<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>7.9.2015</Date><Ref>B8-0832/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati fl-Ewropa</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2833(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96780">Monika Hohlmeier</Author>, <Author id="118859">Roberta Metsola</Author>, <Author id="125027">Esteban González Pons</Author>, <Author id="125065">Elissavet Vozemberg</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="96848">Mariya Gabriel</Author>, <Author id="96876">Frank Engel</Author>, <Author id="28397">Agustín Díaz de Mera García Consuegra</Author>, <Author id="96775">Lara Comi</Author>, <Author id="58758">Elisabetta Gardini</Author>, <Author id="72775">Rachida Dati</Author>, <Author id="96761">Axel Voss</Author>, <Author id="96674">Anna Maria Corazza Bildt</Author>, <Author id="28429">Alessandra Mussolini</Author>, <Author id="1892">Carlos Coelho</Author>, <Author id="95074">Jeroen Lenaers</Author>, <Author id="124850">Emil Radev</Author>, <Author id="28257">Ivo Belet</Author>, <Author id="96813">Barbara Matera</Author>, <Author id="96933">Milan Zver</Author>, <Author id="125104">Romana Tomc</Author>, <Author id="125032">Ramón Luis Valcárcel Siso</Author>, <Author id="124702">Jaromír Štětina</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.800v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0832/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati fl-Ewropa</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2833" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2833">2015/2833(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-Protokoll tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Aġenda Ewropea tal-Kummissjoni dwar il-Migrazzjoni tat-13 ta' Mejju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (COM (2015)0286-2015/0125 (NLE)), u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar skema ta' risistemazzjoni Ewropea li tinvolvi 20 000 persuna minn barra l-UE li b'mod ċar jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, kif identifikati mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (C(2015)3560),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar it-teħid tal-marki tas-swaba' (SWD (2015)150), li stabbilew approċċ tal-aħjar prattiki għat-teħid tal-marki tas-swaba' tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu għadhom kif waslu, u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li twaqqaf approċċ ta' "Hotspot",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/972 tat-22 ta' Ġunju 2015 li tvara operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali kontra t-traffikanti tal-bnedmin bil-missjoni li tidentifika, taqbad u teqred il-bastimenti u l-mezzi użati mit-traffikanti tal-migranti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-UE fl-2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dibattitu dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati fl-Ewropa li sar fil-Parlament fid-9 ta' Settembru 2015, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar it-traġedji reċenti tal-bastimenti tal-migranti fil-Mediterran<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0176" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0176/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0176</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Lulju 2015 u l-pjan ta' azzjoni f'għaxar punti dwar il-migrazzjoni adottat fil-laqgħa konġunta tal-Kunsill Affarijiet Barranin u l-Kunsill Affarijiet Interni tal-20 ta' April 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), in-numru ta' migranti u ta' dawk li jfittxu asil li waslu fl-Ewropa bil-baħar fl-2015 sa issa qiegħed joqrob kwart ta' miljun, u billi, skont il-Frontex, il-qsim illegali tal-fruntieri bejn Jannar u Lulju 2015 permezz tar-rotta tal-Balkani tal-Punent ammonta għal 102 342, li juri b'mod ċar li l-pressjoni migratorja hija sfida ta' dimensjonijiet Ewropej li teħtieġ rispons Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi għall-ewwel seba' xhur tal-2015 il-Frontex irrappurtat total ta' 340 000 detezzjoni ta' dħul irregolari (ir-rotot kollha, u l-fruntieri kemm tal-art u kemm tal-baħar), meta mqabbla mal-123 500 rreġistrati fl-istess perjodu s-sena li għaddiet, u 280 000 matul l-2014 kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi sa mill-bidu tal-2015 tressqu 560 000 applikazzjoni għal asil, meta mqabbla mas-660 000 