<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>7.9.2015</Date><Ref>B8-0841/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-rwol tal-UE fil-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani </p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2685(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="34250">Nedzhmi Ali</Author>, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="125040">Beatriz Becerra Basterrechea</Author>, <Author id="96922">Izaskun Bilbao Barandica</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author>, <Author id="28116">Marian Harkin</Author>, <Author id="34249">Filiz Hyusmenova</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="124707">Petr Ježek</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="125038">Maite Pagazaurtundúa Ruiz</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.809v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0841/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-UE fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani </span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2685" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2685">2015/2685(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE tal-20 ta' Lulju 2015 dwar il-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni (ir-“Rappreżentant Għoli”) għamlet l-ewwel żjara uffiċjali barra l-UE f’din il-kapaċità fl-Iżrael u l-Palestina f’Novembru 2014, u kienet ukoll l-ewwel uffiċjal għoli tal-UE li żaret il-pajjiż wara l-formazzjoni tal-gvern Iżraeljan il-ġdid f’Mejju 2015; billi r-Rappreżentant Għoli esprimiet f’bosta okkażjonijiet l-impenn tagħha li ġġedded u tintensifika r-rwol tal-UE fil-proċess ta’ paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi f’April 2015, ir-Rappreżentant Għoli ħatret Rappreżentant Speċjali ġdid tal-UE għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani (ir-“Rappreżentant Speċjali tal-UE”);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-Unjoni hija l-akbar fornitur ta’ għajnuna lill-Palestinjani u hija wkoll l-akbar sieħba kummerċjali tal-Iżrael, u l-Iżrael għandu aċċess għall-fondi tal-UE taħt l-Orizzont 2020 kif ukoll huwa parti għal ftehimiet dwar prodotti agrikoli, industrijali u farmaċewtiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi ż-żmien li matulu d-diplomazija Ewropea baqgħet osservatur għandu għalhekk jintemm;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-Unjoni tqis li l-paċi fil-Lvant Nofsani tirrikjedi soluzzjoni reġjonali komprensiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-Unjoni kkonfermat b’mod ripetut l-appoġġ tagħha għas-soluzzjoni ta' żewġ stati, fejn l-Istat tal-Iżrael, bi fruntieri siguri u rikonoxxuti, u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli, jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, u ddikjarat li m’għandu jiġi rikonoxxut ebda bdil tal-fruntieri ta’ qabel l-1967 għajr dak miftiehem mill-partijiet, inkluż fir-rigward ta' Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-protezzjoni tal-popolazzjoni Palestinjana u tad-drittijiet tagħha fix-Xatt tal-Punent, fir-rigward partikolari taż-Żona C, u f'Ġerusalemm tal-Lvant, hija ta' importanza fundamentali għall-preservazzjoni tal-vijabilità tas-soluzzjoni ta' żewġ stati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi jeżisti proċess li għadu għaddej fost għadd ta’ Stati Membri biex jiġi rikonoxxut l-Istat tal-Palestina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-insedjamenti Iżraeljani huma illegali skont id-dritt internazzjonali u jikkostitwixxu ostaklu ewlieni għall-isforzi favur il-paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-okkupazzjoni issa ilha aktar minn 50 sena u li l-ftehimiet ta’ Oslo I ġew iffirmati fl-1993;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi l-formazzjoni ta’ gvern Iżraeljan ġdid wittiet it-triq għat-tnedija mill-ġdid tal-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi attwalment qed isiru sforzi fi ħdan il-Kunsill tas-Siġurtà tan-NU bl-għan li jerġgħu jibdew it-taħdidiet ta’ paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Inizjattiva ta’ paċi Ewropea</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jikkunsidra li l-Unjoni tinsab f’mument deċiżiv jekk trid li jkollha rwol fil-ħolqien ta' paċi f’dan ir-reġjun; jilqa’, għalhekk, il-ħatra mir-Rappreżentant Għoli ta’ Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani bħala sinjal ċar tal-impenn tal-UE fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jissottolinja li l-Unjoni għandha tkun strumentali biex jintlaħqu soluzzjonijiet komprensivi, dejjiema u paċifiċi, kif kien il-każ fir-rigward tal-ftehim reċenti dwar il-programm nukleari tal-Iran;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Ifakkar lill-Istati Membri li l-ewwel