<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>7.9.2015</Date><Ref>B8-0844/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-rwol tal-UE fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2685(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="39711">Victor Boştinaru</Author>, <Author id="2073">Richard Howitt</Author>, <Author id="113892">Eric Andrieu</Author>, <Author id="125110">Nikos Androulakis</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="124819">Goffredo Maria Bettini</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="112748">Biljana Borzan</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="40224">Andi Cristea</Author>, <Author id="124970">Miriam Dalli</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="23868">Monika Flašíková Beňová</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="96991">Eider Gardiazabal Rubial</Author>, <Author id="124817">Enrico Gasbarra</Author>, <Author id="28379">Adam Gierek</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author>, <Author id="124785">Maria Grapini</Author>, <Author id="124961">Theresa Griffin</Author>, <Author id="96892">Roberto Gualtieri</Author>, <Author id="103488">Sergio Gutiérrez Prieto</Author>, <Author id="28131">Anna Hedh</Author>, <Author id="96857">Cătălin Sorin Ivan</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="124962">Afzal Khan</Author>, <Author id="124870">Jeppe Kofod</Author>, <Author id="124801">Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="124839">Arne Lietz</Author>, <Author id="125042">Javi López</Author>, <Author id="124725">Louis-Joseph Manscour</Author>, <Author id="1403">David Martin</Author>, <Author id="118858">Marlene Mizzi</Author>, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="88882">Victor Negrescu</Author>, <Author id="96844">Norbert Neuser</Author>, <Author id="124692">Demetris Papadakis</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="125043">Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández</Author>, <Author id="33989">Daciana Octavia Sârbu</Author>, <Author id="96836">Peter Simon</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="124793">Claudia Tapardel</Author>, <Author id="96672">Marita Ulvskog</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="124963">Julie Ward</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.812v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0844/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tal-UE fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2635" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2635">2015/2635(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari dawk tas-17 ta’ Diċembru 2014 dwar ir-rikonoxximent ta’ stat Palestinjan<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0103/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0103</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-18 ta’ Settembru 2014 dwar l-Iżrael u l-Palestina wara l-gwerra ta' Gaża u r-rwol tal-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0029" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0029/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0029</ANCHOR>.</p>
</footnote>, u tal-5 ta’ Lulju 2012 dwar il-politika tal-UE dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Ġerusalemm tal-Lvant <footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 349 E, 29.11.2013, p. 82.