fl-2014 għal sena sħiħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi, minkejja l-ħidma kuraġġuża tal-iskwadri tas-salvataġġ tal-Istati Membri u l-iskala mingħajr preċedent tal-operazzjonijiet tal-Frontex, li salvaw aktar minn 110 000 ħajja mit-tnedija tagħhom, il-traffikanti bla ħniena xorta jaslu biex jisfruttaw lill-migranti, jpoġġulhom ħajjithom f'riskju bil-prattiki inumani u atroċi tagħhom għal xejn aktar ħlief għall-qligħ finanzjarju tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-instabbiltà politika fil-Libja, fis-Sirja u fl-Iraq ħolqot ambjent ideali għall-attivitajiet kriminali tat-traffikanti u tat-traffikanti, u billi l-espansjoni rapida tal-IS/Da'esh fiż-żoni ta' kunflitt ġirien għandha impatt fuq l-influss massiċċ ta' migranti u fuq il-flussi ta' persuni spostati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi, fit-3 ta' Settembru, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-President Franċiż François Hollande qablu li jitwaqqaf mekkaniżmu permanenti u obbligatorju għall-allokazzjoni ta' rifuġjati fost l-Istati Membri kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi fit-3 ta' Settembru 2015 il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk appella biex 100 000 rifuġjat, mill-inqas, jitqassmu mill-ġdid;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jiddeplora t-telf traġiku rikorrenti ta' ħajjiet ta' migranti li jkunu qed jippruvaw jaslu l-Ewropa, u huwa ddispjaċut bl-immaġni ta' qsim il-qalb ta' tfal li nġarru fuq ix-xtut tal-UE, prinċipalment bħala riżultat tal-atti kriminali mwettqa mit-traffikanti, li qed ikomplu jsostnu kummerċ bla skrupli li jhedded il-ħajjiet ta' persuni ddisprati; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħmlu kulma jistgħu sabiex jimpedixxu aktar imwiet fuq il-baħar jew fuq l-art; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Ifakkar fil-ħtieġa ta' implimentazzjoni konsistenti tar-regoli komuni eżistenti tal-UE, u jtenni mill-ġdid il-ħtieġa ta' sett ieħor ta' miżuri ewlenin immirati biex jipproteġu lil dawk fil-bżonn u li jaġixxu b'solidarjetà u responsabbiltà lejn pajjiżi Ewropej oħra li qed jirċievu l-ogħla numri ta' rifuġjati u persuni li jfittxu asil, f'termini assoluti jew proporzjonali; ifakkar, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni bdiet proċedimenti ta' ksur kontra 17-il Stat Membru minħabba nuqqas ta' implimentazzjoni tal-acquis tas-SEKA; jilqa' r-rieda notevoli tal-Ġermanja li tirċievi eluf ta' rifuġjati li qed jaslu fil-fruntieri tagħha b'reazzjoni għad-dimensjonijiet drammatiċi tal-kriżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni mnedija reċentament dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni, kif ukoll il-proposta l-ġdida għal rilokazzjoni ta' emerġenza ta' żieda fin-numru ta' dawk li qed ifittxu asil u li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, li tkopri l-Greċja, l-Italja u l-Ungerija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Itenni mill-ġdid it-talba tiegħu biex tiġi ssodisfata l-ħtieġa immedjata ta' mekkaniżmu ta' distribuzzjoni vinkolanti u permanenti għar-rilokazzjoni tal-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali li jiskatta ladarba jkun intlaħaq ċertu livell; itenni wkoll li l-programm ta' risistemazzjoni għall-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali għandu jiġi garantit u msaħħaħ iktar, mill-Istati Membri li jipprovdu aċċess għall-protezzjoni, mingħajr ma r-rifuġjati jkunu dipendenti fuq l-immigrazzjoni illegali jew fuq in-netwerks tat-traffikar, filwaqt li jippermetti wkoll lill-Istati Membri jiġġestixxu l-wasliet ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex timplimenta b'mod immedjat u tkompli ssaħħaħ l-approċċ tagħha ta' "Hotspot", billi l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, il-Frontex u l-Europol ser jaħdmu fuq il-post mal-Istati Membri li qegħdin fil-fruntiera u li huma l-iktar milquta mill-pressjoni migratorja attwali biex b'mod rapidu jidentifikaw, jirreġistraw u jieħdu l-marki tas-swaba' tal-migranti li jkunu deħlin u jipproċessaw il-każijiet ta' asil; jistieden lill-Istati Membri jistandardizzaw il-kundizzjonijiet ġuridiċi, finanzjarji u ta' akkoljenza, u jenfasizza l-ħtieġa ta' faċilitajiet ta' akkoljenza ekwivalenti fl-Istati Membri kollha, billi jiżguraw li l-applikanti jkollhom livell ta' għajxien dinjituż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Iqis li hemm bżonn tissaħħaħ minnufih