<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0056/2016</Ref><Date>14.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2016</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/3035(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="125061">Kostas Chrysogonos</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE575.958v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0056/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2016</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-3035" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-3035">2015/3035(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1953,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000 (A/Res/55/2) u r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (KDB) tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ta' urġenza tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-31 sessjoni li jmiss tal-KDB, li se ssir bejn id-29 ta' Frar u l-24 ta' Marzu 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), il-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali tal-Popli Indiġeni dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio +20) u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, sittin sena wara li ġiet ipprokklamata d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjonijiet u l-ġlieda favur l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem – soċjali, ekonomiċi, kulturali, ċivili u politiċi – għadhom ġlieda ta' kuljum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali huma parti integrali mid-drittijiet tal-bniedem u r-rispett tagħhom iwassal, mill-inqas, biex jiġu implementati b'mod sħiħ is-17-il għan ta' żvilupp sostenibbli (SDG) sabiex, b'mod partikolari: jinqered il-faqar fil-forom kollha tiegħu u f'kull parti tad-dinja, jintemm il-ġuħ u tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, tingħata garanzija ta' saħħa tajba u edukazzjoni ta' kwalità, issir ħidma favur xogħol deċenti għal kulħadd, jitnaqqsu l-inugwaljanzi, tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi, jittieħdu miżuri urġenti kontra t-tibdil fil-klima u jitrawmu l-paċi u l-ġustizzja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, minħabba l-kriżi finanzjarja fil-pajjiżi tal-OECD, id-dinja qed tħabbat wiċċha mal-agħar tnaqqis fir-ritmu tal-attività ekonomika mit-tletinijiet 'l hawn; billi skont l-estimi tad-WHO, minħabba żidiet fil-prezzijiet tal-ikel u tal-enerġija fil-passat, aktar minn 100 miljun ruħ reġgħu sabu ruħhom f'sitwazzjoni ta' faqar; billi dik li llum il-ġurnata tissejjaħ komunement "il-kriżi finanzjarja u ekonomika" hija fil-verità kriżi sistemika globali li tolqot is-setturi kollha tas-soċjetà, b'konsegwenzi fl-oqsma kollha: politiċi, soċjali, ambjentali, alimentari, tal-enerġija, eċċ.;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jippromwovu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki tagħhom kollha, kemm interni kif ukoll esterni, u jiżguraw il-konsistenza ta' tali politiki, sabiex isaħħu l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fi ħdan l-KDB u jagħmluha aktar kredibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi delegazzjoni tas-Sottokumitat għad-"Drittijiet tal-Bniedem" tal-Parlament Ewropew se tmur Ġinevra għall-31 sessjoni ordinarja tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (KDB), bħalma għamlet fis-snin ta' qabel għas-sessjonijiet preċedenti tal-KDB, u qabel dan, għal dawk tal-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi llum il-ġurnata tmien Stati Membri jipparteċipaw fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, jiġifieri: il-Ġermanja (sal-2018), il-Belġju (sal-2018), Franza (sal-2016), il-Latvja (sal-2017), in-Netherlands (sal-2017), il-Portugall (sal-2017), ir-Renju Unit (sal-2016) u s-Slovenja (sal-2018); billi, barra minn hekk, fis-sessjoni organizzattiva tiegħu, fit-8 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem eleġġa l-membri