<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1007/2015</Ref><Date>5.10.2015</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2015-0761" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2015-0761">B8&#8209;0761/2015</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-piena tal-mewt</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2879(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="113959">Martina Anderson</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="124986">Matt Carthy</Author>, <Author id="124987">Liadh Ní Riada</Author>, <Author id="122885">Rina Ronja Kari</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="124858">Fabio De Masi</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="125061">Kostas Chrysogonos</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE568.494v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;1007/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-piena tal-mewt</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2879" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2879">2015/2879(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, b'mod partikolari dik tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 5.</p>
</footnote>, u dwar il-ħtieġa ta' moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjonijet f'dawk il-pajjiżi fejn il-piena tal-mewt għadha applikata,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Protokolli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu u t-Tieni Protokoll Fakultattiv tiegħu, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra id-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u tal-Bord Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kontroll tan-Narkotiċi (INCB) dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, b'mod partikolari għal reati marbuta mad-drogi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Finali adottata mill-5 Kungress Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt f'Madrid fil-15 ta' Ġunju 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18 ta' Diċembru 2007, li tappella għal moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt, u l-ħames riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġeneali tan-NU, b'mod partikolari dik tat-18 ta' Diċembru 2014, li tfakkar l-impenn tan-NU għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Jum Dinji u l-Jum Ewropew Kontra l-Piena tal-Mewt li jokkorri fl-10 ta' Ottubru ta' kull sena, u wara li kkunsidra l-fatt li fl-2015 il-Jum Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt huwa ddedikat għall-waqfa tal-eżekuzzjonijiet fir-rigward ta' delitti marbuta mad-droga,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kunsill dwar il-piena tal-mewt (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2015-000103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2015-000103">O-000103/2015</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2015-0761" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2015-0761">B8&#8209;0761/2015</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-piena tal-mewt hija l-aktar piena krudili, inumana u degradanti, u tikser id-dritt għall-ħajja li huwa minqux fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem billi l-kundizzjonijiet fil-ħabs ta' dawk li huma kkundannati għall-mewt jikkawżaw sofferenza psikoloġika estrema u billi l-eżekuzzjoni tammonta għal attakk fiżiku u mentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-piena tal-mewt ħafna drabi tintuża kontra persuni żvantaġġati, morda mentali, u b'mod partikolari kontra membri ta' minoranzi nazzjonali u kulturali; billi f'xi postijiet, l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt għandha l-għeruq tagħha f'diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali jew it-twemmin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi l-Unjoni Ewropea għandha pożizzjoni qawwija u ta' prinċipju kontra l-piena tal-mewt, li tistabbilixxi l-abolizzjoni globali tal-piena kapitali bħala objettiv ewlieni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi 101 pajjiż abolixxew il-piena tal-mewt għad-delitti kollha; billi fl-2014 minn tal-anqas 22 pajjiż wettqu eżekuzzjonijiet u minn tal-anqas 2 466 persuna ġew