dmir tagħhom huwa li jikkontribwixxu b’mod attiv fit-tfassil ta’ pożizzjoni Ewropea magħquda dwar kif għandu jiġi indirizzat il-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani, u biex joqogħdu lura minn inizjattivi unilaterali li jdgħajfu l-azzjoni Ewropea; jissottolinja li l-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern Ewropej ma jistgħux jitolbu lill-Unjoni biex tkun proattiva fir-reġjun jekk il-pożizzjonijiet diverġenti tagħhom jimpedixxu lill-Unjoni milli titkellem b’vuċi waħda permezz tar-Rappreżentant Għoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ paċi komprensiva li tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi taż-żewġ partijiet, anke fid-dawl tad-deterjorament gravi tal-kuntest reġjonali u l-effetti konsegwenzjali tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, biex jimpenjaw ruħhom mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE fit-twaqqif ta’ inizjattiva ta’ paċi Ewropea li għandha titnieda f’każ li jfallu l-isforzi li għaddejjin attwalment fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sabiex jadotta riżoluzzjoni li tistabbilixxi qafas għal dan il-proċess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE biex jagħmlu użu aħjar mir-relazzjonijiet politiċi u l-għarfien espert istituzzjonali tal-UE u l-Istati Membri tagħha, ibbażati kif inhuma fuq il-prossimità ġeografika tal-Ewropa, ir-rabtiet storiċi u l-iskambji ekonomiċi intensivi mar-reġjun tal-Lvant Nofsani, sabiex jiġi żgurat rwol politiku aktar attiv u effiċjenti fil-proċess ta’ paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, u f’kuntest usa’ bejn l-Istati Għarab u l-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Kwartett ġdid</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jikkunsidra li l-Unjoni għandu jkollha rwol ewlieni fir-ridefinizzjoni tal-objettivi u l-format tal-Kwartett;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jappoġġa, f’dan il-kuntest, l-intenzjoni tar-Rappreżentant Għoli li tinvolvi l-Istati Għarab aktar mill-qrib fil-proċess ta’ paċi, billi dawn jiġu assoċjati mal-ħidma tal-Kwartett u li tinnomina lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE bħala l-mibgħut tal-UE għall-Kwartett;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jikkunsidra li l-objettivi tal-Kwartett għandhom ikunu riorjentati lejn is-sejbien ta’ soluzzjoni politika għall-kunflitt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jitlob għall-implimentazzjoni sħiħa u effikaċi ta' leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u tal-ftehimiet bilaterali bejn l-UE u l-Iżrael, kif ukoll tal-mekkaniżmu ta' kontroll assoċjat - l-"arranġamenti tekniċi" - b'mod li ma jippermettix li prodotti tal-insedjamenti Iżraeljani jiġu importati fis-suq Ewropew skont it-termini preferenzjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex jivverifikaw fuq il-post l-allegazzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-qerda u l-ħsarat ikkawżati lill-istrutturi u l-proġetti ffinanzjati mill-UE fit-territorji okkupati, u li jressqu s-sejbiet tagħhom lill-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Użu tal-kompetenzi tal-Unjoni</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Iħeġġeġ lill-Unjoni biex tkompli tipprovdi għajnuna finanzjarja sostanzjali lill-poplu Palestinjan u biex tappoġġa l-bini ta’ stat Palestinjan, iżda wkoll biex tiżgura kontrolli aħjar fuq il-fondi tal-UE b’mod li ma jkunux jistgħu mgħoddija, direttament jew indirettament, lil organizzazzjonijiet jew attivitajiet terroristiċi; jitlob għal iżjed appoġġ finanzjarju mill-UE għall-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (UNRWA), filwaqt li jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kwistjoni fundamentali sottostanti tar-rifuġjati Palestinjani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jirrikonoxxi li l-Iżrael attwalment qed jipprovdi għajnuna lil Gaża, u jistieden lill-Eġittu biex jiftaħ l-aċċess għall-għajnuna fuq bażi li tal-anqas tkun simili għal dik imsemmija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Itenni l-appell tiegħu għar-rikostruzzjoni u r-rijabilitazzjoni urġenti tal-Istrixxa ta' Gaża, wara l-gwerra tas-sajf 2014; jenfasizza li din għandha tkun prijorità tal-għajnuna umanitarja għall-UE u l-komunità internazzjonali, u f’dan ir-rigward iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżommu l-wegħdiet tagħhom li jappoġġaw mekkaniżmu trilaterali għall-monitoraġġ u l-verifikazzjoni ta' materjali għar-rikostruzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Iżraeljani sabiex minnufih itemmu l-imblokk ta’ Gaża u biex jiżguraw il-ftuħ sħiħ tal-punti ta’ qsim;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u l-Gvern tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.</p>
</Section></Motion>