<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>7.7.2015</Date><Ref>B8-0721/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-President</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kommemorazzjoni ta' Srebrenica</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2747(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124812">Fabio Massimo Castaldo</Author>, <Author id="124856">Ignazio Corrao</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.699v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0721/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kommemorazzjoni ta' Srebrenica</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2747" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2747">2015/2747(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2009 dwar Srebrenica<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 111.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u rratifikat mill-Istati Membri kollha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bożnija-Ħerzegovina tas-16 ta' Marzu 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 827 (1993), 1551 (2004) u 1575 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi, fil-11 ta' Lulju 1995, il-belt ta' Srebrenica fil-Lvant tal-Bożnija, li kienet ġiet iddikjarata żona sikura mir-riżoluzzjoni 819 (1993) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, waqgħet f'idejn il-forzi mmexxija mill-Ġeneral Ratko Mladić, li aġixxa taħt l-awtorità ta' Radovan Karadžić, il-President tar-Repubblika Srpska ta' dak iż-żmien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi, matul bosta ġranet ta' qtil bla rażan wara l-waqgħa ta' Srebrenica, aktar minn 8 000 raġel u tifel Musulman, li kienu fittxew is-sikurezza f'din iż-żona taħt il-protezzjoni tal-Forza ta' Protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNPROFOR), inqatlu sommarjament mill-forzi Serbi Bożnijaċi mmexxija mill-Ġeneral Mladić u minn unitajiet paramilitari, inklużi unitajiet tal-pulizija irregolari; billi kważi 30 000 mara, tifel u tifla u anzjan tkeċċew bil-forza f'kampanja ta' tindif etniku fuq skala enormi, u għalhekk dan l-avveniment jirrappreżenta l-akbar delitt tal-gwerra li seħħ fl-Ewropa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi din it-traġedja, li ġiet iddikjarata att ta' ġenoċidju mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY), seħħet f'żona li kienet iddikjarata bħala post sikur min-NU, u għalhekk tibqa' simbolu tal-impotenza tal-komunità internazzjonali li tintervjeni fil-kunflitt u li tipproteġi lill-popolazzjoni ċivili innoċenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi twettaq ksur ripetut tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra kontra l-popolazzjoni ċivili ta' Srebrenica, inklużi deportazzjonijiet ta' eluf ta' nisa, tfal u anzjani u l-istupru ta' għadd kbir ta' nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi, minkejja l-isforzi li saru biex jinstabu u jiġu eżumati oqbra individwali u tal-massa, l-iġsma ta' kważi 1 200 raġel u tifel minn Srebrenica għadhom ma nstabux u ma ġewx identifikati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi, fit-30 ta' Jannar 2015, l-ICTY kkonferma s-sentenzi ta' ħames uffiċjali għoljin tal-armata Serba Bożnijaka li nstabu ħatja tal-involviment tagħhom fit-traġedja ta' Srebrenica tal-1995; billi din hija l-ewwel sentenza finali għal ġenoċidju; billi wħud mill-uffiċjali li nstabu ħatja kienu jirrapportaw direttament lill-ex mexxej tal-armata Ratko Mladić, li attwalment għaddej proċess kontrih fl-ICTY;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi n-nuqqasijiet tal-mekkaniżmi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE u n-nuqqas ta' politika barranija u ta' sigurtà komuni ġenwina kellhom ukoll rwol negattiv fil-mod kif żvolġew l-avvenimenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-istituzzjonalizzazzjoni ta' jum ta' tifkira hija l-aħjar mod kif jingħata ġieħ lill-vittmi tal-ġenoċidju u kif jintbagħat messaġġ ċar lill-ġenerazzjonijiet futuri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jikkommemora u jonora l-vittmi tal-atroċitajiet li seħħew matul il-gwerer f'dik li kienet il-Jugoslavja; jagħti l-kondoljanzi u s-solidarjetà tiegħu lill-familji tal-vittmi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jenfasizza li l-prevenzjoni f'waqtha u l-ikkastigar effikaċi ta' ġenoċidji u delitti kontra l-umanità għandhom ikunu fost il-prijoritajiet ewlenin tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha biex tali atti mostrużi ma jseħħu qatt iżjed fl-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jisħaq fuq l-importanza ta' politiki ta' rikonċiljazzjoni, u jenfasizza r-rwol importanti tal-awtoritajiet reliġjużi, il-midja u s-sistemi tal-edukazzjoni f'dan il-proċess diffiċli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Ifakkar fl-importanza li jkun hemm il-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun u jemmen fl-importanza ta' kooperazzjoni reġjonali akbar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bożnija-Ħerzegovina u lill-entitajiet tagħha, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>