tal-Bureau għad-disa' ċiklu, li seħħ mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2015, u b'mod partikolari l-President tal-Kunsill, Joachim Rücker (il-Ġermanja); billi mill-1 ta' Jannar 2016, din ġiet sostitwita minn Choi Kyong-lim, tal-Korea t'Isfel, u li żewġ viċi presidenti, membri tal-Bureau huma rappreżentanti ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea: Bertrand de Crombrugghe (il-Belġju) u Janis Karklins (il-Latvja);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-ħidma tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mal-KDB u fi ħdanu trid tissaħħaħ, mhux biss biex tasserixxi viżjoni indiviżibbli tad-drittijiet tal-bniedem iżda wkoll biex tqis u timplimenta aħjar ir-rakkomandazzjonijiet tal-KDB fil-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni, kemm fil-livell intern kif ukoll f'dak estern;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Ix-xogħol u l-organizzazzjoni tal-KDB</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jistieden mill-ġdid lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex jopponu attivament kull tentattiv li jhedded il-kunċetti tal-universalità, l-indiviżibbiltà u l-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem, u biex iħeġġu attivament lill-KDB sabiex jagħti l-istess attenzjoni lil kull xorta ta' diskriminazzjoni kollha, tkun xi tkun il-bażi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iwissi kontra l-istrumentalizzazzjoni tal-KDB; jissottolinja l-importanza tar-riżoluzzjonijiet tiegħu li jirreferu għal pajjiżi speċifiċi biex jiġu indirizzati każijiet serji ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem issir b'mod oġġettiv, trasparenti, mhux selettiv, kostruttiv, mhux kunfliġġenti, abbażi ta' informazzjoni affidabbli u bħala frott ta' djalogu interattiv u f'kundizzjonijiet ta' universalità u ta' trattament ugwali tal-Istati kollha; jistieden lill-Istati Membri jieħdu sehem attiv fl-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji li kien hemm qbil dwarhom fir-rigward tal-KDB;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jissottolinja kemm hu importanti li l-kawżi profondi tal-instabbiltà politika f'ċerti pajjiżi jiġu indirizzati permezz ta' politiki għall-iżvilupp konformi mal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDG) u miżuri oħra soċjoekonomiċi, politiċi u kulturali li kapaċi joħolqu ambjent favorevoli biex jiġi evitat li kunflitti jinbdew mill-ġdid u maħsuba biex jeqirdu l-faqar, jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali, joħolqu kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi, itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni u jsaħħu l-istat tad-dritt b'mezzi paċifiċi biss;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jikkonstata li l-Arabja Sawdija hija membru tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem sal-2016; jikkundanna bil-qawwa l-ksur mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mir-Renju tal-Arabja Sawdija; jikkundanna b'mod partikulari s-47 eżekuzzjoni reċenti fil-pajjiż, inkluż dak ta' Sheikh Nimr Al-Nimr, u huwa mħasseb dwar it-tensjoni li qed tikber fir-reġjun b'reazzjoni għal dawn l-eżekuzzjonijiet; itenni l-appell tiegħu favur it-tneħħija universali tal-piena tal-mewt u jitlob moratorju immedjat fuq l-eżekuzzjoni tal-pieni tal-mewt f'dan il-pajjiż; jikkundanna l-fatt li l-Arabja Sawdija qed tkompli tapplika l-piena tal-mewt għal firxa wiesgħa ta' sitwazzjonijiet li hija tqis bħala reati, u b'mod partikolari l-omosesswalità, ir-reati li għandhom x'jaqsmu mad-droga, l-apostasija jew l-użu tal-maġija; jistieden bil-ħrara lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija li jwaqqfu mill-eżekuzzjoni ta' kull kastig korporali fil-pajjiż u jittrasponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob, bl-istess mod, lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jeħilsu minnufih lill-priġunieri kollha ta' kuxjenza, b'mod partikolari lill-blogger