is-sigurtà tal-fruntieri tal-UE billi jizdied il-kontroll fil-fruntieri kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art fin-Nofsinhar tal-Mediterran, fil-Baħar Eġew u fuq ir-"rotta tal-Balkani", u jittejjeb il-funzjonament tal-Frontex u l-EASO; ifakkar l-obbligu partikolari tal-Istati Membri li qegħdin fil-fruntieri f'dan ir-rigward u jtenni mill-ġdid l-impenn tiegħu biex jinfetħu l-fruntieri fi ħdan iż-żona Schengen; jistieden lill-Istati Membri jkomplu juru solidarjetà u impenn billi jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġits u l-operazzjonijiet tal-Frontex u l-EASO; jimpenja ruħu li jipprovdi dawk l-aġenziji bir-riżorsi (umani u materjali) meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom permezz tal-baġit tal-UE u l-fondi rilevanti tiegħu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, b'sistema ta' ritorn aktar rapida li timxi id f'id mar-rispett għall-proċeduri u l-istandards li jippermettu lill-Ewropa tiżgura trattament uman u dinjituż tal-persuni rimpatrijati, f'konformità mal-prinċipju ta' non-refoulement; iħeġġeġ lill-Istati Membri japplikaw id-Direttiva dwar ir-Ritorn u jħeġġeġ it-tisħiħ u l-emenda tal-bażi ġuridika tal-Frontex sabiex jissaħħaħ ir-rwol ta' koordinazzjoni tagħha fl-operazzjonijiet ta' ritorn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li ssaħħaħ id-dispożizzjoni dwar il-"pajjiż ta' oriġini bla periklu" tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil billi tistabbilixxi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu, li se tnaqqas il-piż fuq is-sistemi ta' asil, peress li dan huwa pass importanti lejn l-iffukar tal-kapaċitajiet tagħna ta' asil u ta' akkoljenza fuq dawk verament fil-bżonn ta' protezzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Ifakkar li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali qawwija kontra t-traffikar u t-traffikanti ta' bnedmin, kemm lejn l-UE kif ukoll fi ħdanha, u wkoll kontra individwi jew gruppi li jisfruttaw migranti vulnerabbli fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali ta' flussi migratorji kbar, inkluż billi jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli għall-kunflitti fil-viċinat tagħna, u b'mod speċjali għat-terroriżmu Iżlamiku marbut ma' gruppi bħall-IS/Da'esh, li qiegħed jitterrorizza partijiet kbar tal-Afrika u tal-Lvant Nofsani u li għandu jiġi miġġieled b'determinazzjoni; jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha twettaq offensiva diplomatika flimkien mal-Istati Uniti u sħab internazzjonali oħra biex tikkonvinċi lil pajjiżi oħra fir-reġjun, bħat-Turkija, l-Arabja Sawdija, l-Istati tal-Golf u l-Iran, jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom fil-ġestjoni ta' din l-isfida globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Iqis li huwa neċessarju li jiġu offruti sikurezza u assistenza umanitarja kemm jista' jkun qrib il-postijiet ta' oriġini billi jinħolqu żoni sikuri u ċentri ta' akkoljenza inizjali f'pajjiżi terzi fejn il-proċedura ta' asil tista' tinbeda, u b'hekk jinħolqu modi sikuri għan-nies fil-bżonn li jidħlu fl-Ewropa u jitnaqqas ir-riskju tagħhom li jaqgħu f'idejn it-traffikanti inumani tal-bnedmin; l-għajnuna finanzjarja Ewropea għandha tiżdied ukoll biex jingħata appoġġ lill-isforzi lokali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ ġdid għall-Afrika li jinkludi opportunitajiet aħjar għall-kummerċ u l-iżvilupp u li jippermettu prospetti ta' tkabbir ekonomiku, kif ukoll it-tisħiħ tal-kooperazzjoni tagħna mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu fir-rigward tal-migranti irregolari, it-traffikar ta' bnedmin u l-proċeduri ta' ritorn permezz tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE; jilqa', f'dan ir-rigward, is-summit ad hoc li se jsir fil-Belt Valletta f'Novembru 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Iħeġġeġ lill-UE, l-Istati Membri tagħha u donaturi oħra internazzjonali sabiex iwettqu b'urġenza l-impenji li saru waqt il-Konferenza dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret f'Lulju 2015 f'Addis Ababa, u jenfasizza l-bżonn li l-politika għall-iżvilupp tiġi ffukata mill-ġdid fuq il-bini ta' soċjetajiet paċifiċi, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-promozzjoni ta' governanza tajba, kif speċifikat fl-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 16 tal-qafas tal-iżvilupp globali għal wara l-2015; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>