<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>7.9.2015</Date><Ref>B8-0835/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-migrazzjoni u s-sitwazzjoni tar-rifuġjati</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2833(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="113959">Martina Anderson</Author>, <Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="125061">Kostas Chrysogonos</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="124986">Matt Carthy</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="124987">Liadh Ní Riada</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="120478">Martina Michels</Author>, <Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="125031">Pablo Iglesias</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="125049">Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.803v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0835/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-migrazzjoni u s-sitwazzjoni tar-rifuġjati</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2833" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2833">2015/2833(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 u l-protokoll addizzjonali tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' April 2015 dwar l-aħħar traġedji fil-Mediterran u l-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0176" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0176/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0176</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' April 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0105" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0105/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0105</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-diskors tal-President tal-Parlament Ewropew matul iż-żjara tiegħu f'Lampedusa fit-2 u t-3 ta' Ottubru 2014 biex jitfakkar l-anniversarju tat-traġedja tat-3 ta' Ottubru 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu dwar iż-żjarat tad-delegazzjonijiet tiegħu f'Lampedusa f'Novembru 2011, fil-Ġordan fi Frar 2013 fir-rigward tar-rifuġjati mis-Sirja, u fil-Bulgarija f'Jannar 2014 fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-persuni li jfittxu l-asil u tar-rifuġjati, b'mod partikolari mis-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dibattiti fis-sessjoni plenarja tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar il-politiki tal-UE dwar il-migrazzjoni fil-Mediterran, b'attenzjoni partikolari għall-ġrajjiet traġiċi li seħħew 'il barra minn Lampedusa, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dibattiti li saru mill-bidu tal-leġiżlatura attwali fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern: fit-22 ta' Lulju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force għall-Mediterran; fl-4 ta' Settembru 2014 dwar l-attivitajiet ta' Frontex fil-Mediterran u dwar it-Task Force għall-Mediterran; u tal-24 ta' Settembru 2014 dwar il-5 rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil (2013) (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0288" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0288">COM(2014)0288</ANCHOR>), u dwar ir-rapport annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) dwar is-sitwazzjoni tal-asil fl-Unjoni Ewropea (2013), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2013-0869" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2013-0869">COM(2013)0869</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-ħidma tat-Task Force fil-Mediterran (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/SWD-2014-0173" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/SWD-2014-0173">SWD(2014)0173</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2014, fejn iddefinixxa l-linji gwida strateġiċi għall-ippjanar leġiżlattiv u operattiv għas-snin li ġejjin fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni li jmiss ippreżentati mill-President Juncker lill-plenarja tal-Parlament fil-15 ta' Lulju 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Settembru 2014 dwar il-politiki Ewropej tal-immigrazzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-impenji meħuda mill-Kummissarju għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos, fis-smigħ tiegħu quddiem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tat-30 ta' Settembru 2014 ,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Ottubru 2014 dwar il-ħtieġa li tittieħed azzjoni biex il-flussi migratorji jiġu ġestiti aħjar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (APKE) ta' April 2012, bit-titolu "Lives lost in the Mediterranean Sea: who is