ikkundannati għall-mewt, jiġifieri 28 % aktar milli fl-2013; billi l-ħames pajjiżi fid-dinja fejn il-piena tal-mewt tintuża l-aktar huma ċ-Ċina (b'aktar minn 1 000 eżekuzzjoni skont l-NGOs), l-Iran (b'289 eżekuzzjoni rikonoxxuti uffiċjalment u aktar minn 454 eżekuzzjoni mhux uffiċjali skont l-NGOs), l-Arabja Sawdija (b'tal-anqas 90 eżekuzzjoni), l-Iraq (b'tal-anqas 61 eżekuzzjoni) u l-Istati Uniti (b'35 eżekuzzjoni);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi tmien Stati jimponu l-piena tal-mewt għall-omosesswalità (il-Mauritania, is-Sudan, l-Iran, l-Arabja Sawdija, il-Jemen, il-Pakistan, l-Afganistan u l-Qatar) u provinċji fin-Niġerja u fis-Somalja uffiċjalment jimplimentaw il-piena tal-mewt għal atti sesswali bejn persuni tal-istess sess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi fit-18 ta' Diċembru 2014 l-Assemblea Ġenerali tan-NU vvutat għall-ħames darba (b'117-il vot favur, 38 kontra u 34 astenzjoni) għal riżoluzzjoni favur moratorju universali fuq il-piena tal-mewt bl-għan li tiġi abolita;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi, f'dawn l-aħħar 12-il xahar, madwar id-dinja kien hemm żieda qawwija fl-użu tal-piena tal-mewt għal reati marbuta mad-droga, u għadd ta' Stati ġġustizzjaw persuni għal reati marbuta mad-droga b'rata ogħla b'mod sinifikanti (bħal fil-każ tal-Iran u l-Arabja Sawdija), bl-għan li jintroduċu mill-ġdid il-piena tal-mewt għal reati marbuta mad-droga (bħal fil-każ tal-Oman), jew li jtemmu l-moratorji fuq il-piena tal-mewt li ilhom fis-seħħ snin twal (bħal fil-każ tal-Indoneżja u l-Pakistan); billi, mill-14-il pajjiż li japplikaw il-piena tal-mewt għal reati marbuta mad-droga, 12 huma pajjiżi Asjatiċi jew tal-Lvant Nofsani; billi, fl-2015, 14-il persuna ġew iġġustizzjati fl-Indoneżja għal reati marbuta mat-traffikar tad-droga, li 12 minnhom kienu barranin; billi għexieren ta' persuni li huma kkundannati għall-mewt qegħdin jistennew li jiġu ġġustizzjati, inkluż ċittadini Ewropej, fosthom il-Franċiż Serge Atlaoui; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi, skont kif ġie rrappurtat, l-Iran iġġustizzja 394 persuna ħatja ta' reati marbuta mad-droga fl-ewwel sitt xhur tal-2015, meta mqabbel mat-367 persuna fl-2014; billi minn tal-inqas 112 persuna ħatja ta' reati marbuta mad-droga u li ġew kkundannati għall-mewt qegħdin jistennew li jiġu ġġustizzjati fil-Pakistan; billi verifiki indipendenti ta' operazzjonijiet tal-UNODC fil-Pakistan u l-Iran u rapporti reċenti ta' NGOs qajmu tħassib dwar l-implimentazzjoni ta' gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem mill-uffiċċji li l-Aġenzija tan-NU għandha fil-pajjiżi, u dwar il-korrelazzjoni diretta bejn il-finanzjament għall-ġlieda kontra n-narkotiċi u s-sentenzi tal-mewt mogħtija għal akkużi marbuta mad-droga f'dawk il-pajjiżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi l-istupru, il-qtil, l-apostasija, is-serq armat u t-traffikar tad-droga huma punibbli bil-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija; billi nofs l-eżekuzzjonijiet kollha li twettqu fl-Arabja Sawdija din is-sena kienu jirrigwardaw reati marbuta mad-droga, meta mqabbel mal-4 % biss tan-numru totali fl-2010; billi l-piena tal-mewt titwettaq permezz tad-dekapitazzjoni, u xi drabi wara l-iġsma jiġu msallba; billi, fis-27 ta' Mejju 2014, Ali Mohammed al-Nimr ġie kkundannat għall-mewt permezz tad-dekapitazzjoni segwita bil-kruċifissjoni, għall-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni terroristika, minkejja l-fatt li l-konfessjoni tiegħu nkisbet b'tortura waqt li huwa kien għadu minorenni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi l-istat ta' Nebraska ddeċieda li jabolixxi l-piena tal-mewt fl-2015; billi fl-2015, 19-il persuna diġà ġew iġġustizzjati fl-Istati Uniti permezz ta' injezzjoni letali, inklużi żewġ persuni li għandhom diżabbiltajiet intellettwali: Warren Lee Hill fis-27 ta' Jannar 2015 fil-Georgia u Robert Ladd fid-29 ta' Jannar 2015 f'Texas; billi, fis-17 ta' Marzu 2015, Cecil Clayton, raġel ta' 74 sena b'korriment gravi f'moħħu, ġie ġġustizzjat f'Missouri; billi Mumia Abu-Jamal, priġunier Afro-Amerikan, magħruf ukoll bħala "l-vuċi ta' dawk bla vuċi", li kien ikkundannat għall-mewt mill-1982 sal-2011, wara proċess inġust u mmotivat