<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>8.9.2015</Date><Ref>B8-0872/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2834(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="117477">Mark Demesmaeker</Author>, <Author id="23791">Kazimierz Michał Ujazdowski</Author>, <Author id="124892">Marek Jurek</Author>, <Author id="28389">Zbigniew Kuźmiuk</Author>, <Author id="124900">Beata Gosiewska</Author>, <Author id="28372">Ryszard Czarnecki</Author>, <Author id="124891">Zdzisław Krasnodębski</Author>, <Author id="124873">Angel Dzhambazki</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.840v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0872/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2834" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2834">2015/2834(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bjelorussja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra s-samit tas-Sħubija tal-Lvant li sar f'Riga f'Mejju 2015 u d-dikjarazzjoni tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rilaxx ta' sitt priġunieri politiċi mill-awtoritajiet Bjelorussi nhar it-22 ta' Awwissu 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-elezzjonijiet presidenzjali li daqt ġejjin, li se jseħħu nhar il-11 ta' Ottubru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi, minkejja grad notevoli ta' ftuħ min-naħa tal-awtoritajiet Bjelorussi biex jidħlu f'kuntatt u fi djalogu mal-UE, il-vjolazzjonijiet tal-jeddijiet tal-bniedem għadhom għaddejjin fil-Bjelorussja, inklużi l-intimidazzjoni ta' dawk li jaqbżu għall-jeddijiet tal-bniedem, l-attakki tal-pulizija fuq l-organizzazzjonijiet tal-jeddijiet tal-bniedem u l-qbid tat-tagħmir tagħhom, u t-tneħħija tagħhom bil-forza mill-Bjelorussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-ewwel żjara uffiċjali tad-Delegazzjoni tal-Parlament għar-relazzjonijiet mal-Bjelorussja sa mill-2002 saret f'Minsku nhar it-18 u d-19 ta' Ġunju 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi sar progress fil-kooperazzjoni f'xi politiki settorjali bħalma huma l-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ vokazzjonali, is-suq diġitali, is-settur enerġetiku, is-sigurtà tal-ikel u l-kultura; billi l-UE trid tiżgura, b'dana kollu, li r-riżorsi tagħha ma jintużawx għas-soppressjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ta' dawk li jiddefendu l-jeddijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti freelance u l-mexxejja tal-oppożizzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-liġi elettorali Bjelorussa għadha ma laħqitx standards internazzjonalment rikonoxxuti, billi tagħti vantaġġ enormi lill-president li hemm bħalissa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-awtoritajiet Bjelorussi fl-aħħar irrilaxxjaw is-sitt priġunieri politiċi wara snin sħaħ jiċħdu li jeżistu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-Bjelorussja kellha rwol importanti fl-iffaċilitar tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied fl-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-kunflitt fl-Ukraina kabbar il-biża' fis-soċjetà Bjelorussa ta' destabilizzazzjoni tas-sitwazzjoni interna b'riżultat ta' bidla f'livell ta' poter;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jibqa' profondament imħasseb bis-sitwazzjoni tal-jeddijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fil-Bjelorussja, kif ukoll bin-nuqqasijiet li ġew osservati matul l-elezzjonijiet preċedenti mill-osservaturi internazzjonali indipendenti u l-persekuzzjoni attiva tal-mexxejja tal-oppożizzjoni wara l-elezzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jilqa' r-rilaxx reċenti tal-priġunieri politiċi li kien fadal; jistieden lill-Gvern Bjelorussu li jirriabilita lill-priġunieri politiċi rilaxxati u li jagħtihom lura jeddijiethom sħaħ ċivili u politiċi; jisħaq, b'dana kollu, li passi simili fil-passi aktar kienu ġesti taparsi milli ħaġa oħra u la kkontribwixxew għat-titjib ta' qagħdet is-soċjetà Bjelorussa u lanqas ma tejbu r-relazzjonijiet mal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jissottolinja l-ħtieġa li l-Bjelorussja tmexxi l-elezzjonijiet presidenzjali li ġejjin skont l-istandards internazzjonalment rikonoxxuti u li tagħti lill-oppożizzjoni aċċess mingħajr xkiel għall-mezzi kollha tax-xandir li huma kkontrollati mill-Gvern u tħalliha tipparteċipa fl-elezzjonijiet b'parità ta' opportunitajiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jistenna li l-awtoritajiet ma jissoktawx jassillaw lill-mezzi tax-xandir indipendenti għal raġunijiet politiċi; iħeġġeġ li tieqaf il-prattika tal-prosekuzzjoni amministrattiva u l-użu arbitrarju tal-Artikolu 22.0, Parti 2, tal-Kodiċi Amministrattiv kontra l-ġurnalisti freelance li jaħdmu mal-mezzi tax-xandir barranin mingħajr akkreditazzjoni, li tirrestrinġi l-libertà tal-espressjoni u t-tixrid tal-informazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jissottolinja l-ħtieġa ta' appoġġ għas-sorsi indipendenti kollha ta' informazzjoni fis-soċjetà Bjelorussa, inklużi l-mezzi li jxandru fl-ilsien Bjelorussu minn barra l-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni tal-minoranzi nazzjonali fil-pajjiż u l-organizzazzjoni kulturali tagħhom, li l-mexxejja tagħhom kienu f'xi żmien rimpjazzati minn dawk preferuti mill-awtoritajiet tal-Istat, u b'hekk ġiet ivvjolata waħda mil-libertajiet fundamentali tal-bniedem: il-libertà ta' assoċjazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja jiżguraw, fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, skont id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem irratifikati mill-Bjelorussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jappoġġja lill-Kummissjoni fil-politika tagħha ta' 'impenn kritiku' mal-awtoritajiet Bjelorussi; ifakkar, iżda, li l-UE ma għandhiex tikkontribwixxi bl-azzjonijiet u r-riżorsi tagħhom għalbiex is-sitwazzjoni tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili ssir agħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni li tappoġġja, b'mezzi finanzjarji u politiċi, l-isforzi tas-soċjetà ċivili Bjelorussa, il-mezzi indipendenti tax-xandir u l-organizzazzjonijiet mhux-governattivi fil-Bjelorussja fl-appoġġ tagħhhom għall-aspirazzjonijiet demokratiċi tal-poplu Bjelorussu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP), lis-SEAE, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>