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani tal-20 ta’ Lulju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli (VP/HR) Federica Mogherini dwar it-tiswir ta’ gvern Iżraeljan ġdid tas-7 ta’ Mejju 2015, u d-dikjarazzjonijiet mill-kelliem tagħha dwar l-attakk inċendjarju fix-Xatt tal-Punent tal-31 ta’ Lulju 2015 u dwar id-deċiżjonijiet Iżraeljani li ttieħdu reċentement fir-rigward ta’ espansjoni ulterjuri tal-insedjamenti tad-29 ta’ Lulju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE dwar it-twaqqigħ fiż-Żona C u dwar ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-ħajt ta’ separazzjoni fi Cremisan tal-24 ta’ Awwissu 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-VP/RGħ u Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, dwar l-appoġġ tal-UE lill-UNRWA, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra marbuta mal-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra, tal-1949,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra ‘Mudell diplomatiku biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina għall-ħolqien ta’ orizzont diplomatiku u l-ġenerazzjoni ta’ momentum pożittiv lejn ftehim’, ippreżentat mill-Viċi Speaker tal-Knesset Yehiel Hilik Bar fis-27 ta’ Lulju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-inizjattiva tal-2013-2014 tas-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti John Kerry, u l-gwerra fis-sajf tal-2014 fl-Istrixxa ta’ Gaża, ġew segwiti minn sitwazzjoni oħra ta’ staġnar fil-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; billi fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU qed isiru sforzi biex il-proċess ta’ paċi jinbeda mill-ġdid; billi l-Viċi Speaker tal-Knesset Yehiel Hilik Bar f’Lulju 2015 ippreżenta, bl-appoġġ tal-mexxejja prominenti tal-oppożizzjoni Iżraeljana, ‘Mudell diplomatiku biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina għall-ħolqien ta’ orizzont diplomatiku u l-ġenerazzjoni ta’ momentum pożittiv lejn ftehim’;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina qed ikompli jkollu impatt fuq il-Lvant Nofsani kollu; billi l-kriżi vjolenti fis-Sirja, iż-żieda fis-setgħa tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku, iż-żieda tar-radikaliżmu u t-tixrid tat-terroriżmu fil-Lvant Nofsani qed joħolqu theddid sinifikanti għas-sigurtà tal-Iżrael u r-reġjun sħiħ, u qed ikomplu jżidu mat-tbatija tal-Palestinjani, iżda qed joħolqu wkoll interessi kondiviżi bejn l-istati Għarab u l-Iżrael, filwaqt li l-ftehim nukleari mal-Iran joffri opportunità li m’għandhiex tintilef biex tingħata spinta lill-proċess ta’ paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-VP/RGħ, li għamlet l-ewwel żjara esterna tagħha f’din il-kariga fl-Iżrael u l-Palestina f’Novembru 2014, uriet l-impenn personali tagħha li ġġedded u tintensifika l-ħidma tal-UE fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani; billi Fernando Gentilini nħatar bħala r-Rappreżentant Speċjali ġdid tal-UE għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani; billi l-UE, minkejja l-ambizzjoni u l-impenn tagħha li jkollha rwol awtonomu f'din il-kwistjoni, għadha trid tiżviluppa viżjoni komprensiva u koerenti tal-ħidma tagħha fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, li għandha tirrifletti l-kuntest reġjonali li qed jinbidel b’rata mgħaġġla;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-Parlament esprima ripetutament l-appoġġ tiegħu lejn is-soluzzjoni ta’ żewġ stati, li permezz tagħha l-Istat tal-Iżrael ikollu konfini sikuri u rikonoxxuti, u l-Istat tal-Palestina jkun indipendenti, sovran, kontingwu u vijabbli, biex b’hekk, iż-żewġ stati jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà u r-rikonoxximent reċiproku fi ħdan il-konfini tal-1967, bi skambji ta’ art maqbula reċiprokament, u Ġerusalemm bħala belt kapitali taż-żewġ stati billi l-biċċa l-kbira tal-parametri ewlenin tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati huma magħrufa min-negozjati preċedenti bejn iż-żewġ naħat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi fix-Xatt tal-Punent, inkluż il-Lvant ta’ Ġerusalemm, hemm insedjament ta’ 600 000 persuna Lhudija; billi d-demolizzjoni kontinwa ta’ djar Palestinjani u l-ispostament ta’ familji Palestinjani, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ moviment tal-Palestinjani u l-limitazzjonijiet fuq l-aċċess tagħhom għal artijiet agrikoli, il-vjolenza min-naħa tal-abitanti Lhud tal-insedjamenti, il-bini ta’ ħajt ta’ separazzjoni lil hinn mil-Linja l-Ħadra u l-isfruttament ta’ riżorsi naturali Palestinjani min-naħa tal-Iżrael, bħala