Raïf Badawi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jilqa' r-rapporti annwali tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem; iqis fundamentali b'mod partikolari l-punti dwar il-kriżi ekonomika u l-impatt tagħha fuq in-nies, b'mod partikolari fir-rapport tal-2015: "L-inugwaljanzi dejjem jikbru u l-esklużjoni politika, ekonomika u soċjali tal-gruppi emarġinati kkawżaw ħsara lid-dinjità u d-drittijiet tal-popli f'ħafna pajjiżi u huma fil-biċċa l-kbira l-kaġun tal-inkwiet u tal-kunflitti msemmija hawn fuq. Id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u d-dritt għall-iżvilupp sofrew minħabba l-politiki ta' awsterità imposti b'mod sproporzjonat fuq il-foqra u l-emarġinati, kif ukoll il-korruzzjoni; ġie rrifjutat li tingħata prijorità lis-servizzi pubbliċi u li jiġi rikonoxxut id-dritt tal-popli li jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom. Il-migranti komplew iġarrbu tbatija profonda u l-avvenimenti reċenti fuq il-baħar jixhdu stmellija ċinika fil-konfront tal-ħajja umana u tad-drittijiet tal-bniedem."; jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli riżorsi umani, materjali u finanzjarji biżżejjed għal operazzjonijiet li l-għan waħdieni tagħhom huwa s-salvataġġ fuq il-baħar; jitlob lill-Unjoni u lill-Istati Membri jiftħu mezzi legali għal dawk li jfittxu l-ażil, b'mod partikolari permezz ta' żieda sostanzjali tal-postijiet għar-risistemazzjoni tar-rifuġjati u l-ħruġ ta' viżi umanitarji, u jiżviluppaw kanali legali għall-immigrazzjoni ekonomika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jirrifjuta l-użu tal-kunċett ta' "responsabbiltà ta' protezzjoni", peress li jikser id-dritt internazzjonali u ma jipprovdix bażi ġuridika suffiċjenti biex tiġġustifika l-użu unilaterali tal-forza, f'ħafna każijiet bl-għan ta' bidla fir-reġim; jikkritika r-rwol li jassumu unilateralment l-istati b'saħħithom bħall-Istati Uniti jew l-organizzazzjonijiet bħan-NATO, ta' pulizija dinjija; jikkundanna wkoll l-hekk imsejħa "attakki mill-ajru mmirati" u l-introduzzjoni ta' truppi barranin fuq l-art; jikkundanna t-tentattiv tan-NATO li tieħu post il-kompiti ta' paċifikazzjoni u ta' stabbilizzazzjoni li jistgħu jiġu implimentati biss b'kunsens wiesa' fil-qafas tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti; jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar l-għadd li qed jiżdied ta' każijiet ta' reklutaġġ ta' tfal u żgħażagħ; ifakkar fil-bżonn li jiġu protetti b'mod partikolari t-tfal u n-nisa milquta mill-kunflitti armati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jikkundanna mill-ġdid ir-rikors wiesa' fil-qasam ta' politiki hekk imsejħa "ta' sigurtà" għal impriżi militari jew ta' sigurtà privati għad li din hija kwistjoni ta' kompetenzi sovrani li jaqgħu taħt l-awtorità esklużiva tal-Istat, u jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex itemmu dawn il-prattiki; iqis li l-impriżi militari u ta' sigurtà privati għandhom japplikaw, f'dan il-qasam u taħt ir-responsabbiltà tal-Istati, l-istandards fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni tad-data u r-rispett tal-ħajja privata; iqis li, f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasferiment ta' missjonijiet tas-servizz pubbliku, l-Istati kif ukoll l-impriżi għandhom jinżammu responsabbli tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju mwettaq mill-persunal tal-impriżi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jinsisti, barra minn hekk, fuq il-fatt li r-regolamentazzjoni dgħajfa, in-nuqqas ta' ċarezza u n-nuqqas ta' kontroll fir-rigward tal-kummerċ tal-armi kkawżaw tbatija umana, komplew ikabbru l-kunflitti armati, l-instabbiltà u l-korruzzjoni, waqfu l-proċessi ta' paċi u jwasslu għat-twaqqigħ ta' gvernijiet eletti demokratikament u għall-ksur tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali; jinsisti, għalhekk, li din il-kwistjoni tiġi indirizzata matul din is-sessjoni;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><span