<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>8.9.2015</Date><Ref>B8-0879/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2834(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="39711">Victor Boştinaru</Author>, <Author id="2073">Richard Howitt</Author>, <Author id="113892">Eric Andrieu</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="40224">Andi Cristea</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="103488">Sergio Gutiérrez Prieto</Author>, <Author id="96857">Cătălin Sorin Ivan</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="124962">Afzal Khan</Author>, <Author id="124801">Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="125042">Javi López</Author>, <Author id="124746">Andrejs Mamikins</Author>, <Author id="96812">Juan Fernando López Aguilar</Author>, <Author id="118858">Marlene Mizzi</Author>, <Author id="124789">Sorin Moisă</Author>, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="88882">Victor Negrescu</Author>, <Author id="111024">Jens Nilsson</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="129256">Emilian Pavel</Author>, <Author id="28166">Vincent Peillon</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="124699">Miroslav Poche</Author>, <Author id="125043">Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández</Author>, <Author id="96831">Jutta Steinruck</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="124963">Julie Ward</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.847v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0879/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2834" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2834">2015/2834(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja, u b'mod partikolari dawk tad-29 ta Marzu 2012<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 257 E, 6.9.2013, p. 9.</p>
</footnote>, tas-16 ta' Frar 2012<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 57.</p>
</footnote>, tat-12 ta' Mejju 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 162.</p>
</footnote>, tal-10 ta' Marzu 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 182.</p>
</footnote> u tal-20 ta' Jannar 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 57.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tat-12 ta' Settembru 2013 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-Politika tal-UE fir-rigward tal-Bjelorussja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0382" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0382/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0382</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-22 ta' Awwissu 2015 tar-Rappreżentant Għoli tal-UE/Viċi President Federica Mogherini u tal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, dwar il-ħelsien ta' priġunieri politiċi fil-Belarussja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Belarussja tat-28 ta' Lulju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-awtoritajiet Belarussi reċentement ħelsu l-priġunieri politiċi li kien għad baqa', li fost l-aħħar sitta kien hemm ex kandidati presidenzjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi minkejja l-intensifikazzjoni reċenti tal-kuntatti bejn il-Belarussja u l-UE u l-Istati Uniti, għad trid tiġi osservata bidla pożittiva fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-Belarussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi għadhom jippersistu każijiet ta' pressjoni u intimidazzjoni fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tas-soċjetà ċivili u favur id-demokrazija fil-Belarussja, b'rejds tal-pulizija u l-qbid ta' tagħmir, kif ukoll it-tneħħija bil-forza ta' attivisti mill-Belarussja, għadhom ħaġa ta' kuljum; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-awtoritajiet għadhom jużaw il-prattika ta' prosekuzzjoni amministrattiva ta' ġurnalisti indipendenti li jaħdmu mal-midja barranija mingħajr akkreditazzjoni, b'bosta każijiet jiġu rrappurtati f'dawn l-aħħar xhur; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi l-Belarussja tibqa' l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għadu japplika l-piena kapitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi fit-2 ta' April 2015, il-President Lukashenko ffirma d-Digriet Nru 3 "Dwar il-prevenzjoni ta' dipendenza soċjali" li jipprevedi xogħol obbligatorju għal persuni qiegħda bit-theddida ta' ħlas ta' tariffa speċjali lill-baġit tal-istat jew obbligazzjoni amministrattiva fil-forma ta' multa jew arrest amministrattiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi l-ewwel żjara uffiċjali sa mill-2002 tad-Delegazzjoni tal-PE għar-relazzjonijiet mal-Belarussja seħħet fit-18 u d-19 ta' Ġunju 2015 f'Minsk;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi ġie rreġistrat progress fil-kooperazzjoni settorjali mal-Belarussja fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja (il-proċess ta' Bolonja), it-taħriġ vokazzjonali, is-suq diġitali, is-settur tal-enerġija, is-sikurezza tal-ikel u l-kultura, fost oħrajn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-involviment tal-Belarussja bħala dik li ffaċilitat it-tentattivi sabiex tinstab riżoluzzjoni għall-kunflitt fl-Ukrajna ġie vvalutat b'mod pożittiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jibqa' mħasseb ferm dwar il-preġudizzju kontinwu kontra d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll dwar in-nuqqasijiet serji rreġistrati mill-osservaturi internazzjonali indipendenti matul l-elezzjonijiet preċedenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet Belarussi sabiex jiżguraw, fiċ-ċirkostanzi kollha, ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, skont id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem irratifikati mill-Belarussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jilqa' l-ħelsien