s-setgħa okkupanti, f’din iż-żona jikkostitwixxu ksur ċar tad-dritt internazzjonali u theddida fundamentali għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi, skont il-Grupp ta’ Monitoraġġ Palestinjan, l-abitanti Lhud tal-insedjamenti wettqu aktar minn 11 000 attakk kontra l-Palestinjani fix-Xatt tal-Punent mill-2004; billi, skont l-organizzazzjoni Iżraeljana għad-Drittijiet tal-Bniedem Yesh Din, 1.9 % biss tal-każijiet ta’ vjolenza minn abitanti tal-insedjamenti li tressqu quddiem il-qrati bejn l-2005 u l-2014 intemmu bi prosekuzzjoni ta’ suċċess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-istatus ta’ Ġerusalemm jibqa’ kwistjoni ewlenija fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani; billi l-UE u l-komunità internazzjonali qatt m’aċċettaw l-annessjoni unilaterali ta’ Ġerusalemm tal-Lvant mill-Iżrael; billi l-Palestinjani li jgħixu f’Ġerusalemm tal-Lvant għadhom ibatu minn nuqqas ta’ status ta’ residenza legali sikur, il-konfiska tal-art tagħhom u diskriminazzjoni sistematika fl-aċċess għas-servizzi pubbliċi, l-ippjanar u l-bini u aċċess għal postijiet u siti reliġjużi bħala riżultat ta’ politiki tal-gvern Iżraeljan li jimmiraw li jbiddlu l-kostituzzjoni demografika taż-żona;    </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-għadd ta’ rifuġjati Palestinjani, kwistjoni oħra ewlenija fil-proċess ta’ paċi, attwalment jammonta għal kważi 5 miljuni skont l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti (UNRWA), li l-biċċa l-kbira minnhom huma rifuġjati tat-tieni jew tat-tielet ġenerazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-għaqda Palestinjana hija parti essenzjali mill-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani u kundizzjoni neċessarja għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati; billi, madankollu, hija qed tkompli tkun mhedda minn tensjonijiet politiċi intra-Palestinjani u mill-imblokk Iżraeljan tal-Istrixxa ta’ Gaża kif ukoll min-nuqqas ta’ awtorità effikaċi min-naħa tal-Awtorità Palestinjana f’din iż-żona;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-Istrixxa ta’ Gaża, de facto kkontrollata mill-Ħamas, ilha f'qagħda ta’ imblokk mill-2007; billi dan l-imblokk qered l-ekonomija tagħha, u wassal għal livell għoli ta’ qgħad u nuqqas ta’ beni bażiċi, u qed ikollu impatt psikoloġiku kbir fuq il-popolazzjoni, speċjalment fejn jidħlu ż-żgħażagħ; billi bosta tfal f’Gaża diġà għaddew minn tliet gwerer u jbatu mid-disturbi postrawmatiċi tagħhom; billi l-kriżi umanitarja f’Gaża kompliet tmur għall-agħar minħabba l-gwerra tas-sajf tal-2014 u n-nuqqas ta’ materjal għar-rikostruzzjoni fiż-żona; billi l-UE kkundannat ripetutament l-attakki bir-rokits minn Gaża lejn it-territorju Iżraeljan u appellat għall-prevenzjoni effikaċi tal-kuntrabandu tal-armi fl-Istrixxa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi 5 700 detenut u priġunier Palestinjani – inklużi 160 tifel u tifla, 26 mara u 400 detenut amministrattiv – jinsabu miżmuma f’ħabsijiet fl-Iżrael; billi 10 membri tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, li tlieta minnhom jinsabu taħt detenzjoni amministrattiva, jinsabu miżmuma f’ħabsijiet Iżraeljani; billi, fit-30 ta’ Lulju 2015, il-Knesset adotta l-Liġi dwar it-Tmigħ Sfurzat, li tawtorizza t-tmigħ sfurzat ta’ priġunieri Palestinjani fuq strajk tal-ġuħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi l-atturi tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti, l-artisti, il-kittieba, l-akkademiċi u l-intellettwali pubbliċi favur il-paċi, kemm fuq in-naħa Iżraeljana kif ukoll dik Palestinjana, huma parti importanti min-nisġa soċjali u politika tal-komunitajiet rispettivi tagħhom u huma kruċjali għall-movimenti demokratiċi ta’ bażi favur il-paċi; billi pluralità ta’ vuċijiet u ħsibijiet, soċjetà ċivili dinamika u dibattitu pubbliku inklużiv kapaċi jsaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi fuq iż-żewġ naħat, u jgħinu biex iż-żewġ naħat joqorbu lejn il-paċi u