolvi effetti ambjentali distruttivi; jenfasizza, għalhekk, li l-bdiewa, u mhux in-negozji l-kbar, għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-politiki Ewropej tal-agrikoltura u l-ikel sabiex verament tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kollha tal-UE; jinnota li l-politiki preżenti qed iwasslu għad-deċimazzjoni tal-azjendi agrikoli tradizzjonali b'ġestjoni familjari madwar l-UE u sussegwentement għat-tnaqqis tal-attivitajiet soċjali u ekonomiċi fiż-żoni rurali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">83.    Jenfasizza li l-UE għandha taħdem favur distribuzzjoni ġusta tad-dritt ta’ tkabbir fost il-produtturi u tiżviluppa strumenti pubbliċi li jadattaw il-provvista u d-domanda sabiex jinżamm l-introjtu tal-bdiewa u l-livelli tal-produzzjoni tal-ikel biex il-bdiewa jkunu protetti kontra l-volatilità tal-prezzijiet; jitlob għalhekk għal rieżami ta' nofs it-terminu li jkun b'saħħtu u effettiv biex jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għall-kwistjonijiet inerenti fi ħdan il-PAK;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">84.    Jenfasizza li l-UE għandha tagħti prijorità lill-protezzjoni ta’, u l-aċċess għal, art agrikola u tevita l-ħtif tal-art, kwistjoni kruċjali ta’ importanza globali fid-difiża tal-bdiewa, il-ħamrija u l-ambjent; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">85.    Jenfasizza, bil-għan li jipproteġi l-art agrikola fit-tul, il-ħtieġa li l-prevenzjoni tat-tibdil fil-klima u l-istrateġiji ta' mitigazzjoni effettivi jiġu applikati madwar l-Ewropa sabiex is-settur agrikolu jiġi dekarbonizzat filwaqt li jinżamm l-objettiv li l-produttività tal-farms Ewropej tiġi protetta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">86.    Jistieden lill-UE tipprojbixxi l-awtorizzazzjoni, il-kultivazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' GMOs u biex tieħu impenn qawwi fis-settur tal-biedja organika Ewropea, l-uniku wieħed li qed jikber f’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">87.    Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposti tagħha dwar l-ikklonjar u tippreżenta oħrajn ġodda li jirriflettu l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, u tippermetti wkoll l-applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja; joġġezzjona għall-għażla tal-proċedura ta' approvazzjoni għad-direttiva dwar it-tqegħid fis-suq tal-ikel mill-kloni tal-annimali, peress li dan iċaħħad lill-Parlament mid-dritt tiegħu li jemenda l-proposta; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">88.    Jistieden lill-Unjoni Ewropea tipprojbixxi kull forma ta’ brevettar ta’ żrieragħ sabiex tipproteġi il-bdiewa minn kompetizzjoni inġusta u burokrazija żejda, u biex tipproteġi l-varjetajiet/il-bijodiversità lokali u l-patrimonju kulturali u ġenetiku tagħna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">89.    Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ konformità attwali ma’ standards tal-benessri tal-annimali f’azjendi Ewropej tat-trobbija tal-bhejjem u jitlob bil-ħerqa lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi infurzata b’mod adegwat fl-Istati Membri kollha filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-ispejjeż ta’ konformità għall-bdiewa, b’mod partikolari bdiewa żgħar mingħajr ekonomiji ta’ skala; Ikompli jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb ir-regoli tal-benessri tal-annimali fil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-biedja organika u biex tneħħi kwalunkwe eċċezzjoni għal regoli dwar il-benessri tal-annimali, bħal pereżempju l-użu ta' razez mhux xierqa, irbit ta' bhejjem u l-kastrazzjoni bla bżonn; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">90.    Jilqa’ l-inizjattiva riċenti mill-Pajjiżi l-Baxxi, il-Ġermanja u d-Danimarka li jillimitaw it-tul ta' żmien massimu għat-trasport tal-annimali ħajjin għal tmien sigħat; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi b'urġenza r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat- 22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati, u b'hekk tqassar iż-żmien massimu ta' trasport għall-annimali ħajjin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">91.    Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-rapport tagħha "Il-Bini ta' Sistema tal-Ikel Sostenibbli Ewropea" (Building a Sustainable European Food System), li diġà ġie approvat minn tliet Kummissarji preċedenti, u biex tippreżenta pjan ta' azzjoni li jqis il-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport; f’dan ir-rigward huwa favur trasformazzjoni mill-biedja tat-trobbija intensiva tal-bhejjem lejn soluzzjoni ġusta, sostenibbli u forma ta’ produzzjoni tal-proteini bbażata fuq il-pjanti fl-agrikoltura fl-UE, u li l-Kummissjoni tappoġġja u tippromwovi swieq lokali u l-konsum ta’ prodotti lokali, staġjonali u organiċi; jitlob għar-reviżjoni u l-istimolu tas-settur tal-ortikultura ekoloġika fl-Istati Membri sabiex jiġi assigurat livell minimu ta' mili għat-trasport tal-ikel nutrittiv; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">92.    Jitlob li jinfetaħ id-dibattitu biex tiġi żviluppata politika agrikola u tal-ikel ġdida tal-UE li tirrispondi għall-interess tas-soċjetà kollha kemm hi; f’dan il-kuntest jitlob li tiġi mnedija konsultazzjoni pubblika dwar is-sovranità tal-ikel u l-konsum responsabbli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">93.    Jikkritika bil-qawwa l-eżisitenza kontinwa ta' rifużjonijiet tal-esportazzjoni agrikola ta' kull tip; jitlob l-abolizzjoni immedjata tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Il-politika ta' żvilupp </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">94.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija komprensiva u pjan ta’ azzjoni b’rakkomandazzjonijiet qawwija biex jiġu indirizzati l-flussi ta’ kapital illegali u l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, u li tittejjeb il-kooperazzjoni tat-taxxa u t-trasparenza finanzjarja biex tipprevjeni l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa transkonfinali minn kumpaniji multinazzjonali u li tissaħħaħ il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi bħala sors prevedibbli ta’ finanzjament għall-iżvilupp għal pajjiżi li qed jiżviluppaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">95.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja, permezz ta’ Komunikazzjoni li tistabbilixxi l-bażi għal azzjoni konċertata tal-UE, il-proċess kontinwu tal-iżvilupp, taħt il-patroċinju tan-NU, strument legalment vinkolanti dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali, u biex tipprevedi t-twaqqif ta’ rimedji effikaċi għall-vittmi f’każijiet fejn il-ġurisdizzjoni domestika tidher b’mod ċar li mhux kapaċi tipproċessa l-multinazzjonali b’mod effettiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">96.    Jistieden lill-Kummissjoni, fi sħubija mal-UN Women, biex tqiegħed enfasi qawwija fuq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-awtonomija tan-nisa fil-proposti kollha tagħha, filwaqt li tirrikonoxxi li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija parti indispensabbli tal-proċess tat-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">97.    Jitlob għal oqsma ta’ politika li jkollhom impatt fuq l-iżvilupp, inkluż il-kummerċ, il-migrazzjoni, l-enerġija, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-politika agrikola u tas-sajd, biex jirrispondu għall-prinċipju tal-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp u biex jiġu allinjati mal-objettivi tal-iżvilupp;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">98.    Jisħaq fuq il-fatt li l-ODA tibqa' strument kruċjali fil-finanzjament għall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jerġgħu jikkommettu ruħhom mingħajr dewmien għall-mira tal-GNI ta’ 0.7 % għall-ODA billi jippreżentaw skedi ta’ żmien tal-baġit pluriennali sabiex jiżdied għal dawn il-livelli sal-2020 u biex jistabbilixxu skeda ta’ żmien ċara biex jissodisfaw l-impenji tagħhom dwar l-effikaċja tal-iżvilupp, inklużi l-impenji biex iħollu l-irbit tal-għajnuna filwaqt li tissaħħaħ is-sjieda tal-pajjiżi sħab, l-allinjament mal-istrateġiji ta’ żvilupp tal-pajjiżi sħab, ir-responsabbiltà reċiproka u l-armonizzazzjoni tad-donaturi billi titnaqqas il-frammentazzjoni tal-għajnuna permezz ta’ aktar koordinament bejn diversi mekkaniżmi tal-għajnuna u donaturi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">99.    