mir-razziżmu, sakemm is-sentenza tiegħu tnaqqset għal priġunerija għal għomru, qiegħed jiffaċċja sitwazzjoni diffiċli ferm peress li l-istat ta' Pennsylvania ċaħadlu l-aċċess għall-kura tas-saħħa, ċaħda li b'hekk tpoġġilu ħajtu f'periklu; billi Hank Skinner għadu jistenna li jiġi ġġustizzjat f'Texas minkejja l-fatt li eżami tad-DNA fil-każ tiegħu xeħet dubju konsiderevoli dwar il-ħtija tiegħu;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi l-Gvern Eġizzjan wettaq proċessi politiċi tal-massa matul is-sena l-oħra u aktar minn 100 persuna ġew ikkundannati għal mewt, inkluż il-President li tneħħa mill-kariga, Mohammed Morsi; billi Ibrahim Halawa, ċittadin Irlandiż, u oħrajn qegħdin jiffaċċjaw kundanna possibbli ta' mewt fl-Eġittu talli pparteċipaw fi protesta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi l-qawmien mill-ġdid ta' diskors favur il-piena tal-mewt fl-UE, inkluż minn ċertu membri ta' gvernijiet, huwa fenomenu allarmanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri jieħdu pożizzjoni koerenti kontra l-piena tal-mewt fl-azzjonijiet u l-finanzjamenti kollha tagħhom, b'mod speċjali fir-rigward ta' pajjiżi li japplikaw il-piena tal-mewt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Itenni l-oppożizzjoni tiegħu, li ilha stabbilita għal żmien twil, kontra l-piena tal-mewt, fil-każijiet kollha u taħt kwalunkwe ċirkostanza, u jenfasizza għal darb'oħra li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dinjità tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jikkundanna l-eżekuzzjonijiet kollha, iseħħu fejn iseħħu; jibqa' mħasseb bil-kbir dwar l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt fuq il-minorenni, fuq persuni żvantaġġati u fuq persuni b'diżabbiltajiet mentali jew intellettwali, u jappella li prattiki bħal dawn, li jiksru standards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, jinqatgħu b'mod immedjat u definittiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Ifakkar li l-abolizzjoni sħiħa tal-piena tal-mewt għadha waħda mill-għanijiet ewlenin tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; ifakkar, barra minn hekk, li din il-mira tintlaħaq biss permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati, u kooperazzjoni dwar l-edukazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, l-effiċjenza u l-effikaċja; jappoġġa bil-qawwa il-moratorju bħala pass 'il quddiem lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; ikompli jagħti spinta lill-abolizzjoni tal-piena tal-mewt mad-dinja kollha; iħeġġeġ bis-sħiħ lill-pajjiżi li għadhom iwettqu pieni kapitali biex jikkonformaw ma' standards minimi internazzjonali u jippubblikaw ċifri ċari u preċiżi dwar in-numru ta' kundanni u eżekuzzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jinsab allarmat bin-numru ta' eżekuzzjonijiet fl-Arabja Sawdija; jesprimi tħassib serju u stmerrija għall-kundanna ta' mewt permezz tad-dekapitazzjoni, segwita bil-kruċifissjoni, ta' Ali Mohammend al-Nimr mill-awtoritajiet Sawdin, wara proċess inġust u mmotivat politikament; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin jeħilsu minnufih lil Ali Mohammed al-Nimr u jannullaw din is-sentenza barbara u jikkonformaw mal-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, jintensifikaw il-pressjoni tagħhom fuq ir-reġim Sawdi biex jagħti maħfra lil Ali Mohammed al-Nimr u jabolixxi l-piena tal-mewt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jinsab allarmat bil-fatt li ċ-Ċina għadha twettaq l-ogħla numru ta' eżekuzjonijiet fis-sena u li dawn l-eżekuzzjonijiet huma kklassifikati bħala "sigriet tal-istat"; iħeġġeġ lill-Gvern taċ-Ċina jtemm dawn il-prattiki u jippubblika lista ta' persuni li diġà ġew iġġustizzjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jinsab allarmat ukoll biż-żieda fir-rata ta' eżekuzzjonijiet fl-Iran u bil-fatt li, skont l-NGOs, ħafna minnhom huma extraġudizzjarji u mhumiex rikonoxxuti mill-awtoritajiet; iħeġġeġ lill-Gvern itemm din il-prattika u jippubblika lista trasparenti ta' persuni li diġà ġew iġġustizzjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jikkundanna għal darb'oħra l-użu tal-piena tal-mewt fl-Iraq; jikkondividi t-tħassib tan-NU għaż-żieda tal-eżekuzzjonijiet sa mill-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt fl-2005 u n-nuqqas ta' sistema ġuridika fil-pajjiż; jenfasizza l-fatt li sa Awwissu 2014, 1 724 priġunier ġew ikkundannati għal mewt skont sorsi uffiċjali; jenfasizza l-fatt li n-nuqqas ta' ġustizzja fl-Iraq illum irid jitqies fil-kuntest tal-kollass kważi assolut tal-liġi u l-ordni wara l-invażjoni mill-forzi tal-Istati Uniti u tar-Renju Unit, u jinkludi delitti tal-gwerra, atroċitajiet, u l-qtil ta' persuni ċivili minn merċenarji u forzi militari tal-okkupazzjoni tal-Istati Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Jikkundanna għal darb'oħra l-użu tal-piena tal-mewt fl-Istati Uniti, b'mod speċjali l-kundanni li huma r-riżultat ta' proċessi inġusti u mmotivati mir-razziżmu, u l-eżekuzzjoni ta' persuni b'diżabbiltajiet intellettwali; jilqa' l-fatt li l-istat ta' Nebraska fl-2015 iddeċieda li jabolixxi l-piena tal-mewt, u jħeġġeġ għal dabr'oħra lill-Istati Uniti ttemm din il-prattika; jinsab allarmat b'mod partikolari bis-sitwazzjoni ta' Mumia Abu-Jamal u bil-fatt li huwa m'għandux aċċess għall-kura tas-saħħa; jenfasizza l-fatt li fl-2011 is-sistema tal-ġustizzja federali rrikonoxxiet li Mumia Abu-Jamal ma kienx ingħata proċess ġust, u jappella għalhekk li jinħeles immedjatament u jingħata aċċess għall-kura tas-saħħa skont id-dritt internazzjonali; jappella wkoll għall-ħelsien ta' Hank Skinner u Emma Clancy; iħeġġeġ lill-UE tinsisti fuq ir-rispett tal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem fid-djalogu mal-Istati Uniti u li ttemm kwalunkwe ftehim ma' dak il-pajjiż fl-eventwalità ta' ksur tad-dritt internazzjonali min-naħa tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jinsab allarmat bil-kbir bil-qawmien mill-ġdid ta' diskorsi favur il-piena tal-mewt fl-Ewropa u bl-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji li qegħdin jitwettqu mill-Gvern Britanniku fis-Sirja; jenfasizza li l-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tista' qatt tiġi ġġustifikata b'nuqqas ta' rispett tad-dritt internazzjonali; jappella għalhekk għal investigazzjoni internazzjonali immedjata u indipendenti u sabiex dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja; jappella wkoll għal investigazzjoni ġenerali indipendenti dwar l-użu tal-eżekuzzjoni extraġudizzjarja minn Stati Membri, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha jwaqqfu minnufih dawn il-prattiki, li jiksru d-dritt internazzjonali u jistgħu jitqiesu bħala stabbiliment mill-ġdid <span font-style="italic">de facto</span> tal-piena tal-mewt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jinsab imħassab b'mod partikolari dwar iż-żieda fl-użu tal-piena tal-mewt fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu f'numru ta' pajjiżi bħall-Eġittu u n-Niġerja, u bil-possibbiltà li l-piena tal-mewt terġa' tiddaħħal, bħal fil-każ taċ-Chad u t-Tuneżija; jenfasizza l-fatt li l-piena tal-mewt qatt mhija se tnaqqas it-terroriżmu u li l-ġlieda kontrih m'għandha qatt issir bi  skapitu tad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Jikkundanna d-deċiżjoni li ttemm il-moratorji li ilhom fis-seħħ fuq il-piena tal-mewt f'bosta pajjiżi bħall-Pakistan u l-Indoneżja, u jħeġġeġ lil dawn il-pajjiżi jtemmu din il-prattika u jreġġgħu lura d-deċiżjonijiet tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Jistieden lill-Istati kkonċernati jtemmu l-kriminalizzazzjoni tal-omosesswalità u jistieden lill-Brunei Darussalam ma japplikax il-piena tal-mewt għall-omosesswalità fl-2016, kif stabbilit attwalment; iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri jżommu l-ġlieda kontra l-kriminalizzazzjoni tal-omosesswalità bħala prijorità ewlenija, f'konformità mal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem mill-Persuni Leżbjani, Gay, Bisesswali, Transġeneri u Intersesswali (LGBTI);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li l-programmi ffinanzjati mill-Ewropa għall-ġlieda kontra n-narkotiċi fi stati li żammew il-piena tal-mewt jistgħu jkunu qegħdin jinkoraġġixxu kundanni u eżekuzzjonijiet kapitali, b'mod partikolari billi jistabbilixxu miri u indikaturi ta' żieda fil-konfiski, arresti u kundanni, u pieni aktar ħorox;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għal reati marbuta mad-droga għandha ssir prerekwiżit