r-rikonċiljazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi l-UNRWA – li qiegħda tipprovdi servizzi essenzjali lir-rifuġjati Palestinjani fit-territorju Palestinjan okkupat u kif ukoll fil-Ġordan, il-Libanu u s-Sirja – qiegħda tħabbat wiċċha mal-agħar kriżi ta’ finanzjament fl-istorja tagħha; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha jibqgħu l-akbar donatur tal-UNRWA, billi jkopru kważi 40 % tal-appoġġ totali mogħti lill-aġenzija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jinsab imħasseb sew dwar is-sitwazzjoni ta’ staġnar persistenti fil-proċess ta’ paċi tal-Lvant nofsani bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, u jappella biex jinbdew mill-ġdid sforzi kredibbli lejn it-tiswir tal-paċi bejn iż-żewġ naħat mingħajr dewmien, abbażi ta’ impenn ċar min-naħa taż-żewġ partijiet biex jastjenu minn kwalunkwe ksur tad-dritt internazzjonali, bil-għan li jintlaħqu riżultati ġenwini u tanġibbli fil-qafas tal-iskeda ta’ żmien stabbilita;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jappoġġa l-isforzi li qed isiru attwalment fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b’mod partikolari l-inizjattiva ta’ Franza, biex jinbdew mill-ġdid it-taħdidiet ta’ paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani permezz ta’ riżoluzzjoni li tistabbilixxi qafas u skeda ta’ żmien għal dan il-proċess; jitlob, madankollu, li jkun hemm inizjattiva komprensiva Ewropea ta’ paċi f’każ li tippersisti l-qagħda ta’ staġnar fil-proċess ta’ paċi, li tista’ tiġi ppreżentata f’konferenza ta’ paċi internazzjonali, bil-parteċipazzjoni taż-żewġ naħat u l-atturi reġjonali u internazzjonali relevanti kollha; iħeġġeġ it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Appoġġ Internazzjonali kif imħabbar fil-Kunsill Affarijiet Barranin fil-konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015; jieħu nota tal-mudell diplomatiku ppreżentat mill-Viċi Speaker tal-Knesset Yehiel Hilik Bar bħala kontribut importanti għall-isforzi għall-paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati għall-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina, li permezz tagħha l-Istat tal-Iżrael ikollu konfini sikuri u rikonoxxuti, u l-Istat tal-Palestina jkun indipendenti, sovran, kontingwu u vijabbli, biex b’hekk, iż-żewġ stati jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà u r-rikonoxximent reċiproku fi ħdan il-konfini tal-1967, bi skambji ta’ art maqbula reċiprokament, u Ġerusalemm bħala belt kapitali taż-żewġ stati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jisħaq li l-ħarsien tal-vijabilità tas-soluzzjoni ta' żewġ stati permezz ta’ azzjoni konkreta, u li jiġi żgurat rispett sħiħ għad-drittijiet tal-popolazzjoni lokali, għandhom ikunu prijoritajiet immedjati għall-UE u l-komunità internazzjonali; jistenna b’ħerqa l-introduzzjoni tad-djalogu strutturat tal-UE mal-Iżrael dwar is-sitwazzjoni fix-Xatt tal-Punent u l-ħarsien tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati, li għandha tkopri wkoll il-kwistjoni tal-insedjamenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jisħaq mill-ġdid li l-paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani tista’ tintlaħaq biss bl-użu ta’ metodi mhux vjolenti permezz ta’ ftehim ta’ status finali nnegozjat li jtemm kull pretensjoni reċiproka;  jikkundanna kull att ta’ vjolenza li jattakka jew jpoġġi f’periklu l-popolazzjoni ċivili taż-żewġ naħat; itenni l-impenn sod tiegħu għas-sigurtà tal-Iżrael; ikompli jappoġġa l-politika ta’ reżistenza mhux vjolenti tal-President Palestinjan Mahmoud Abbas;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jissottolinja li kwalunkwe soluzzjoni dejjiema għall-kunflitt bejn l-Iżrealjani u l-Palestinjani tista’ tintlaħaq biss f’kuntest reġjonali bis-sostenn attiv u kontinwu tal-komunità internazzjonali;  jisħaq fuq l-importanza tal-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi f’dan ir-rigward, u jitlob rispons uffiċjali min-naħa tal-Iżrael għall-inizjattiva; jitlob l-involviment