<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Date>8.9.2015</Date><Ref>B8-0880/2015</Ref><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2834(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="125039">Fernando Maura Barandiarán</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE565.848v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0880/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Belarussja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2834" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2834">2015/2834(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja, b'mod partikolari dawk tad-29 ta Marzu 2012<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 257 E, 6.9.2013, p. 9.</p>
</footnote>, tas-16 ta' Frar 2012<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 57.</p>
</footnote>, tal-15 ta' Settembru 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 140.</p>
</footnote>, tat-12 ta' Mejju 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 162.</p>
</footnote>, tal-10 ta' Marzu 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 182.</p>
</footnote> u tal-20 ta' Jannar 2011<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 57.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-ħelsien reċenti ta' sitt priġunieri politiċi fil-Belarussja – Mikola Statkevich, Mikola Dziadok, Ihar Alinevich, Jury Rubtsov, Euheny Vaskovich u Artyom Prakapenka,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss fil-Belarussja skedati għall-11 ta' Ottubru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-kriżi li għaddejja fl-Ukrajna, li għandha wkoll konsegwenzi diretti u indiretti għall-Belarussja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President/tar-Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, u tal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, dwar il-ħelsien ta' priġunieri politiċi fil-Belarussja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-Unjoni Ewropea u l-Belarussja li seħħ fit-28 ta' Lulju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-Unjoni Ewropea lesta ttejjeb ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni mal-Belarussja ladarba l-kundizzjonijiet fil-pajjiż jippermettu, f'termini ta' rispett tal-istandards demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-ħelsien reċenti tas-sitt priġunieri politiċi huwa pass mixtieq u meħtieġ ferm fid-direzzjoni t-tajba u wieħed jittama li jkun segwit b'miżuri oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi titjib sinifikanti fil-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-media, ir-rispett tad-drittijiet politiċi kemm taċ-ċittadini ordinarji kif ukoll tal-attivisti tal-oppożizzjoni u rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huma kollha prerekwiżiti għal relazzjonijiet aħjar bejn l-UE u l-Belarussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Jilqa' l-ħelsien tas-sitt priġunieri politiċi bħala titjib ċar fil-mod kif il-Belarussja tittratta lill-attivisti tal-oppożizzjoni, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet jagħtu segwitu lil dan il-pass b'miżuri li jiggarantixxu bis-sħiħ il-libertà tal-kelma u l-libertà tal-media u possibbiltajiet għaċ-ċittadini Belarussi u għall-attivisti Belarussi li jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja politika ta' pajjiżhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jistieden lill-awtoritajiet Belarussi joħolqu kundizzjonijiet u opportunitajiet ġusti għall-kandidati kollha biex jagħmlu kampanja elettorali ġenwina u jiżguraw li l-partiti kollha li jipparteċipaw fl-elezzjonijiet ikunu rappreżentati fil-livelli kollha tal-kummissjoni elettorali; jesprimi dubju, madankollu, dwar jekk l-elezzjonijiet humiex se jikkonformaw mal-istandards internazzjonali li l-Belarussja impenjat ruħha li tirrispetta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Jistieden, madankollu, lill-awtoritajiet Belarussi jadottaw u jimplimentaw bidliet rakkomandati fil-liġi elettorali u li jinvolvu lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u lill-Kummissjoni ta' Venezja f'tali proċess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jenfasizza li l-UE għadha lesta testendi r-rabtiet kummerċjali u tan-negozju mal-Belarussja u li s-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni Ewro-Asjatika mhijiex kompatibbli ma' tali miżuri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni Ewropea jsibu modi ġodda biex jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja, b'konformità mal-politika tal-UE ta' involviment kritiku mal-Belarussja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jiddispjaċih għall-fatt li l-Belarussja kienet fost 11-il pajjiż li vvutaw kontra r-Riżoluzzjoni 68/262 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Marzu 2014, adottata b'reazzjoni għall-annessjoni tal-Krimea mir-Russja; jinnota, madankollu, li l-Belarussja żvolġiet rwol ta' moderatur fil-kunflitt attwali fil-Lvant  tal-Ukrajna u ma rrikonoxxietx l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja; jistieden lill-amministrazzjoni Belarussa tkompli tieħu sehem fl-isforzi biex tinstab soluzzjoni paċifika għall-kunflitt b'konformità mal-Protokoll ta' Minsk;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jinnota li l-varar f'Jannar 2014 tan-negozjati dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi bl-għan li jittejjeb il-kuntatt bejn il-persuni u li tiġi inkoraġġuta s-soċjetà ċivili; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jikkundanna l-fatt li l-Belarussja hija l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għad għandu l-piena tal-mewt, u dan imur kontra l-valuri Ewropej; jitlob moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijiet u bidliet korrispondenti fil-kodiċi penali sabiex il-piena kapitali tiġi abolita;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblej Parlamentari tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa, lis-Segretarjat tal-KSI u lill-awtoritajiet Belarussi.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>