għall-assistenza politika, l-assistenza teknika, il-bini ta' kapaċitajiet u appoġġ ieħor għall-politika tal-infurzar tal-liġijiet dwar id-droga;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaffermaw mill-ġdid il-prinċipju kategoriku li l-għajnuna u l-assistenza mill-Ewropa ma jistgħux jiffaċilitaw operazzjonijiet ta' infurzar tal-liġi li jwasslu għal kundanni ta' mewt u għall-eżekuzzjoni ta' dawk arrestati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' trasparenza fl-għajnuna u fl-assistenza għall-ġlieda kontra n-narkotiċi mogħtija mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-operazzjonijiet ta' infurzar tal-liġijiet dwar id-droga f'pajjiżi li japplikaw il-piena tal-mewt b'mod aggressiv għal reati marbuta mad-droga; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jitlob li l-Kummissjoni tippubblika rendikont annwali tal-finanzjament tagħha għall-programmi dwar il-ġlieda kontra n-narkotiċi f'pajjiżi li jżommu l-piena tal-mewt għal reati marbuta mad-droga, flimkien ma' sommarju narrattiv ta' fejn dan il-finanzjament ikun ġie dirett, liema salvagwardji tad-drittijiet tal-bniedem ikunu ġew applikati biex jiżguraw li dan il-finanzjament ma jkunx ippermetta kundanni tal-mewt, u sa liema punt l-istati benefiċjarji jkunu kkonformaw mal-kundizzjonijiet Ewropej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta mingħajr aktar dewmien il-linji gwida operattivi stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament IcSP, tapplikahom b'mod strett għall-programmi tar-rotot tal-kokaina u l-eroina u, fl-eventwalità ta' nuqqas ta' konformità u inkonsistenza mal-linji gwida, tissospendi minnufih dawn il-programmi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-programmi futuri ta' finanzjament tal-UNODC għall-glieda kontra n-narkotiċi soġġetti għall-kapaċità li l-UNODC turi b'mod ċar kif il-prinċipji ċentrali tal-gwida tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem jkunu se jiġu applikati fl-amministrazzjoni ta' dak il-finanzjament, u b'mod speċifiku kif dan il-finanzjament ikun se jiġi ffriżat jew irtirat jekk l-istat benefiċjarju jippersisti bil-kundanni ta' mewt għal persuni ħatja ta' reati marbuta mad-droga; jinsisti fuq il-fatt li kwalunke programm tal-UE jew ta' Stat Membru għall-ġlieda kontra n-narkotiċi għandu jitwettaq taħt l-awspiċi tan-NU, b'mod partikolari l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u l-Kriminalità u l-Bord Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Kontroll tan-Narkotiċi (INCB);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonforma mar-rakkomandazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi (2013-2016) li għandha tiġi żviluppata u implimentata "għodda ta' gwida u valutazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem" biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem ikunu "integrati b'mod effikaċi fl-Azzjoni Esterna tal-UE dwar id-Drogi";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu gwida għal politika Ewropea komprensiva u effikaċi dwar il-piena tal-mewt fir-rigward ta' għexieren ta' ċittadini Ewropej li jiffaċċjaw l-eżekuzzjoni f'pajjiżi terzi, li għandha tinkludi mekkaniżmi qawwija u msaħħa f'termini ta' identifikazzjoni, għoti ta' assistenza legali u rappreżentazzjoni diplomatika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.    Ifaħħar u jkompli jinkoraġġixxi l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi li jaħdmu favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt mad-dinja kollha; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġa proġetti f'dan il-qasam, b'mod partikolari proġetti ta' edukazzjoni u azzjonijiet pedagoġiċi popolari, bħala prijorità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.    Jitlob li s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) iħejji rapport dwar il-piena tal-mewt, li għandu jeżamina, b'mod partikolari, l-impatt tal-finanzjament tal-UE għall-ġlieda kontra n-narkotiċi u l-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jiġi żgurat li tali finanzjament ma jikkontribwixxix għal żieda fl-użu tal-piena tal-mewt fil-ġejjieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-gvernijiet tal-istati membri tan-NU.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>