tal-partijiet ikkonċernati reġjonali rilevanti kollha fil-proċess ta’ paċi, b’mod partikolari l-Lega Għarbija kif ukoll l-Eġittu, il-Ġordan u l-Libanu, li għandhom interessi partikolari fil-kwistjonijiet tal-fruntieri u r-rifuġjati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jenfasizza li wasal iż-żmien li l-UE tħaddan rwol politiku prominenti fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani; jilqa’ l-impenn personali tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President, u jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tagħha f’dan ir-rigward; jilqa’ l-impenn tal-UE, kif espress fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-20 ta’ Lulju 2015, li taħdem b’mod attiv fuq approċċ multilaterali mġedded għall-proċess ta’ paċi f’konsulenza mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, u tinvolvi ruħha f’ħidma konġunta mas-sħab reġjonali abbażi tal-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi; jisħaq, madankollu, li l-UE għandha mhux biss tinvolvi ruħha iżda għandha wkoll tħaddan rwol ewlieni f’dan il-proċess, f’kooperazzjoni mill-qrib ma' atturi internazzjonali ewlenin oħra, billi ssegwi politika ċara u konsistenti integrata fi strateġija usa’ maħsuba biex issir bidla fl-ordni ġeopolitiku fil-Lvant Nofsani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Iħeġġeġ lir-VP/RGħ biex tagħmel użu effikaċi mill-istrumenti eżistenti kollha tal-UE, inklużi inċentivi pożittivi u negattivi, li jipprovdu mezz ta' ingranaġġ fuq l-Iżrael u l-Palestina bil-għan li tinstab soluzzjoni ta’ żewġ stati; jisħaq li l-iżvilupp futur tar-relazzjonijiet tal-UE kemm mal-Iżrael kif ukoll mal-Palestina għandu jkun issubordinat għal impenn ċar u progress tanġbbli lejn il-paċi u r-rispett għad-dritt internazzjonali; jitlob, f'dan l-ispirtu, li ssir implimentazzjoni kontinwa, sħiħa u effikaċi tal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida rilevanti kollha tal-UE, kif ukoll il-ftehimiet bilaterali tal-UE maż-żewġ naħat, inkluż l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael u l-Ftehim Interim ta' Assoċjazzjoni UE-PLO; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Ifakkar fl-impenn espress mill-Kumitat Affarijiet Barranin fil-konklużjonijiet tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2013 –impenn imtenni f’diversi konklużjonijiet u dikjarazzjonijiet tal-UE tul dawn l-aħħar sentejn – li jistqarr dan li ġej: ‘l-UE ser tipprovdi pakkett mingħajr preċedent ta' appoġġ Ewropew politiku, ekonomiku u ta' sigurtà liż-żewġ partijiet fil-kuntest ta' ftehim ta' status finali. Fil-każ ta' ftehim ta' paċi finali l-Unjoni Ewropea ser toffri lill-Iżrael u l-istat futur tal-Palestina Sħubija Privileġġata Speċjali, inkluż aktar aċċess għas-swieq Ewropej, rabtiet kulturali u xjentifiċi aktar mill-qrib, faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-investimenti kif ukoll promozzjoni tar-relazzjonijiet minn negozju għal negozju. Ser jiġu offruti wkoll djalogu politiku msaħħaħ u kooperazzjoni dwar is-sigurtà liż-żewġ stati’;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jisħaq li l-ebda finanzjament tal-UE lil entitajiet Iżraeljani, Ewropej jew entitajiet oħra ma jista’ jintuża b’mod li direttament jew indirettament jikkontribwixxi għall-bini jew l-espansjoni tal-insedjamenti illegali Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent, inkluż fil-Lvant ta’ Ġerusalemm, jew għal attivitajiet Iżraeljani li jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali fit-territorju Palestinjan okkupat; jilqa’ f’dan ir-rigward, il-linji gwida tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2013 dwar l-eliġibbiltà ta’ entitajiet Iżraeljani u l-attivitajiet tagħhom fit-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 għal għotjiet, premji u strumenti finanzjarji ffinanzjati mill-UE mill-2014 ’il quddiem, u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom; jenfasizza r-responsabilità tal-awtoritajiet rilevanti tal-UE sabiex jiżguraw li l-ebda