font-style="italic" font-weight="bold">Drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jilqa' l-importanza mogħtija mill-KDB lill-promozzjoni u lill-protezzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali, u lill-kwistjoni tal-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja mill-ġdid il-ħtieġa li d-drittijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ċiviċi u politiċi jiġu trattati bl-istess mod; jinsisti fuq il-fatt li r-rati għoljin ta' qgħad, iż-żieda fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali, l-aċċess dejjem aktar diffiċli għal servizzi pubbliċi bi prezz li jintlaħaq fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, id-djar, it-trasport u l-kultura u d-deterjorament tal-kwalità ta' dawn is-servizzi jirrappreżentaw sfidi importanti; jenfasizza li l-privatizzazzjonijiet u l-liberalizzazzjoni kkontribwew biex l-aċċess għal uħud minn dawn id-drittijiet imur għall-agħar, li din ix-xejra trid titreġġa' lura u li tqassim aħjar tal-ġid, salarji adegwati u impjiegi ta' kwalità huma modi importanti kif jiġu solvuti dawn il-problemi; josserva wkoll li l-pjanijiet ta' awsterità stabbiliti kemm fil-pajjiżi membri tal-Unjoni kif ukoll minn pajjiżi oħra, anke bi pressjoni min-naħa tal-Unjoni, komplew jaggravaw l-inugwaljanzi u l-faqar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jissottolinja, barra minn hekk, li l-introduzzjoni tal-klawżoli tad-demokrazija/drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles iffirmati mill-Unjoni mal-pajjiżi terzi kienet falliment, mhux biss peress li qajla ġew ikkunsidrati, iżda anke minħabba li dawn il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles saħansitra rriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem ekonomiċi u soċjali, fit-tfaqqir tal-komunitajiet ikkonċernati u fil-monopolizzazzjoni tar-riżorsi minn kumpaniji multinazzjonali; iqis li, minbarra dawn il-klawżoli, jeħtieġ li jiġu implimentati forom ġodda ta' kooperazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi terzi abbażi tal-bżonnijiet tal-popli tagħhom; iqis li, minbarra l-impatt tal-pjanijiet ta' awsterità fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti għandu wkoll janalizza u jikkundanna l-impatti tal-ftehimiet attwali ta' kummerċ ħieles;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Billi fid-dawl tal-Forum Ekonomiku Dinji, li jiltaqa' kull sena f'Jannar f'Davos, l-organizzazzjoni Oxfam sostniet li fl-2016, il-ġid akkumulat tal-iktar 1 % għonja fid-dinja, ser jeċċedi dak tad-99 % l-oħra; indika li, fl-2016, l-assi miżmuma madwar id-dinja mill-1 % l-iktar għonja jeċċedi il-50 %, meta mqabbel ma' 48 % fl-2015 u l-44 % fl-2009; jissottolinja li l-kriżi tikkonferma l-perikli tas-sistema ekonomika u politika attwali u li din kabbret l-inugwaljanzi soċjali – li diġà huma drammatiċi – favur il-persuni bl-ogħla dħul li qed jiżdiedu b'mod qawwi meta mqabbla mal-persuni bi dħul medju; iqis li l-kwistjoni tat-tqassim tal-ġid fid-dinja għandha tkun prijorità ewlenija tas-sessjonijiet tal-KDB fl-2016, għax hi l-ostakolu ewlieni għat-twettiq tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali, u li d-delegazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħaq dan l-għan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jenfasizza l-importanza tar-rapport dwar id-dritt għal alloġġ deċenti; jitlob lid-delegazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex tippromwovi d-dritt fundamentali għal akkomodazzjoni ta' kwalità għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni, u biex tevalwa l-aċċess għall-akkomodazzjoni fl-Unjoni (speċjalment minn mindu bdiet il-kriżi u ġew stabbiliti miżuri ta' awsterità) bil-għan li jittieħed impenn li tissolva din il-problema endemika li kompliet tmur għall-agħar f'dawn l-aħħar snin; itenni l-ħtieġa li jiġu rekwiżizzjonati d-djar battala u li jieqfu t-tkeċċijiet biex tiġi indirizzata l-kriżi attwali f'għadd