responsible?", </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rapporti annwali tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Migranti, b'mod partikolari dawk ta' April 2013 dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti, u ta' April 2014 dwar l-isfruttament ta' ħaddiema migranti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-ħidma mwettqa minn NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Mediterran, li tat eżempju ta' operazzjonijiet ta' salvataġġ ċivili mhux militarizzati bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-instabbiltà reġjonali u l-kunflitt persistenti qed jiġġeneraw kriżi umanitarja bla preċedent fl-istorja moderna, fejn fl-2014 ġew spostati aktar minn 60 miljun ruħ; ifakkar li fl-2014 madwar 42 500 ruħ saru rifuġjati, persuni li jfittxu l-asil jew persuni spostati internament kuljum, u li tali ċaqliq iseħħ l-aktar f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li 13 % minnu biss iseħħ f'pajjiżi żviluppati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri naqqsu l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi ta' għajnuna alimentari, u dan wassal għal skarsezzi ta' ikel fl-ewwel pajjiżi ospitanti tar-rifuġajti, partikolarment il-Ġordan u l-Libanu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-kunflitti fis-Sirja u fil-Libja, li fihom l-Istati Membri armaw u ffinanzjaw lil atturi differenti, wasslu għal żieda enormi fin-numru ta' rifuġjati, u dan juri għal darb'oħra l-ħtieġa li l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom li jilqgħu lir-rifuġjati u jsalvawhom mill-baħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-UE u l-Istati Membri tagħha qed jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-kummerċ kriminali u perikoluż tat-traffikar tal-bnedmin bil-bini ta' delimitazzjonijiet u billi jagħlqu dejjem aktar il-fruntieri esterni tagħhom għall-migranti u r-rifuġjati, mingħajr ma jipprovdu possibilitajiet ta' aċċess sikur u legali fl-UE; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għaldaqstant qed jonqsu milli jipprovdu rispons xieraq għall-imwiet fil-Mediterran u għall-kriżi tar-rifuġjati fil-viċinat tagħna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi, skont data tal-UNHCR, 2 778 mara, raġel u tifel u tifla ġew irrapportati mejta jew nieqsa fl-2015 fit-tentattivi tagħhom li jilħqu post sikur fl-Ewropa; billi l-UE, minflok ma daħħlet fis-seħħ operazzjoni proattiva ta' tfittxija u salvataġġ, żiedet il-baġit ta' Frontex; billi f'dikjarazzjoni tal-5 ta' Awwissu 2014 Médecins Sans Frontières (MSF) irrimarkat dwar in-nuqqas gravi ta' operazzjonijiet xierqa ta' tfittxija u salvataġġ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi, skont data tal-UNHCR, fil-Greċja waslu 229 460 ruħ mill-art u mill-baħar bejn Jannar u Awwissu 2015, u fl-Italja waslu 115 500 ruħ mill-baħar bejn Jannar u Lulju 2015; jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Greċja biex ittejjeb is-sitwazzjoni tar-rifuġjati minkejja n-nuqqas ta' appoġġ Ewropew, inklużi l-fondi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi, fil-5 ta' Settembru 2015, il-Ġermanja u l-Awstrija taw aċċess lil eluf ta' rifuġjati li ma tħallewx jitilgħu fuq ferroviji f'Budapest mill-Gvern Ungeriż; billi għandu jiġi ddeplorat il-fatt li l-istess gvernijiet ħabbru l-istabbiliment mill-ġdid ta' kontrolli għalgħarrieda fil-fruntieri minkejja s-sitwazzjoni umanitarja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi madwar l-Ewropa żviluppaw bosta inizjattivi min-naħa taċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali biex jappoġġaw ir-rifuġjati, b'talbiet għal politika differenti dwar il-migrazzjoni u l-asil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi, skont data ta' Frontex, fl-2015 sal-lum is-Sirja, l-Afganistan, l-Eritrea u l-Iraq huma l-pajjiżi li minnhom waslu l-akbar numru ta' persuni li jfittxu l-asil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi skont il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951 persuni jistgħu jfittxu l-asil f'pajjiż ieħor irrispettivament mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom sakemm ikollhom biża' motivat li jiġu persegwitati minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija fi grupp soċjali partikolari jew l-opinjoni politika tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi fil-Kunsill Ewropew l-aktar reċenti tal-25 u s-26 ta' Ġunju fi Brussell, il-mexxejja naqsu milli jiftiehmu dwar numri suffiċjenti għal mekkaniżmi ta' rilokazzjoni jew risistemazzjoni volontarji għal persuni li jfittxu l-asil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi minflok it-teħid ta' deċiżjonijiet ad hoc attwali, jeħtieġ li jiġi żviluppat approċċ aktar fit-tul għal operazzjonijiet proattivi u mhux militarizzati ta' tfittxija u salvataġġ li jkunu indipendenti mill-kontrolli fil-fruntieri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi s-sitwazzjoni attwali fil-Greċja, fl-Italja u fl-Ungerija tenfasizza l-ħtieġa urġenti biex ir-Regolament ta' Dublin jiġi sospiż u jiġu żviluppati alternattivi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jagħti ġieħ lill-irġiel, lin-nisa u lit-tfal li mietu matul is-snin fit-tentattivi tagħhom li jilħqu post sikur fl-Ewropa, u jagħti l-kondoljanzi siniċiera, is-solidarjetà u l-appoġġ tiegħu lill-familji tal-vittmi; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu ħilithom biex jidentifikaw il-kadavri u l-persuni neqsin, u jinfurmaw lill-qraba;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jikkundanna n-nuqqas ta' solidarjetà u responsabbiltà fost l-Istati Membri tal-UE kif ukoll it-trattament inuman u degradanti li jaffaċċjaw il-migranti u r-rifuġjati fl-Ewropa kollha, inklużi atti vjolenti mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi; jitlob, għalhekk, li ssir bidla radikali u immedjata fil-politiki dwar il-migrazzjoni u l-asil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-għadd kbir ta' rifuġjati u migranti li qed jaħarbu minn kunflitt bla tmiem, ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, il-konsegwenzi fatali tat-tibdil fil-klima, il-faqar u t-trażżin aħrax; ifakkar li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom responsabbiltà għall-gwerra, il-kaos, il-miżerja ekonomika, il-ġuħ u l-mewt li r-rifuġjati u l-immigranti qed jaħarbu minnhom, anke minħabba politiki ekonomiċi neoliberali globali, il-passat kolonjali tagħhom u politiki neokolonjali attwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jagħti ġieħ lill-bosta inizjattivi taċ-ċittadini u tal-awtoritajiet lokali fl-Ewropa kollha li qed jipprovdu appoġġ lir-rifuġjati fin-nuqqas ta' appoġġ u leadership tal-UE u l-gvernijiet; jirrikonoxxi li dawn l-inizjattivi juru li ħafna ċittadini jridu jgħixu f'Ewropa ta' solidarjetà fejn ir-rifuġjati u l-migranti jintlaqgħu; jilqa', b'mod partikolari, l-istabbiliment ta' netwerk ta' "bliet ta' rifuġjati" fi Spanja, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali jsegwu dan l-eżempju; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' appoġġ min-NU; jistieden lin-NU, għalhekk, biex tiżvolġi rwol ewlieni fir-rispons għall-kriżi tar-rifuġjati, anke billi toħroġ riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar il-fatt li l-persuni li jfittxu l-asil jingħataw aċċess malajr u sikur għat-territorju Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha biex jieħdu azzjoni immedjata b'reazzjoni għas-sitwazzjoni ta' kriżi fil-Mediterran abbażi ta' solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, f'konformità mal-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u ta' approċċ olistiku li jqis il-migrazzjoni sikura u legali u r-rispett sħiħ tad-drittijiet u l-valuri fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex, jekk ma jintlaħaqx ftehim fil-Kunsill dwar pożizzjoni magħquda f'dan is-sens, jistabbilixxu koalizzjoni ta' Stati Membri sabiex isir progress lejn politika tal-UE dwar ir-rifuġjati u l-migrazzjoni aktar progressiva u umana, u jitlob li jiġu allokati fondi sinifikanti f'dan il-qasam bħala parti minn tali kooperazzjoni msaħħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jorganizzaw, bħala kwistjoni ta' urġenza, operazzjoni ċivili ġdida u permanenti ta' tfittxija u salvataġġ fil-Mediterran, imfassla b'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u filwaqt li jitqiesu esperjenzi siewja ta' tfittxija u salvataġġ bħal dawk tal-Migrant Offshore Aid Station (MOAS) u ta' Médecins Sans Frontières (MSF);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill Ewropew ma rnexxilux jimplimenta mekkaniżmu ta' solidarjetà kredibbli, vinkolanti u fl-UE kollha li tkun tinkludi skema ta' risistemazzjoni obbligatorja flimkien ma' rilokazzjonijiet ta' emerġenza bejn l-Istati Membri, filwaqt li jitqies id-dritt tal-migranti u r-rifuġjati li jagħżlu fejn jgħixu; jistieden lill-Kummissjoni biex, għall-iskema ta' rilokazzjoni permanenti tagħha, tipproponi numru ta' postijiet ta' rilokazzjoni adegwati biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet attwali tal-pajjiżi tal-ewwel dħul fuq il-bażi tal-għadd ta' persuni li jaslu mill-baħar u mill-art sal-lum fl-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jitlob is-sospensjoni immedjata tar-Regolament ta' Dublin, li qed jonqos milli jiżgura aċċess effikaċi għall-asil; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jattivaw minnufih