<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0042/2016</Ref><Date>13.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-proċess ta' paċi fil-Kolombja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/3033(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="117477">Mark Demesmaeker</Author>, <Author id="124873">Angel Dzhambazki</Author>, <Author id="4465">Raffaele Fitto</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE575.940v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0042/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proċess ta' paċi fil-Kolombja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-3033" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-3033">2015/3033(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kolombja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Andina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-15 ta' Diċembru 2015 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim dwar il-vittmi tal-kunflitt fil-Kolombja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Jannar 2016 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-proċess ta' paċi fil-Kolombja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi għal dan l-aħħar 50 sena l-Kolombjani soffrew vjolenza politika minn gruppi armati illegali kemm min-naħa tax-xellug estrem (il-biċċa l-kbira mill-FARC u mill-ELN) kif ukoll min-naħa tal-lemin estrem (minn gruppi ta' awtodifiża jew l-hekk imsejħa gruppi paramilitari);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi aktar minn 220 000 persuna, li aktar minn 80 % minnhom huma ċivili, inqatlu fil-kunflitt armat, li l-prezz uman jinkludi aktar minn 45 000 każ ta' għajbien sfurzat, għadd enormi ta' każijiet mhux rikonoxxuti ta' vjolenza sesswali, u l-ispostament sfurzat ta' aktar minnn 6 miljun persuna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi fil-bidu tas-snin 90 intlaħqu ftehimiet ma' numru ta' gruppi tal-gwerilla, inklużi l-M-19, l-ELP u l-Moviment Armat Quintin Lame, u fl-2013 ftehim ta' paċi bejn il-Gvern Kolombjan u l-gruppi paramilitari wassal biex 31 000 membru ta' dawk il-gruppi ġew demobilizzati u inkorporati fi programm ta' riintegrazzjoni appoġġat u sorveljat mill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS); billi, madankollu, ġellieda paramilitari oħra ngħaqdu ma' gruppi kriminali ġodda involuti fit-traffikar tad-droga u għadhom iwettqu vjolenza f'ħafna partijiet tal-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi fil-15 ta' Diċembru 2015 il-Gvern tal-Kolombja u l-FARC laħqu ftehim dwar ir-riparazzjoni lill-vittmi tal-kunflitt armat, wara li kienu laħqu ftehim dwar erba' punti oħra ewlenin (ir-riforma tal-art, il-parteċipazzjoni politika tar-ribelli, il-problema tat-traffikar tad-droga, u l-ġustizzja tranżizzjonali); billi ż-żewġ naħat stabillixxew it-23 ta' Marzu 2016 bħala d-data ta' skadenza għall-iffirmar tad-dokument finali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Itenni l-appoġġ b'saħħtu tiegħu għall-proċess ta' paċi fil-Kolombja, u jinkoraġġixxi lill-partijiet jżidu l-preċiżjoni u jagħlqu l-lakuni fil-ftehimiet proviżorji milħuqa s'issa, b'mod speċjali dawk li jikkonċernaw il-ġustizzja tranżizzjonali u r-riparazzjoni lill-vittmi tal-kunflitt armat, u jiffirmaw, sa Marzu 2016, ftehim finali inkluż dwar id-demobilizzazzjoni tal-gwerillieri FARC u d-dekummissjonar tal-armi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-partijiet jiddeterminaw mekkaniżmu, li jinvolvi partijiet terzi li jgawdu minn leġittimità u kredibbiltà, għall-ħatra ta' maġistrati għat-tribunali speċjali li se jinħolqu biex jipproċessaw lil dawk suspettati li wettqu delitti relatati mal-kunflitt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa l-implimentazzjoni sħiħa u kompleta tal-ftehim ta' paċi, id-demobilizzazzjoni u r-riintegrazzjoni ta' ex ġellieda, inkluż programmi psikosoċjali għas-suldati tfal u ġellieda nisa li sfaw vittmi ta' abbuż sesswali, il-programm għat-tneħħija ta' mini, programmi għall-iżvilupp alternattiv u rurali, u t-tisħiħ tal-istat ċivili fiż-żoni rurali u urbani, u li hija għandha wkoll tikkollabora bl-għan li jkun hemm kooperazzjoni koordinata ma' donaturi oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jinkoraġġixxi lill-Gvern Kolombjan jimxi lejn rwol ġdid u aktar limitat tal-forzi armati, b'tali mod li l-infurzar tal-liġi mill-forzi ċivili jespandi f'żoni ta' wara l-kunflitt, u jżomm ir-rispett sħiħ tal-proċess dovut tal-liġi u tad-drittijiet ċivili u politiċi min-naħa tal-membri tal-pulizija u tal-forzi armati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Gvern tal-Kolombja.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>