finanzjament tal-UE lill-Palestinjani ma jkun jista’ jiġi direttament jew indirettament iddevjat lejn organizzazzjonijiet jew attivitajiet terroristiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jinsab determinat li jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-atturi politiċi u tas-soċjetà ċivili Iżraeljani u Palestinjani li juru impenn ġenwin biex jiksbu paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani; ifakkar fid-deċiżjoni tiegħu li jagħti bidu għal inizjattiva ta’ “Membri Parlamentari favur il-Paċi” bħala forum biex jintensifika d-djalogu tiegħu mal-membri eletti b’mod demokratiku tal-Knesset u tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jisħaq fuq il-potenzjal taċ-ċittadini Għarab tal-Iżrael li jkollhom rwol importanti fil-ksib ta’ paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, filwaqt li jinnota ż-żieda fil-prominenza tal-Lista Għarbija Magħquda bħala t-tielet forza politika fil-Knesset, li rebħet ukoll ħafna voti minn ċittadini Iżraeljani Lhud; jisħaq li soluzzjoni ta’ żewġ stati trid tiggarantixxi rispett sħiħ għad-dinjità u d-drittijiet individwali u kollettivi tal-minoranzi etniċi u reliġjużi, bħala ċittadini ugwali ta’ pajjiżhom, fiż-żewġ stati; iħeġġeġ lill-Istat ta’ Iżrael, f’dan l-ispirtu, biex jaħdem lejn integrazzjoni usa’ taċ-ċittadini Għarab fis-settur pubbliku, anki mil-lat soċjali, ekonomiku u politiku; jissottolinja wkoll l-importanza ta’ konsultazzjoni mal-mexxejja reliġjużi fuq iż-żewġ naħat tul il-proċess ta’ paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jirrikonoxxi li d-djalogu ta’ bażi bejn in-nies se jkun parti inevitabbli minn paċi vijabbli u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jitlob li l-UE tieħu azzjoni biex issaħħaħ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti, l-artisti, il-kittieba, l-akkademiċi u l-intellettwali pubbliċi favur il-paċi li jimpenjaw ruħhom biex jippromwovu d-djalogu, l-iskambju kulturali, il-bini tal-paċi, il-kuntatt bejn in-nies u l-iskambji kulturali fuq iż-żewġ naħat; jitlob ukoll li l-UE tagħmel azzjonijiet li jħeġġu l-iskambju interkulturali u djalogu bejn iż-żgħażagħ Iżraeljani u Palestinjani, fosthom permezz ta’ proġetti edukattivi, inizjattivi sportivi u tal-arti, kif ukoll programmi ta’ tmexxija għaż-żgħażagħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jikkundanna l-bini kontinwu ta’ insedjamenti illegali u l-attivitajiet kollha ta’ espansjoni tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent, inkluż fil-Lvant ta’ Ġerusalemm, min-naħa tal-Iżrael, u t-tħabbira reċenti li għamel il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu dwar il-bini ta’ 300 unità ġdida ta’ insedjamenti f’Beit El u 500 unità f’Ġerusalemm tal-Lvant, kif ukoll id-demolizzjoni ta’ 142 dar u infrastruttura ta’ proprjetà Palestinjana fiż-Żona C u f’Ġerusalemm tal-Lvant f’Awwissu 2015 biss, inklużi 16-il struttura ffinanzjati mid-donaturi, li wasslu għall-ispostament ta’ 201 Palestinjan, fosthom 121 tifel u tifla, skont l-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA); jisħaq għal darb’oħra li l-bini ta’ insedjamenti Iżraeljani fit-territorju Palestinjani okkupat huwa illegali skont id-dritt internazzjonali, imur kontra l-ispirtu ta’ paċi u jikkostitwixxi xkiel ewlieni għall-isforzi favur il-paċi; jiddeplora d-demolizzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE u l-Istati Membri tagħha fit-territorju Palestinjan okkupat, u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex isibu soluzzjoni xierqa mal-Iżrael fir-rigward tal-kumpens għall-assi ffinanzjati mill-kontribwenti Ewropej li nqerdu jew li ġew kkonfiskati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jilqa’ l-impenn tal-UE – fl-ispirtu tad-divrenzjar bejn l-Iżrael u l-attivitajiet tagħha fit-Territorju Palestinjan okkupat – biex tiżgura li l-ftehimiet kollha bejn l-UE u l-Iżrael jindikaw b’mod inekwivoku u espliċitu l-inapplikabbiltà tagħhom għat-territorji okkupati mill-Iżrael fl-1967, kif