id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (id-Direttiva 2001/55/KE) fid-dawl tal-influss attwali ta' rifuġjati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jenfasizza l-ħtieġa li jsir użu akbar ta' mezzi sikuri u legali u li jissaħħaħ l-għoti ta' viżi umanitarji skont il-Kodiċi dwar il-Viżi, billi l-Istati Membri jiġu mistiedna jagħmlu aktar użu minn tali viżi umanitarji jew jissospendu r-rekwiżit għal tali viżi għal dawk li jivvjaġġaw minn żona ta' kunflitt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jenfasizza li, minbarra programm ta' risistemazzjoni qawwi, l-Istati Membri għandhom jaqblu li jipprovdu mezzi legali oħra bħal iktar riunifikazzjoni tal-familji, u skemi privati ta' sponsorizzazzjoni u arranġamenti flessibbli dwar il-viżi, fosthom għal skopijiet ta' studju, xogħol u saħħa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jikkundanna d-deċiżjoni tal-Kunsill li jikkonċentra l-isforzi effettivi kollha, inklużi l-isforzi militari, fuq ġlieda li mhux biss mhux qed tirnexxi iżda li m'hemmx lokha, billi t-traffikanti japprofittaw ruħhom min-nuqqas ta' rotot legali għall-migranti u r-rifuġjati; jikkundanna l-pjan biex jinqerdu bastimenti tul il-kosti tal-Libja u ta' pajjiżi oħra tal-Afrika ta' Fuq, u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jwaqqfu l-operazzjoni EUNAVFOR MED;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu, bħala kwistjoni ta' urġenza, infrastrutturi adegwati ta' akkoljenza għall-migranti u għall-persuni li jfittxu l-asil, u jirrikonoxxu lill-persuni li jkunu qed jaħarbu minn kunflitti li għaddejjin bħala rifuġjati prima facie; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jiddispjaċih li ħafna nies li qed jaħarbu miċ-ċaħda tad-drittijiet tal-bniedem fi stati fraġli jew falluti mhumiex se jingħataw status ta' rifuġjat u se jkunu bla dokumenti minkejja l-biża' motivat tagħhom li jiġu ppersegwitati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jikkundanna l-aċċelerazzjoni u l-infurzar ta' ritorni ppjanati minn "hotspots" abbażi ta' lista ta' pajjiżi "sikuri"; jesprimi preokkupazzjoni li dan jista' jimpedixxi li jsiru applikazzjonijiet individwali għall-asil minn ċittadini u residenti ta' dawk il-pajjiżi terzi; jirrimarka li l-approċċ ibbażat fuq il-kunċett ta' "pajjiżi sikuri" jimmina d-drittijiet tal-bniedem ta' dawk li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli, bħal nisa li jkunu vittmi ta' persekuzzjoni abbażi tal-ġeneru, u persuni LGBTI; jikkundanna b'mod partikolari t-tħabbira mill-President Juncker li l-pajjiżi kandidati kollha tal-UE – inklużi t-Turkija u l-pajjiżi Balkani – għandhom jiġu kkunsidrati bħala pajjiżi sikuri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jikkundanna l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-infurzar tat-teħid tal-marki tas-swaba' permezz ta' koerċizzjoni jew miżuri ta' detenzjoni huwa kkunsidrat bħala l-"aħjar prassi" jekk ikun proporzjonat; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif din il-prassi tirrispetta d-dritt ta' persuna għad-dinjità tal-bniedem, u jikkundanna l-infurzar ta' din il-prassi ta' kriminalizzazzjoni mill-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Jikkundanna d-detenzjoni ta' migranti u jitlob l-abolizzjoni taċ-ċentri ta' detenzjoni; jappoġġa l-isforzi li qed isiru f'din id-direzzjoni f'xi Stati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jitlob is-sospensjoni tal-ftehimiet kollha ta' riammissjoni ma' pajjiżi li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju internazzjonali ta' non-refoulement, mhux biss bil-kliem imma anke bil-fatti; ifakkar li t-tkeċċija kollettiva hija projbita;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissospendu minnufih il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi li l-politika tagħhom hija li jwaqqfu lill-migranti u lir-rifuġjati milli jilħqu post sikur fl-Ewropa u biex jintensifikaw il-kontrolli fil-fruntieri; jitlob li jintemmu n-negozjati dwar ftehimiet bħal dawn ma' pajjiżi terzi li ma jiggarantux il-protezzjoni tar-rifuġjati u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, bħall-Eritrea, is-Sudan, is-Somalja, l-Etjopja u l-Eġittu, li huma kollha pajjiżi li minnhom ir-rifuġjati qed jaħarbu, u jitlob ukoll għas-sospensjoni tal-proċessi ta' Khartoum u Rabat; jitlob ukoll is-sospensjoni tal-assistenza finanzjarja kollha u lir-reġimi tal-Eġittu u tal-Eritrea fid-dawl ta' rapporti tan-NU u ta' NGOs dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'dawk il-pajjiżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Jirrifjuta l-proposti minn Stati Membri biex jiġu stabbiliti ċentri tal-asil jew tad-detenzjoni f'pajjiżi terzi u biex pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u t-Turkija jiġu involuti fl-operazzjonijiet Ewropej ta' tfittxija u salvataġġ bl-għan li r-rifuġjati jiġu interċettati u jittieħdu lura l-Afrika jew it-Turkija; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tagħti lill-Parlament evalwazzjoni tal-konformità ta' dawn il-proposti mad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Ġinevra, u ta' kwalunkwe ostaklu prattiku jew ġuridiku ieħor għall-implimentazzjoni tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Ifakkar li l-asil huwa dritt tal-bniedem fundamentali garantit minn liġijiet u obbligi internazzjonali li huma vinkolanti għall-Istati Membri kollha; jenfasizza, għalhekk, li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu akbar mill-proċeduri għad-dispożizzjoni tagħhom biex jittrattaw talbiet urġenti għal protezzjoni, billi jużaw aktar il-qafas legali eżistenti, inklużi applikazzjonijiet għall-asil imressqa fil-konsulati tagħhom f'pajjiżi terzi u pproċessati ladarba l-applikant ikun fl-Ewropa; ifakkar li r-rata ta' aċċettazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-asil tvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor; huwa preokkupat, f'dan ir-rigward, dwar il-politika ta' żamma u ritorn segwita minn ċerti Stati Membri fir-rigward ta' "persuni li jfittxu l-asil rifjutati";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.    Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex, fid-dawl tal-impatt drammatiku ta' interventi militari preċedenti f'termini taż-żieda f'daqqa tal-għadd ta' rifuġjati, jastjenu milli jipparteċipaw f'kunflitti f’pajjiżi terzi jew li jarmaw u jappoġġaw l-atturi tagħhom, u biex jippromwovu l-paċi u jirrifjutaw l-intervent vjolenti bħala l-bażi tal-politika barranija tagħhom; jitlob b'mod partikolari lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex ma jwettqu ebda intervent militari fis-Sirja jew fil-Libja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.    Ifakkar li skont l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jiffinanzjaw l-għajnuna għall-iżvilupp b'sa 0.7 % tal-PDG; jiddispjaċih dwar il-fatt li kważi l-Istati Membri kollha qatgħu qalbhom minn dan l-impenn; jikkundanna l-fatt li xi Stati Membri saħansitra naqqsu l-parteċipazzjoni tagħhom; jitlob, f'dan il-kuntest, l-intensifikazzjoni tal-appoġġ tal-UE għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali fil-livelli kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.    Jikkundanna l-kliem u l-attitudnijiet ksenofobiċi tal-mexxejja ta' xi Stati Membri, u l-użu li l-forzi tal-lemin estrem qed jagħmlu mill-kriżi attwali biex ixerrdu l-messaġġ vjolenti tagħhom; jikkundanna wkoll il-fatt li xi mexxejja ta' Stati Membri jibqa' jkollhom attitudnijiet li joħolqu konfużjoni u firda fir-rigward tar-rifuġjati, il-persuni li jfittxu l-asil u l-migranti "ekonomiċi"; jikkundanna b'mod partikolari l-miżuri kollha li qed jiġu adottati mill-Gvern Ungeriż attwali li jiksru d-dritt internazzjonali dwar l-asil, inklużi bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-asil, il-bini ta' delimitazzjoni ġdida u l-iżbark vjolenti ta' ferrovija mimlija rifuġjati, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet reċenti tal-Prim Ministru Viktor Orbán;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.    Jappoġġa żieda sostanzjali fil-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-2016; jitlob li l-ammonti kollha disponibbli taħt dan il-fond jiġu allokati primarjament għall-asil u l-integrazzjoni, speċjalment fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjieg, il-kura tas-saħħa u l-housing, sabiex tiġi promossa l-parteċipazzjoni ugwali fil-ħajja soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.    Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jimplimentaw l-inizjattivi diġà mħabbra mill-Kummissjoni bl-għan li tiżdied is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri, inkluża l-proposta l-ġdida għal mekkaniżmu ta' rilokazzjoni permanenti, b'żieda ulterjuri sostanzjali fin-numru ta' postijiet ta' rilokazzjoni bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba, filwaqt li jitqies li l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern – il-kumitat kompetenti għal kwistjonijiet bħal dawn – bħalissa qed jabbozza rapport li se jirrifletti l-orjentazzjonijiet politiċi tal-Parlament fuq perjodu medju u fit-tul b'rabta mal-migrazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.    Jitlob li jiġi organizzat urġentement summit Ewropew biex tiġi eżaminata l-bidla radikali li hija meħtieġa fir-rigward tal-politiki dwar il-migrazzjoni u l-asil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>