tal-priġunieri politiċi li kien għad baqa' u jikkunsidrah bħala pass 'il quddiem potenzjali lejn titjib tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Belarussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jistieden lill-awtoritajiet Belarussi jirriabilitaw il-priġunieri politiċi meħlusa u jagħtuhom lura bis-sħiħ id-drittijiet ċiviċi u politiċi tagħhom, li jippermettulhom u lil qrabathom igawdu bis-sħiħ id-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-detenzjoni reċenti u l-prosekuzzjoni krimnali li għaddejja tal-attivisti żgħażagħ Maksim Piakarski, Vadzim Zharomski u Viachaslau Kasinerau dwar suspett ta' "ħuliganiżmu malizzjuż" bħala sproporzjonata, u jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza li sofrew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Ifakkar li opportunitajiet fil-passat għal titjib tar-relazzjonijiet bejn il-Belarussja u l-Unjoni Ewropea ma seħħux minħabba li passi speċifiċi li ħadu l-awtoritajiet Belarussi kienu segwiti minn miżuri punittivi u restrittivi mġedda fil-Belarussja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jesprimi, għaldaqstant, t-tama meqjusa tiegħu li l-opportunità attwali se tinħataf u tiġi segwita minn miżuri addizzjonali kemm immedjati u fit-tul li jagħtu lok għal żviluppi fir-relazzjonijiet bilaterali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jenfasizza l-ħtieġa li l-Belarussja tmexxi l-elezzjonijiet presidenzjali li ġejjin skont l-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, tagħti aċċess bla xkiel lill-oppożizzjoni għall-mezzi ta' komunikazzjoni kkontrollati mill-gvern, u tippermettilha tipparteċipa fl-elezzjonijiet fuq livell ugwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jinsab imħasseb bil-miżuri preċedenti li invalidaw il-parteċipazzjoni ta' avversarji politiċi, li kienu ngħataw sentenza jew intbagħtu l-ħabs, fl-elezzjonijiet presidenzjali li ġejjin, u li ċaħdu r-reġistrazzjoni ta' assoċjazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili u ta' partiti politiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Belarussi jimplimentaw bidliet u jemendew in-normi elettorali sabiex jiggarantixxu r-rappreżentazzjoni tal-oppożizzjoni politika fil-kumitati elettorali, il-ftuħ u t-trasparenza tal-għadd tal-voti, inkluż mill-osservaturi tal-oppożizzjoni, u d-dritt għall-appell kontra d-deċiżjonijiet tal-kumitati elettorali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Belarussi jwaqqfu l-intimidazzjoni kontra l-midja indipendenti għal raġunijiet politiċi, inkluża l-prattika ta' prosekuzzjoni amministrattiva u l-użu arbitrarju tal-Artikolu 22(9)(2) tal-Kodiċi Amministrattiv kontra l-ġurnalisti indipendenti li jaħdmu mal-midja barranija mingħajr akkreditazzjoni, li permezz tiegħu jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u għat-tixrid ta' informazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jiddeplora l-fatt li sa mill-2010 għaxar min-nies ġew iġġustizzjati, bi tliet eżekuzzjonijiet matul is-sena l-oħra biss, u l-piena ta' mewt li ngħatat dan l-aħħar fit-18 ta' Marzu 2015; iħeġġeġ lill-Belarussja, l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għadu japplika l-piena kapitali, sabiex tingħaqad mal-moratorju globali dwar l-eżekuzzjoni tal-piena ta' mewt bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni permanenti tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jistieden lill-Gvern tal-Belarussja jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali dwar l-abolizzjoni ta' elementi ta' xogħol furzat fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja, b'mezzi finanzjarji u politiċi, l-isforzi u l-aspirazzjonijiet demokratiċi tas-soċjetà ċivili Belarussa, il-midja indipendenti u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-Belarussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jilqa' l-kooperazzjoni tal-Belarussja mal-Unjoni Ewropea u atturi rilevanti oħra għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna, inkluż l-ospitar ta' negozjati dwar ftehimiet għal waqfien mill-ġlied;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jilqa' l-progress irreġistrat fil-kooperazzjoni settorjali mal-Belarussja fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja, it-taħriġ vokazzjonali, is-suq diġitali, is-settur tal-enerġija, is-sikurezza tal-ikel u l-kultura, fost oħrajn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħmel valutazzjoni fid-dettall tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea lill-Belarussja sal-lum, inklużi l-iżborż u l-użu tagħha mill-awtoritajiet Belarussi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Jesprimi t-tħassib tiegħu għat-tbatija ekonomika u għad-deterjorament tal-istandards tal-għajxien li qiegħda ġġarrab il-popolazzjoni tal-Belarussja, u jenfasizza li politika kontinwa ta' restrizzjonijiet u repressjoni tal-attivisti favur id-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem, tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni jistgħu jservu biss ta' diżinċentiv għall-kooperazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Belarussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jieħu nota taż-żieda fl-użu tal-lingwa Belarussa fil-ħajja pubblika u tal-pjanijiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni għat-tħeġġiġ tal-użu tal-lingwa Belarussa fl-edukazzjoni, kif ukoll tal-pubblikazzjoni ta' atti leġiżlattivi mill-Qorti Kostituzzjonali kemm bir-Russu kif ukoll bil-Belarussu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Huwa determinat li jkompli jikkontribwixxi għall-politika tal-Unjoni Ewropea ta' "impenn kritiku" fir-rigward tal-Belarussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Assemblej Parlamentari tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-awtoritajiet Belarussi.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>