imtenni fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-20 ta’ Lulju 2015; jitlob li l-prodotti fis-suq tal-UE li joriġinaw mill-insedjamenti Iżraeljani jingħataw tikketta korretta, f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u l-politika tal-UE li ilha tapplika żmien twil f’dan ir-rigward;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jesprimi t-tħassib serju tiegħu – filwaqt li jfakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2012 – fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-popolazzjoni Palestinjana fix-Xatt tal-Punent li kulma jmur sejra għall-agħar, b’mod partikolari fiż-Żona C, u f’Ġerusalemm tal-Lvant, minħabba l-bini kontinwu ta' insedjamenti Iżraeljani u minħabba l-attivitajiet kollha ta’ espansjoni, restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ moviment tal-Palestinjani, id-demolizzjoni ta’ djar Palestinjani u l-ispostament ta’ familji Palestinjani, il-vjolenza min-naħa tal-abitanti Lhud tal-insedjamenti, il-bini ta' ħajt ta’ separazzjoni lil hinn mil-Linja l-Ħadra u l-isfruttament tar-riżorsi naturali Palestinjani min-naħa tal-Iżrael, bħala s-setgħa okkupanti, fatturi li kollha jheddu l-vijabilità ta’ soluzzjoni ta’ żewġ stati; jistieden lill-awtoritajiet Iżraeljani jwaqqfu u jipprevjenu t-trasferiment furzat tal-popolazzjoni Palestinjana u d-demolizzjoni tal-infrastruttura u d-djar Palestinjani, inkluż fl-irħula ta’ Abu Nawar u Susiya;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jikkundanna bl-aktar termini qawwija l-attakki reċenti mwettqa mill-abitanti Lhud tal-insedjamenti kontra l-Palestinjani, b’mod partikolari l-qtil ta’ Ali Dawabshah, tarbija Palestinjana ta' 18-il xahar, flimkien ma' missieru u ommu fir-raħal ta’ Duma, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu; jinsab imħasseb ferm dwar iż-żieda fl-atti ta’ vjolenza min-naħa tal-abitanti tal-insedjamenti fix-Xatt tal-Punent, li hi direttament marbuta mal-politika dwar l-insedjamenti tal-gvern Iżraeljan; jilqa’ d-dikjarazzjonijiet li għamlu l-President Iżraeljan Reuven Rivlin u l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu, fejn ikkundannaw l-attakk kontra l-familja Dawabshah u sejħulu att terroristiku, iżda jfakkar lill-Istat tal-Iżrael fir-responsabilità sħiħa tiegħu li jipproteġi lill-popolazzjoni Palestinjana fit-territorju okkupat mill-attakki u l-intimidazzjoni min-naħa tal-abitanti Lhud tal-insedjamenti, u li l-abitanti tal-insedjamenti kollha li wettqu din il-vjolenza jitressqu quddiem il-ġustizzja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Itenni l-appoġġ tiegħu għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu Palestinjan; ikompli jappoġġa r-rikonoxximent ta’ Stat Palestinjan, bħala pass kruċjali biex tintemm is-sitwazzjoni ta’ staġnar fil-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, u r-rikonoxximent reċiproku bejn l-Iżrael u l-Palestina bħala parti mill-ftehim ta’ status finali; jilqa’ s-sħubija tal-Palestina mal-Qorti Kriminali Internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Itenni t-talba tiegħu għal għaqda Palestinjana ġenwina, li hija parti essenzjali mill-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani; jiddispjaċih dwar ix-xkiel reċenti fill-proċess Palestinjan għal rikonċiljazzjoni, wara r-riorganizzazzjoni parzjali tal-gvern ta’ kunsens nazzjonali lejn tmiem Lulju 2015; jinnota t-tħabbira tal-President Mahmoud Abbas dwar ir-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ kap tal-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina, flimkien ma’ numru ta’ Membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PLO; itenni l-istedina tiegħu għal elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali fil-Palestina, li għandhom isaħħu l-leġittimità demokratika tal-mexxejja politiċi Palestinjani, jikkontribwixxu għal rikonċiljazzjoni intra-Palestinjana u jnaqqsu l-influwenza tal-qawwiet estremisti, inkluż il-Ħamas;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Itenni l-appell