<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>7.7.2015</Date><Ref>B8-0722/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-President</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kommemorazzjoni ta' Srebrenica</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2747(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="112755">Andrej Plenković</Author>, <Author id="96651">Eduard Kukan</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="119434">Dubravka Šuica</Author>, <Author id="119436">Ivana Maletić</Author>, <Author id="124749">Marijana Petir</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.700v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0722/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kommemorazzjoni ta' Srebrenica</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2747" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2747">2015/2747(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 468.</p>
</footnote> u tal-15 ta' Jannar 2009<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 111.</p>
</footnote> dwar Srebrenica,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jirrikonoxxu d-dritt ta' kulħadd għall-ħajja, il-libertà u s-sigurtà tal-persuna u għal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi għoxrin sena ilu, f'Lulju 1995, il-belt Bożnijaka ta' Srebrenica, li dak iż-żmien kienet enklav iżolat li kien ġie pproklamat Żona Protetta mir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tas-16 ta' April 1993, waqgħet f'idejn il-milizzji Serbi mmexxija mill-Ġeneral Ratko Mladić u taħt id-direzzjoni tal-President ta' dak iż-żmien tar-Republika Srpska, Radovan Karadžić;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi, matul bosta ġranet ta' qtil bla rażan wara l-waqgħa ta' Srebrenica, aktar minn 8 000 raġel u tifel Musulman, li kienu fittxew is-sikurezza f'din iż-żona taħt il-protezzjoni tal-Forza ta' Protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNPROFOR), inqatlu sommarjament mill-forzi Serbi Bożnijaċi mmexxija mill-Ġeneral Mladić u minn unitajiet paramilitari, inklużi unitajiet tal-pulizija irregolari Serbi li kienu daħlu fit-territorju Bożnijak mis-Serbja; billi kienu kważi 30 000 in-nisa, it-tfal u l-anzjani li ġew iddeportati bil-forza u għalhekk dan l-avveniment jirrappreżenta l-akbar delitt tal-gwerra li seħħ fl-Ewropa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi, minkejja l-isforzi li saru biex jinstabu u jiġu eżumati oqbra individwali u tal-massa, l-iġsma ta' kważi 1 200 raġel u tifel minn Srebrenica għadhom ma nstabux u ma ġewx identifikati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-avvenimenti traġiċi ta' Srebrenica ħallew feriti emozzjonali profondi fis-superstiti u ħolqu ostakli persistenti għar-rikonċiljazzjoni politika fost il-gruppi etniċi fil-Bożnija-Ħerzegovina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-massakru ta' Srebrenica ġie rikonoxxut bħala ġenoċidju kemm mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) kif ukoll mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tippromwovi l-paċi, u billi r-rikonċiljazzjoni hija fil-qalba tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jikkommemora u jagħti ġieħ lill-vittmi kollha u jesprimi l-kondoljanzi u s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi, li ħafna minnhom qed jgħixu mingħajr konferma finali rigward x'sar minn qrabathom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-ġenoċidju ta' Srebrenica; jiddikjara solennement li dawn id-delitti tal-waħx qatt m'għandhom jerġgħu jsiru u jiddikjara li se jagħmel ħiltu kollha biex jimpedixxi li jseħħu tali atti; jopponi kull ċaħda u relattiviżmu tal-ġenoċidju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jenfasizza, għaldaqstant, li l-prevenzjoni u l-ikkastigar effikaċi tal-ġenoċidji u d-delitti kontra l-umanità għandhom ikunu fost il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea u tal-komunità internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jissottolinja l-ogħla importanza tar-rikonċiljazzjoni għall-futur tar-reġjun; jisħaq fuq l-importanza tax-xogħol li sar mill-ICTY f'dan ir-rigward; itenni li jeħtieġ tingħata aktar attenzjoni għall-proċessi tad-delitti tal-gwerra fil-livell nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jistieden liċ-ċittadini kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina jużaw l-20 anniversarju tal-massakru ta' Srebrenica bħala opportunità biex itejbu r-rikonċiljazzjoni u l-kooperazzjoni, li huma prerekwiżiti ewlenin sabiex il-pajjiżi kollha tar-reġjun jimxu 'l quddiem fi triqithom lejn l-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6:      Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jkunu fuq quddiem nett biex jagħtu ġieħ lill-vittmi u jgħinu s-soċjetà tirrikonoxxi u taċċetta d-delitti terribbli mwettqa fi Srebrenica u madwarha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jisħaq fuq l-importanza li fil-Bożnija-Ħerzegovina kollha jkun hemm kopertura oġġettiva mill-midja u programmi edukattivi bbażati fuq il-fatti dwar Srebrenica sabiex jiġi indirizzat l-imgħoddi u tingħeleb it-tensjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jemmen li l-kooperazzjoni reġjonali u l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea huma l-aħjar mod kif jingħelbu l-mibegħda u d-diviżjonijiet; itenni l-impenn tal-UE għall-perspettiva Ewropea tal-Bożnija-Ħerzegovina u tal-Balkani tal-Punent kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bożnija-Ħerzegovina u lill-entitajiet tagħha, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>