ta' Stati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport dwar id-dritt għall-ikel; jissottolinja li l-pajjiżi membri tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jippromwovu aktar l-aċċess għar-riżorsi naturali u vitali, l-aċċess għall-art kif ukoll għas-sovranità u s-sikurezza tal-ikel bħala strument biex jitnaqqsu l-faqar u l-qgħad; jiddeplora l-fatt li numru konsiderevoli ta' persuni m'għandhomx, jew m'għadx għandhom, aċċess għal ċerti riżorsi, inklużi kumditajiet bażiċi bħall-ilma, minħabba li dawn jikkapparrawhom impriżi jew entitajiet privati, li jistgħu jkunu appoġġati mill-awtoritajiet politiċi tal-Istati kkonċernati, aġir li jikkaġuna skarsezza tal-ikel u żieda fil-prezzijiet tal-oġġetti tal-ikel; jitlob, għalhekk, lid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri biex tieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jintemm il-ħtif tar-riżorsi, inkluża l-art – speċjalment mill-impriżi Ewropej u biex jiġu appoġġati proposti fil-fora u fil-konferenzi internazzjonali u reġjonali (il-Bank Dinji, id-WTO, l-UNCTAD, l-FMI, l-OECD, eċċ.) favur ir-rikonoxximent ta' beni pubbliċi fundamentali u tal-inklużjoni tagħhom f'konvenzjoni speċifika tan-Nazzjonijiet Uniti; jitlob ukoll lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha biex jappoġġaw ir-Riżoluzzjoni 64/292 tat-28 ta' Lulju 2010 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li tirrikonoxxi l-ilma bħala dritt fundamentali u biex jagħmlu minn kollox ħalli din ir-riżoluzzjoni tiġi implimentata u tieħu forza vinkolanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jissottolinja l-importanza tal-punt dwar l-"effetti tad-dejn estern u l-obbligi finanzjarji internazzjonali marbuta tal-Istati fuq l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet kollha tal-bniedem" u huwa allarmat dwar il-fatt li l-imgħax fuq id-dejn tal-Istati llum jolqot il-parti l-kbira tal-pajjiżi u jservi bħala skuża biex jiġu stabbiliti pjanijiet ta' awsterità msejħa "pjanijiet ta' aġġustament strutturali"; itenni l-pożizzjoni tiegħu, b'mod partikolari f'dan il-kuntest ta' kriżi ekonomika u soċjali, favur il-maħfra tad-dejn għall-pajjiżi tat-tielet dinja iżda anke għall-pajjiżi (b'mod partikolari l-Istati Membri tal-Unjoni) li għandhom l-akbar diffikultajiet sabiex jiġi evitat li l-kriżi tmur għall-agħar u li tkun żgurata t-tgawdija reali tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jidhirlu li, meta jitqiesu r-responsabilitajiet tagħha u dawk ta' wħud mill-Istati Membri fis-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u politika li wasslet għal rewwixti popolari fil-pajjiżi tal-hekk imsejħa "Rebbiegħa Għarbija", l-Unjoni Ewropea għandha tgħin lill-istituzzjonijiet ta' dawn il-pajjiżi biex iwettqu verifiki tad-dejn tagħhom, u b'mod partikolari d-dejn Ewropew, bil-għan li jidentifikaw il-parti illeġittima ta' dawn id-djun li ma marrux għall-benefiċċju tal-poplu, u tagħmel kull sforz biex tippermetti t-tħassir malajr ta' dawn id-djun illeġittimi; iħeġġeġ mill-ġdid lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu sforzi ġodda sinifikanti bl-għan li jiffaċilitaw ir-radd, fi żmien raġonevoli, tal-assi miżapproprjati mir-reġimi preċedenti lill-popli tal-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija; huwa mħasseb dwar il-kontinwità tal-linji gwida tas-sħubijiet fil-konfront tad-diskussjonijiet li saru preċedentement;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Drittijiet ċivili u politiċi</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jistieden lill-Istati kollha jiġġieldu kontra t-tortura, inkluż fit-territorju tal-Istati Membri; jitlob lid-delegazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex fid-diskussjoni dwar it-tortura u l-pieni u trattamenti diżumani u degradanti l-oħra jinkludu l-kwistjoni tal-projbizzjoni tal-kummerċ ta' prodotti li jafu li jistgħu jservu għal finijiet ta' tortura, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll