<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1008/2015</Ref><Date>5.10.2015</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2015-0761" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2015-0761">B8&#8209;0761/2015</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-piena tal-mewt</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/2879(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="111014">Josef Weidenholzer</Author>, <Author id="2073">Richard Howitt</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="113892">Eric Andrieu</Author>, <Author id="125110">Nikos Androulakis</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="124819">Goffredo Maria Bettini</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="124814">Simona Bonafè</Author>, <Author id="112748">Biljana Borzan</Author>, <Author id="124954">Paul Brannen</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="96880">Andrea Cozzolino</Author>, <Author id="40224">Andi Cristea</Author>, <Author id="124970">Miriam Dalli</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="124821">Nicola Danti</Author>, <Author id="124803">Isabella De Monte</Author>, <Author id="125046">Jonás Fernández</Author>, <Author id="23868">Monika Flašíková Beňová</Author>, <Author id="125018">Eugen Freund</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="96991">Eider Gardiazabal Rubial</Author>, <Author id="124817">Enrico Gasbarra</Author>, <Author id="124847">Elena Gentile</Author>, <Author id="28377">Lidia Joanna Geringer de Oedenberg</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author>, <Author id="124864">Michela Giuffrida</Author>, <Author id="124785">Maria Grapini</Author>, <Author id="124961">Theresa Griffin</Author>, <Author id="96892">Roberto Gualtieri</Author>, <Author id="103488">Sergio Gutiérrez Prieto</Author>, <Author id="28131">Anna Hedh</Author>, <Author id="96857">Cătălin Sorin Ivan</Author>, Jude Kirton&#8209;Darling, <Author id="124870">Jeppe Kofod</Author>, <Author id="96673">Olle Ludvigsson</Author>, <Author id="124746">Andrejs Mamikins</Author>, <Author id="124725">Louis-Joseph Manscour</Author>, <Author id="1403">David Martin</Author>, <Author id="124947">Edouard Martin</Author>, <Author id="118858">Marlene Mizzi</Author>, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="88882">Victor Negrescu</Author>, <Author id="125013">Momchil Nekov</Author>, <Author id="96844">Norbert Neuser</Author>, <Author id="124692">Demetris Papadakis</Author>, <Author id="28166">Vincent Peillon</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="124699">Miroslav Poche</Author>, <Author id="125043">Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández</Author>, <Author id="124948">Siôn Simon</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="29579">Marc Tarabella</Author>, <Author id="124791">Daniele Viotti</Author>, <Author id="96656">Boris Zala</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE568.495v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;1008/2015</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-piena tal-mewt</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-2879" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-2879">2015/2879(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, b'mod partikolari dik tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 5.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta minn Federica Mogherini, Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u Thorbjørn Jagland, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, dwar il-Jum Ewropew u Dinji kontra l-Piena tal-Mewt fl-10 ta' Ottubru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Protokolli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u t-Tieni Protokoll Fakoltattiv tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Istudju dwar l-impatt tal-problema dinjija tad-droga fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem, maħruġ mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Settembru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Assemblea Ġenerali tan-NU, b’mod partikolari dik tat-18 ta’ Diċembru 2014 dwar il-moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt (A/RES/69/186),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Jum Dinji u l-Jum Ewropew kontra l-Piena tal-Mewt, li jseħħ fl-10 ta' Ottubru ta' kull sena,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata mill-5 Kungress Dinji kontra l-Piena tal-Mewt li sar f'Madrid mit-12 sal-15 ta' Ġunju 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kunsill dwar il-piena tal-mewt (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2015-000103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2015-000103">O-000103/2015</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2015-0761" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2015-0761">B8&#8209;0761/2015</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–       wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.     