<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>8.9.2015</Date><Ref>B8-0876/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-Belarussja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2834(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="23704">Jiří Maštálka</Author>, <Author id="23706">Miloslav Ransdorf</Author>, <Author id="96646">Helmut Scholz</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.844v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0876/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Belarussja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2834" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2834">2015/2834(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-UE ssospendiet ir-relazzjonijiet uffiċjali tagħha mal-awtoritajiet Belarussi wara l-elezzjonijiet parlamentari tal-2012, u billi ddaħħlu sanzjonijiet f'diversi stadji mill-2004 sal-lum b'reazzjoni għas-sitwazzjoni umana u demokratika fil-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-Parlament Ewropew attwalment m'għandu ebda relazzjoni uffiċjali mal-Parlament Belarussu; billi d-djalogu parlamentari ġie sostitwit bi djalogu mas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari mar-rappreżentanti tal-oppożizzjoni politika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi f'Marzu 2012 il-Kummissjoni varat id-Djalogi Ewropej dwar il-Modernizzazzjoni mas-soċjetà Belarussa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-Gvern Belarussu esprima kontinwament l-interess tiegħu f'normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea; billi r-relazzjonijiet bilaterali bejn ħafna Stati Membri u l-Belarussja tjiebu; billi l-Belarussja ffaċilitat in-negozjati dwar il-ftehim ta' waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna li ġie ffirmat f'Minsk; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi f'Marzu 2015, fil-kuntest tad-Djalogu dwar il-Modernizzazzjoni, l-UE u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Belarussja kellhom laqgħa li fiha – għall-ewwel darba mill-2009 – ġew diskussi kwistjonijiet, fosthom ir-riforma elettorali, il-ġudikatura u d-drittijiet tal-bniedem; billi l-Belarussja esprimiet id-disponibbiltà tagħha li terġa' tibda d-Djalogu bejn l-UE u l-Belarussja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u li tilqa' lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi fit-22 ta' Awwissu l-President tal-Belarussja, Alexander Lukashenko, ħareġ ordni "bbażata fuq il-prinċipju tal-umanitarjaniżmu" biex jinħelsu sitt priġunieri politiċi, inkluż l-ex kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni, Mikola Statkevich; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi r-Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, Miklós Haraszti, (A/HRC/29/43) żvela li ma kien hemm ebda titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi l-Belarussja hija membru tal-Unjoni Ekonomika Ewro-Asjatika; billi r-Russja hija s-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-Belarussja u jirrappreżenta kważi nofs il-kummerċ internazzjonali tal-Belarussja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-piena kapitali għadha tintuża fil-Belarussja, u billi fl-2014 tliet persuni nqatlu, filwaqt li tħabbret sentenza tal-mewt oħra fit-18 ta' Marzu 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss huma skedati għall-15 ta' Novembru 2015; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Huwa tal-fehma li d-djalogu politiku bejn l-UE u l-Belarussja għandu jiġi żblukkat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Huwa tal-fehma li l-politika ta' sanzjonijiet fil-fatt kienet kontroproduċenti u jappella biex is-sanzjonijiet jitneħħew mill-aktar fis possibbli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jitlob li jiġu stabbiliti relazzjonijiet parlamentari normali bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlament tal-Belarussja; huwa tal-fehma li dan huwa l-qafas xieraq għal djalogu komprensiv dwar kwistjonijiet ta' interess komuni, fosthom dawk fejn is-sħab ikollhom differenzi fundamentali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jistieden lill-awtoritajiet Belarussi joħolqu l-kundizzjonijiet għal elezzjonijiet presidenzjali liberi u ġusti; jissottolinja l-ħtieġa li l-forzi politiċi kollha jingħataw l-ispazju għal diskussjoni politika u li d-dritt għal-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni jiġi rispettat; jistieden lill-awtoritajiet jiżguraw it-trasparenza u l-parteċipazzjoni pubblika fil-proċessi elettorali u, b'mod partikolari: </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="72pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-43.65pt">      (a)  joħolqu kummissjonijiet elettorali indipendenti u magħmula b'mod pluralistiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="72pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-43.65pt">      (b)  jiżguraw għadd tal-voti trasparenti fl-elezzjonijiet, inkluża osservazzjoni sħiħa u miftuħa minn membri tal-kummissjoni elettorali u partijiet ikkonċernati oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jistieden lill-awtoritajiet Belarussi jipproteġu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-ġurnalisti minn fastidju, intimidazzjoni u vjolenza u jwettqu investigazzjoni, prosekuzzjoni u kastig fil-pront, imparzjali u bir-reqqa ta' kwalunkwe att ta' din ix-xorta; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Itenni l-appelli tiegħu lill-Belarussja biex iddaħħal moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt bil-ħsieb tal-abolizzjoni tagħha; jistenna li din il-kwistjoni tiġi ttrattata b'mod effiċjenti fil-qafas tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn il-Belarussja u l-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jilqa' d-disponibbiltà tal-awtoritajiet Belarussi li jerġgħu jibdew id-djalogu mas-sħab internazzjonali bħall-UE dwar problemi marbuta mad-drittijiet tal-bniedem; jappoġġa r-rakkomandazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem rigward l-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem biex ikun żgurat is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mis-sistema internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, b'konsultazzjoni wiesgħa mal-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u mal-pubbliku ġenerali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jilqa' l-kontribut tal-Belarussja għan-negozjar tal-ftehimiet ta' Minsk; jitlob li l-potenzjal tal-Belarussja jintuża biex tingħeleb il-konfrontazzjoni bejn ir-Russja, l-Ukrajna u l-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblej Parlamentari tal-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa, lis-Segretarjat tal-Komunità ta' Stati Indipendenti u lill-Parlament u l-Gvern tal-Belarussja</p>
</Section></Motion>