barra minnha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jistieden lid-delegazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex ittenni l-pożizzjoni tagħha kontra l-piena kapitali, favur l-abolizzjoni universali tagħha u favur il-ħolqien ta' moratorju minnufih fil-pajjiżi fejn għadha fis-seħħ; jinsab imħasseb minħabba li għadd ta' pajjiżi li kienu ssospendew il-piena kapitali reġgħu bdew l-eżekuzzjonijiet kapitali, jew saħansitra reġgħu daħħlu l-piena tal-mewt minħabba b'mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu trattati, matul din is-sessjoni tal-KDB, il-kwistjonijiet tal-libertà ta' assoċjazzjoni u tal-ġlieda kontra kull forma ta' ripressjoni, inkluż l-omiċidju ta' sindakalisti, ta' attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili, ta' artisti u ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jinnota l-importanza mogħtija waqt il-31 sessjoni dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin, u jtenni li bl-istess mod din timplika kemm id-dritt li wieħed jemmen u li ma jemminx kif ukoll dak tal-promozzjoni tat-twemmin reliġjuż u li wieħed jibdel it-twemmin tiegħu; jissottolinja mill-ġdid ir-rabta tiegħu mas-sekulariżmu bħala karatteristika fundamentali ta' ċerti Stati u kulturi u li huwa definit bħala s-separazzjoni stretta bejn l-awtoritajiet politiċi u reliġjużi, li timplika r-rifjut ta' kull tip ta' ndħil reliġjuż fil-funzjonament tal-gvern u kull tip ta' ndħil politiku fl-affarijiet reliġjużi, sakemm mhux għal skopijiet ta' osservanza tar-regoli tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku (inkluż ir-rispett tad-dritt għal-libertà tal-oħrajn), u jiggarantixxi lil kulħadd (min jemmen, anjostiċi jew atei) l-istess libertà tal-kuxjenza u tal-espressjoni pubblika tat-twemmin;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><span font-style="italic" font-weight="bold">Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-rispett tal-libertajiet fundamentali</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.   Jinnota l-importanza mogħtija lir-rabta bejn it-terroriżmu u d-drittijiet tal-bniedem waqt din il-31 sessjoni; jikkundanna mill-ġdid l-attentati mwettqa mill-organizzazzjoni hekk imsejħa "Stat Iżlamiku" u mill-organizzazzjonijiet terroristiċi kollha, u jesprimi l-kondoljanzi l-aktar profondi tiegħu lill-vittmi ta' dawn ir-reati u lill-familji tagħhom; jenfasizza li l-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-ebda każ ma għandha tintuża bħala skuża biex jiġu limitati l-libertajiet individwali u d-drittijiet fundamentali; iqis li r-rispons ta' "gwerra" mill-pajjiżi tal-Punent – l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fuq quddiem – minflok inaqqas it-theddida terroristika, iżid il-mewġa ta' vjolenza; jenfasizza għal darb' oħra l-fatt li pjan effettiv tal-ġlieda kontra t-terroriżmu jista' jiġu implimentat biss meta jiġi newtralizzat il-finanzjament tal-organizzazzjonijiet terroristiċi, b'mod partikolari billi jiġi sospiż kull ftehim kummerċjali jew sħubija mal-pajjiżi li jappoġġjaw dawn l-organizzazzjonijiet; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jissaħħu s-servizzi pubbliċi ta' intelligence, ta' sigurtà u tal-ġustizzja, iżda wkoll il-ħtieġa li jiġu implementati programmi ta' prevenzjoni u taċ-ċentri ffinanzjati mill-awtoritajiet pubbliċi biex jidentifikaw b'mod proattiv il-metodi ta' reklutaġġ tas-setet terroristiċi, li jistgħu jtemmu l-mezzi ta' reklutaġġ u jippermettu l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni reklutati; ifakkar li d-drittijiet mhux biss għas-sigurtà iżda wkoll għas-sikurezza huma fundamentali u jikkundanna kull politika pubblika li tiddiskrimina kontra parti mill-popolazzjoni tagħha abbażi tal-oriġini tagħha jew tar-reliġjon tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Iqis li huwa importanti ħafna l-punt dwar il-"protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu"; jinsab imħasseb bil-kbir minħabba d-deterjorament tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet politiċi bi skuża tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u, kulma jmur, kontra l-kriminalità serja mingħajr ma dawn il-kunċetti jiġu definiti b'mod ċar, inkluż fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew fil-kuntest tal-ftehimiet speċifiċi ma' ċerti Stati li fihom l-istandards fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem mhumiex applikati; huwa mħasseb b'mod partikolari minħabba l-ksur f'dan il-qasam tan-normi dwar il-protezzjoni tad-data u r-rispett tal-ħajja privata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jikkunsidra li huwa partikolarment importanti r-rapport dwar id-dritt għall-privatezza fl-era diġitali; jiddeplora li t-teknoloġiji u s-servizzi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, b'mod partikolari dawk Ewropej, jintużaw f'pajjiżi terzi biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem, speċjalment permezz taċ-ċensura u s-sorveljanza tal-massa; jikkundanna bl-istess mod l-ispjunaġġ tal-massa mwettqa fuq miljuni ta' persuni minn National Security Agency tal-Istati Uniti; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tixrid tat-teknoloġiji ta' sorveljanza u ta' filtrazzjoni, li jirrappreżentaw theddida dejjem akbar għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u spiss jippreġudikaw id-dritt għall-privatezza; jitlob li dawn il-preokkupazzjonijiet jittieħdu inkunsiderazzjoni waqt dan l-istadju tas-sessjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jiddispjaċih li l-komunità internazzjonali għadha ma nedietx negozjati għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali li jista' jitnebbaħ mill-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa, u jistieden lid-delegazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex taħdem għat-tħejjija ta' tali qafas, b'kollaborazzjoni mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jisħaq fuq l-importanza li titkompla l-ħidma fuq il-prattiki globali b'mod partikolari dwar l-użu tad-detenzjoni sigrieta fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; jitlob lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jiżguraw segwitu adegwat tar-rapporti eżistenti, f'konformità mal-pożizzjonijiet adottati preċedentement mill-Parlament Ewropew dwar din il-kwistjoni, speċjalment fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-użu mis-CIA ta' pajjiżi Ewropej għat-trasport, id-detenzjoni illegali u t-tortura tal-priġunieri; bl-istess mod jikkundanna l-użu sistematiku tat-tortura mill-Istati Uniti fil-bażi militari ta' Guantanamo; jenfasizza mill-ġdid il-karattru illegali ta' din il-bażi; jitlob li din tingħalaq u li tiġi rritornata l-integrità territorjali ta' Kuba;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><span font-style="italic" font-weight="bold">Il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Iqis essenzjali l-attenzjoni mogħtija fl-2016 għat-tisħiħ tal-ugwaljanza u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjonijiet, tkunx ibbażata fuq ir-razza, l-appartenenza għal minoranza, is-sess, l-orjentazzjoni jew l-identità sesswali, jew inkella fuq id-diżabbiltà; jissottolinja li f'dan il-qasam ukoll l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-OHCHR; jenfasizza b'mod partikolari l-importanza, f'din il-31 sessjoni tal-panel ta' diskussjoni dwar l-inkompatibilità bejn id-demokrazija u r-razziżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.  