billi l-Unjoni Ewropea għandha pożizzjoni qawwija u ta' prinċipju kontra l-piena tal-mewt, li tistabbilixxi bħala objettiv ewlieni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem moratorju universali bħala pass lejn l-abolizzjoni dinjija tal-piena kapitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.     billi l-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt fl-10 ta' Ottubru 2015 għandu l-għan li jkattar "is-sensibilizzazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.     billi, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, iktar minn 160 stat membru tan-NU, li għandhom varjetà ta' sistemi ġuridiċi, tradizzjonijiet, kulturi u reliġjonijiet, jew abolixxew il-piena tal-mewt jew inkella ma japplikawhiex; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.     billi l-aħħar ċifri juru li huwa magħruf li tal-anqas 2 466 persuna f'55 pajjiż ingħataw sentenza tal-mewt fl-2014 – żieda ta' kważi 23 % fuq iċ-ċifra għall-2013; billi twettqu mill-anqas 607-il eżekuzzjoni madwar id-dinja fl-2014; billi ż-żieda fl-għadd ta' sentenzi tal-mewt għandha rabta mill-qrib ma' sentenzi tal-qrati fi proċessi tal-massa b'reazzjoni għal reati marbuta mat-terroriżmu f'pajjiżi bħall-Eġittu; billi s-sentenzi tal-mewt u l-eżekuzzjonijiet qed ikomplu b'rata allarmanti fl-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.     billi 33 stat japplikaw il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga, bir-riżultat li kull sena jseħħu madwar 1 000 eżekuzzjoni; billi huwa magħruf li fl-2015 twettqu eżekuzzjonijiet għal reati bħal dawn fiċ-Ċina, l-Iran, l-Indoneżja u l-Arabja Sawdija; billi fl-2015 baqgħu jiġu imposti kundanni għall-mewt għal reati relatati mad-droga fiċ-Ċina, l-Indoneżja, l-Iran, il-Kuwajt, il-Malasja, l-Arabja Sawdija, is-Sri Lanka, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Vjetnam; billi dawn id-delitti jistgħu jinkludu diversi akkużi relatati mat-traffikar jew il-pussess tad-droga;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.     billi l-piena tal-mewt ma tiskoraġġix it-traffikar tad-droga; billi l-maġġoranza enormi tal-individwi li jingħataw sentenza tal-mewt bi rbit ma' reati tad-droga huma fil-qiegħ nett tal-ġerarkija tat-traffikanti tad-droga;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.     billi fl-aħħar 12-il xahar kien hemm mewġa globali ġdida fl-użu tal-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga, b’numru ta’ stati jagħtu l-piena tal-mewt lil persuni għal reati relatati mad-droga, b’rata kunsiderevolment ogħla, waqt li oħrajn fittxew li jintroduċu l-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga, jew oħrajn li temmew moratorji tal-piena tal-mewt li kien ilhom fis-seħħ żmien twil; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.     billi, skont kif ġie rrappurtat, l-Iran iġġustizzja 394 persuna ħatja ta' reati marbuta mad-droga fl-ewwel sitt xhur tal-2015, meta mqabbel mat-367 persuna fl-2014; billi nofs l-eżekuzzjonijiet kolla li twettqu fl-Arabja Sawdija din is-sena kienu jirrigwardaw reati marbuta mad-droga, meta mqabbel mal-4% biss tan-numru totali fl-2010; billi minn tal-inqas 112 persuna ħatja ta' reati marbuta mad-droga qegħdin jistennew li jiġu ġġustizzjati wara li ġew ikkundannati għall-mewt fil-Pakistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.      billi tmien Stati jimponu l-piena tal-mewt għall-omosesswalità (il-Mauritania, is-Sudan, l-Iran, l-Arabja Sawdija, il-Jemen, il-Pakistan, l-Afganistan u l-Qatar) u provinċji fin-Niġerja u fis-Somalja uffiċjalment jimplimentaw l-piena tal-mewt għal atti sesswali ta' bejn l-istess sess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.      billi hemm tużżani ta' ċittadini Ewropej li qed jiffaċċjaw l-eżekuzzjoni f'pajjiżi terzi, ħafna minnhom minħabba reati relatati mad-droga; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.     