tiegħu għar-rikostruzzjoni u r-riabilitazzjoni urġenti tal-Istrixxa ta’ Gaża wara l-gwerra tas-sajf 2014, u jqis li l-UE u l-komunità internazzjonali jeħtieġ jikkunsidraw dan il-punt bħala prijorità f'dak li jikkonċerna l-għajnuna umanitarja; ifaħħar il-ħidma erojka tal-UNRWA f’dan ir-rigward; jistieden lid-donaturi internazzjonali jonoraw il-wegħdiet li għamlu fil-Konferenza tal-Kajr f’Ottubru 2014; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jappella biex jintemm minnufih l-imblokk tal-Istrixxa ta’ Gaża, li huwa kastig kollettiv għall-popolazzjoni lokali, u jappella wkoll għall-irkupru ekonomiku taż-żona, peress li l-istatus quo attwali mhuwiex sostenibbli u għaldaqstant jippreżenta ċirkostanzi li jiffavorixxu lill-estremisti; itenni li l-istabilità u l-prosperità ta’ Gaża huma ta’ benefiċċju għall-interessi u s-sigurtà tal-Iżrael; jilqa’ l-passi pożittivi li għamel l-Iżrael dan l-aħħar biex tnaqqas l-imblokk, iħeġġeġ lill-pajjiż jibqa’ jsegwi din it-triq u lill-Awtorità Palestinjana biex tirreaġġixxi b’mod pożittiv; jissottolinja li l-UE, filwaqt li tindirizza t-tħassib leġittimu tal-Iżrael fir-rigward tas-sigurtà, għandha tibqa’ tagħti prijorità lill-ħidma biex jintemm l-imblokk ta’ Gaża fl-aġenda tagħha dwar ir-relazzjonijiet bilaterali mal-Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Iħeġġeġ lill-Awtorita' Palestinjana tħaddan il-funzjoni tagħha bħala gvern fl-Istrixxa ta’ Gaża, bħala prerekwiżit għal konsolidazzjoni politika sostenibbli ta’ din iż-żona; jilqa’ l-impenn tal-UE, kif imtenni fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-20 ta’ Ġunju 2015, li tappoġġa dawn l-isforzi, fosthom permezz tal-attivazzjoni mill-ġdid u l-estensjoni possibbli fil-kamp ta’ applikazzjoni u l-mandat tal-missjonijiet tagħha EU BAM Rafah (Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntiera għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah) u EUPOL COPPS (Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Jappella biex jieqaf minnufih u b’mod definittiv l-isparar tar-rokits mill-Istrixxa ta’ Gaża fit-territorju tal-Iżrael, kif ukoll kull att terroristiku ieħor kontra l-Iżrael li joriġina minn din iż-żona; jisħaq mill-ġdid li l-konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, kemm min-naħa tal-atturi statali kif ukoll dawk mhux statali, inkluża r-responsabilità tagħhom, hija s-sies biex jintlaħqu paċi u sigurtà dejjiema bejn il-poplu Iżraeljan u l-poplu Palestinjan u b’mod ġenerali fil-Lvant Nofsani; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.    Jappella mill-ġdid biex jinħelsu l-priġunieri politiċi Palestinjani kollha, b'mod partikolari l-membri tal-Kunsill Leġiżlattiv tal-Palestina; jitlob ir-rispett sħiħ għad-drittijiet tad-detenuti u l-priġunieri Palestinjani fil-ħabsijiet Iżraeljani, inklużi dawk li qegħdin fuq strajk tal-ġuħ; jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-Liġi dwar it-Tmigħ Sfurzat adottata mill-Knesset fit-30 ta’ Lulju 2015, u jisħaq li din il-liġi trid tiġi implimentata f’konformità stretta mal-liġijiet u standards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.    Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-kriżi ta’ finanzjament serja li għaddejja minnha l-UNRWA; jitlob li l-UE tagħti aktar sostenn finanzjarju lill-UNRWA, u jħeġġeġ lid-donaturi l-oħra kollha biex iżidu l-finanzjament tagħhom lill-aġenzja, iżda jappella wkoll biex tiġi indirizzata l-kwistjoni sottostanti ewlenija tar-rifugjati Palestinjani; ifaħħar u jifraħ lill-UNRWA tal-isforzi straordinarji tagħha, li bis-saħħa tagħha kien possibbli li jingħata bidu għas-sena skolastika 2015/2016 għall-istudenti rifuġjati Palestinjani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Knesset, lill-president u l-gvern tal-Iżrael, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan u lill-Awtorità Palestinjana, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Eġittu, il-Ġordan u l-Libanu, u lill-Kummissarju Ġenerali tal-UNRWA.</p>
</Section></Motion>