Jitlob għal approċċ ibbażat fuq il-ħtiġijiet tal-bniedem għas-sostenibilità tad-dejn permezz ta’ sett ta’ standards vinkolanti li jiddefinixxu l-għoti u t-teħid ta’ self responsabbli, l-awditi tad-dejn u mekkaniżmu ġust tar-ristrutturazzjoni tad-dejn, li għandha tivvaluta l-leġittimità u s-sostenibbiltà tal-piż tad-dejn tal-pajjiżi u l-kanċellazzjoni possibbli ta’ dejn insostenibbli u inġust; iħeġġeġ lill-UE biex tinvolvi ruħha b’mod kostruttiv fin-negozjati tan-NU li jwasslu għal qafas legali multilaterali għall-proċessi tar-ristrutturar tad-dejn sovran bil-għan li ttaffi l-piż tad-dejn; iħeġġeġ ukoll lill-UE biex tinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-UNCTAD ta' tranżazzjonijiet ta' dejn sovran responsabbli kemm għal min jissellef kif ukoll għal min isellef;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">100.  Itenni li l-pagamenti mid-DCI u l-FEŻ ma jistgħux jintużaw għal programmi militari u ta’ sigurtà, il-kooperazzjoni politika u r-riforma tal-armata; jenfasizza li l-azzjonijiet umanitarji kollha għandhom ikunu ta’ natura purament ċivili;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">101.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iressqu proposta għal strateġija komprensiva tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa, inkluża leġiżlazzjoni dwar standards minimi kontra l-vjolenza kontra n-nisa, huwa tal-fehma li ma għandux ikun hemm pjan ta’ azzjoni separat, pereżempju, għall-mutilazzjoni ġenitali tan-nisa, il-vjolenza domestika jew il-vjolenza sesswali, imma li l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa għandhom ikunu inkwadrati fi strateġija globali u effettiva bbażata fuq perspettiva ta’ ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż sforzi favur l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta’ Istanbul, iffirmata fl-2011 għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika u l-ġlieda kontrihom; f’dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni biex tiddikjara l-2016 is-Sena Ewropea għat-Tmiem tal-Vjolenza Kontra n-Nisa u biex talloka ammont sostanzjali ta’ riżorsi sabiex iżżid is-sensibilizzazzjoni u tappoġġja l-azzjonijiet fil-livelli kollha, b’appoġġ partikolari għall-NGOs tad-drittijiet tan-nisa; jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta u timplimenta l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2015-2020;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">102.  Jiddispjaċih dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirtira d-Direttiva dwar il-Liv tal-Maternità fl-eżerċizzju “REFIT”; jitlob għal inizjattiva leġiżlattiva biex tirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, li toffri l-istess livell ta’ protezzjoni kif ġie approvat fir-riżoluzzjoni tal-2008 tal-Parlament, bħala azzjoni immedjata biex jitjiebu s-saħħa u s-sikurezza ta’ ħaddiema nisa tqal jew ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu; jitlob biex isir progress f’dispożizzjonijiet dwar il-liv tal-ġenituri fil-livell tal-UE, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal liv tal-paternità; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">103.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivverifika l-programm ta’ għajnuna għall-iżvilupp tagħha biex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-UE ma jkunx suġġett għal restrizzjonijiet imposti minn donaturi sħab oħra fir-rigward ta’ kura medika neċessarja, inkluż aċċess għal abort sikur għal nisa u bniet li jkunu vittmi ta’ stupru f’kunflitti armati, f’konformità mal-Artikolu 3 komuni tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra li jiggarantixxi l-kura medika kollha meħtieġa minn dawk midruba u morda; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi u tinkludi aċċess universali għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi fl-oqsma kollha ta’ politika relatati fl-UE u lil hinn minnha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">104.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa punti ta’ tħassib ewlenin fil-politiki ta’ żvilupp tagħha; huwa konvint li l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-bniet huma essenzjali għall-kisba tal-għanijiet ta’ żvilupp internazzjonali; jitlob għal politika ta’ żvilupp tal-UE femminista, anti-militarista u li tfittex il-paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">_____________________</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">105.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-Programm ta' Ħidma tagħha f'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament, inklużi l-pożizzjonijiet speċifiċi għas-settur stabbiliti fit-Tieni Parti ta' din ir-riżoluzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">106.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>