billi bosta individwi, irrispettivament mis-sitwazzjoni legali tagħhom, ingħataw il-piena tal-mewt u sussegwentement ġew eżekwiti f'ċirkostanzi u skont proċedimenti legali li jistgħu ma jikkonformawx bis-sħiħ mar-rispett għad-dritt għal proċess ġust u għad-dritt li wieħed ma jiġix soġġett għal tortura u għal forom oħrajn ta' trattament ħażin, li jikkostitwixxi nuqqas ta' ġustizzja; billi l-eżekuzzjonijiet huma irriversibbli u definittivi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.     billi l-Artikolu 6(2) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi jistipula li l-piena tal-mewt tista’ tiġi applikata biss għad-"delitti l-aktar gravi"; billi l-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u r-Rapporteurs Speċjali tan-NU dwar l-Eżekuzzjonijiet Extraġudizzjarji, Sommarji u Arbitrarji u dwar it-Tortura ddikjaraw li l-piena tal-mewt m’għandhiex tiġi imposta għal reati marbuta mad-droga; billi l-piena tal-mewt obbligatorja u l-użu tagħha għal reati relatati mad-droga jmorru kontra d-dritt u l-istandards internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.    billi l-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi ħeġġeġ lill-istati li jimponu l-piena tal-mewt biex jabolixxuha kompletament għal reati relatati mad-droga;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.     billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri taw minn tal-inqas EUR 60 miljun lill-programmi għall-ġlieda kontra n-narkotiċi tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), li huma ffokati fuq l-infurzar kontra d-droga f’pajjiżi li japplikaw b’mod attiv il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.     billi, fil-qafas tal-Istrument tal-UE li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) u l-predeċessur tiegħu, l-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), il-Kummissjoni introduċiet żewġ miżuri kontra n-narkotiċi fuq livell reġjonali fuq skala kbira – programmi tar-rotot tal-kokaina u tal-eroina, li l-ambitu tagħhom jinkludi pajjiżi li japplikaw il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga; billi, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament IcSP, il-Kummissjoni hija obbligata tuża linji gwida operazzjonali għall-konformità mal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja fir-rigward tal-miżuri kontra l-kriminalità organizzata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.      Itenni l-kundanna tiegħu għall-użu tal-piena tal-mewt u jappoġġja bil-qawwa l-introduzzjoni ta' moratorju fuq il-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha; jenfasizza għal darb'oħra li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt tikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-dinjità umana u li l-għan aħħari tal-UE huwa l-abolizzjoni totali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.      Jikkundanna l-eżekuzzjonijiet kollha, iseħħu fejn iseħħu; jibqa' jinstab ferm imħasseb fir-rigward tal-imponiment tal-piena tal-mewt fuq il-minuri, pereżempju fil-każ tad-dimostrant żgħażugħ mill-Arabja Sawdija Ali Mohammad al-Nimr, u fuq persuni b'diżabilitajiet mentali jew intellettwali, u jitlob biex tali prattiki jitwaqqfu b'mod immedjat u definittiv; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.      Iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri biex jibqgħu jikkombattu l-użu tal-piena tal-mewt u lill-pajjjiżi li għadhom iwettqu l-piena tal-mewt iħeġġuhom jirrispettaw l-istandards minimi internazzjonali u jirrestrinġu l-ambitu tal-piena tal-mewt u l-użu tagħha, u biex inaqqsu l-ambitu u l-użu tal-piena tal-mewt, u biex jippubblikaw ċifri ċari u preċiżi dwar in-numru ta' sentenzi u eżekuzzjonijiet; iħeġġeġ lis-SEAE biex jibqa' viġilanti fir-rigward tal-iżviluppi fil-pajjiżi kollha, speċjalment fil-Belarus, li hu l-uniku pajjiż Ewropew li għad għandu l-piena tal-mewt, u biex juża l-mezzi kollha ta' influwenza għad-dispożizzjoni tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.      Jilqa' l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt f'ċerti stati tal-Istati Uniti, u jħeġġeġ lill-UE tissokta bid-djalogu tagħha mal-Istati Uniti sabiex tinkiseb abolizzjoni totali; jikkundanna l-eżekuzzjoni reċenti ta' Alfredo Prieto fl-istat tal-Virginia;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.      Jistieden lill-istati li jkunu abolixxew il-piena tal-mewt jew li għandhom storja twila ta' moratorju fuq il-piena tal-mewt biex ma jerġgħux jintroduċuha, u jħeġġiġhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom f’dan ir-rigward;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.      Jitlob lil dawk l-istati li jikkriminalizzaw l-omosesswalità biex ma japplikawx il-piena tal-mewt; iħeġġeġ lis-SEAE żżomm il-ġlieda kontra l-kriminalizzazzjoni tal-omosesswalità bħala prijorità ewlenija, f'konformità mal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem mill-Persuni Leżbjani, Gay, Bisesswali, Transġeneri u Intersesswali (LGBTI);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.      Jibqa’ konvint bis-sħiħ li sentenzi tal-mewt ma jilħqux l-għan li jiskoraġġixxu t-traffikar tad-droga jew milli jżommu individwi li jisfaw vittmi ta’ abbuż tad-droga; jappella lill-pajjiżi li jridu jżommu l-piena tal-mewt biex idaħħlu alternattivi għaliha fil-każ ta' reati relatati mad-droga, b’mod partikolari, fuq programmi għall-prevenzjoni tad-droga u t-tnaqqis tad-danni tad-droga;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.      Itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga għandha ssir prekundizzjoni għal assistenza politika, assistenza teknika, il-bini ta’ kapaċitajiet u appoġġ ieħor għall-politika tal-infurzar tal-liġijiet dwar id-droga;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.      Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaffermaw mill-ġdid il-prinċipju kategoriku li l-għajnuna u l-assistenza Ewropej ma jistgħux jiffaċilitaw operazzjonijiet ta' infurzar tal-liġi li jwasslu għal sentenzi tal-mewt u l-eżekuzzjoni ta' dawk arrestati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.    Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ trasparenza rigward il-ġlieda kontra n-narkotiċi u l-għajnuna u l-assistenza pprovduta mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għal operazzjonijiet ta’ infurzar tad-droga f’pajjiżi li japplikaw il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga; jitlob lill-Kummissjoni tippubblika rendikont annwali tal-programmi ta' finanzjament tagħha fil-ġlieda kontra n-narkotiċi f’pajjiżi li għad għandhom il-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta mingħajr aktar dewmien, il-linji gwida operattivi stipulati fl-Artikolu 10 tar-Regolament IcSP u biex tapplikhom strettament għal programmi dwar ir-rotot tal-kokaina u l-eroina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonforma mar-rakkomandazzjoni fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi (2013-2016) li għandha tiġi żviluppata u implimentata “għodda ta’ gwida u valutazzjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem” biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem ikunu integrati b’mod effettiv “fl-Azzjoni Esterna tal-UE dwar id-Droga”;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.    Iħeġġeġ lis-SEAE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu gwida komprensiva għal politika Ewropea komprensiva u effettiva dwar il-piena kapitali fir-rigward ta’ għexieren ta’ ċittadini Ewropej li jiffaċċjaw eżekuzzjoni f’pajjiżi terzi, li għandhom jinkludu mekkaniżmi b’saħħithom u rinforzati f’termini ta’ identifikazzjoni, għoti ta’ assistenza legali u rappreżentazzjoni diplomatika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.    Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li s-Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-Problema Dinjija tad-Droga, li għandha tinżamm f'April 2016, tindirizza l-użu tal-piena tal-mewt għal reati relatati mad-droga, u jikkundanna l-applikazzjoni tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.    Jappoġġja lill-aġenziji tan-NU, lill-korpi reġjonali intergovernattivi u lill-NGOs kollha fl-isforzi ma jaqtgħu xejn tagħhom biex jinkoraġġixxu lill-istati jabolixxu l-piena tal-mewt; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħidma importanti tas-soċjetà ċivili; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tiffinanzja proġetti f'dan il-qasam fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.    Jilqa' b'sodisfazzjon ir-ratifiki reċenti tat-Tieni Protokoll Fakoltattiv tal-ICCPR, bil-għan tal-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, li wasslu biex l-għadd ta' stati partijiet jikber għal 81, u jappella lill-istati kollha li mhumiex partijiet fil-Protokoll biex jirratifikawh minnufih;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-gvernijiet tal-istati membri tan-NU.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>