Jilqa' l-importanza mogħtija lill-kwistjoni ta' razziżmu u tad-diskriminazzjonijiet fis-sessjonijiet tal-2016 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; jikkundanna mill-ġdid il-vjolenza razzista, antisemitika, omofobika, ksenofobika u kontra l-migranti, li laħqet livelli allarmanti f'ċerti Stati Membri, fin-nuqqas ta' azzjonijiet qawwija min-naħa tal-awtoritajiet; jinsab inkwetat mill-mewġa dejjem tikber ta' diskors ta' mibegħda u stigmatizzazzjoni fir-rigward tal-minoranzi u l-gruppi ta' nies u l-influwenza dejjem tikber tagħhom fil-midja u f'numru ta' movimenti u partiti politiċi fl-ogħla livell ta' responsabbiltà politika f'ċerti Stati Membri u li wasslet b'mod partikolari għal liġijiet restrittivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Iqis wkoll fundamentali l-attenzjoni li ser tingħata, fit-32 sessjoni tal-KDB (tat-13 ta' Ġunju sal-1 ta' Lulju 2016), lill-kwistjonijiet ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa; jissottolinja li l-aċċess universali għas-saħħa kif ukoll għall-kura riproduttiva għandu jibqa' prijorità politika, inkluż l-aċċess liberu għall-edukazzjoni sesswali, għall-metodi ta' kontraċezzjoni u għad-dritt għall-abort; jissottolinja l-fatt li l-qerda tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, kif ukoll il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali u t-traffikar tal-bnedmin, għandhom ikunu prijorità u għandu jkollhom l-objettiv tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; jitlob għalhekk lill-KDB u lill-komunità internazzjonali biex jimplimentaw il-proċessi ICPD+20, Beijing +20 u Rio +20; jenfasizza wkoll l-importanza għall-Istati Membri tal-Unjoni li japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-KDB tal-2002 dwar il-protezzjoni internazzjonali f'dak li jikkonċerna l-persekuzzjonijiet b'rabta mas-sess, u b'mod partikolari fil-kuntest tal-politiki ta' immigrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Jilqa' l-importanza mogħtija lid-drittijiet tat-tfal waqt il-31 sessjoni u r-rieda, wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 25/6, li jiġu mmonitorati mill-qrib il-kwistjonijiet dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni u l-pornografija tat-tfal; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.  Jitlob lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jistinkaw bi prijorità għal azzjonijiet konkreti min-naħa tal-KDB maħsuba biex itemmu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jaffettwaw lill-popolazzjoni ċivili u speċjalment lin-nisa u lit-tfal f'sitwazzjonijiet ta' gwerra u ta' kunflitt vjolenti; jitlob li jiġu implimentati azzjonijiet prijoritarji speċjalment biex jintemm ir-reklutaġġ ta' suldati tfal u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.  Jiddispjaċih li l-kwistjonijiet b'rabta mad-drittijiet tal-persuni LGBTI mhumiex ser jiġu diskussi fil-Konferenzi tal-2016 tal-KDB; jikkundanna l-vjolenza u d-diskriminazzjoni li huma soġġetti għalihom il-persuni LGBTI madwar id-dinja; jikkundanna b'mod partikolari l-isterilizzazzjoni furzata tal-persuni transġeneru, li għadha tiġri f'ċertu numru ta' Stati, anke fl-Unjoni, u jappella biex dan il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jintemm minnufih; jistieden lill-pajjiżi kollha tad-dinja jirriflettu dwar mezzi kif id-dritt dwar il-familja tagħhom jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-modi u l-forom familjari tal-lum, inkluż il-possibilità ta' unjoni u ta' adozzjoni għall-persuni tal-istess sess; jissottolinja l-fatt li l-leżbjani spiss isofru minn diskriminazzjoni multipla (kemm bħala nisa u kemm bħala leżbjani), u li l-azzjonijiet favur l-ugwaljanza għall-persuni LGBTI għandhom imorru id f'id ma' azzjonijiet għall-ugwaljanza tan-nisa u l-bniet b'mod li l-għanijiet finali jkunu l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward iż-żieda reċenti ta' liġijiet, prattiki u atti ta' vjolenza indirizzati kontra individwi abbażi tal-orjentament sesswali u s-sess tagħhom; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għat-tkomplija tal-ħidma tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni LGBTI, b'mod partikolari permezz ta' dikjarazzjonijiet, rapporti u l-kampanja Libertà u Ugwaljanza; jinkoraġġixxi lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti jkompli l-ġlieda kontra l-liġijiet u l-prattiki diskriminatorji;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-drittijiet tal-bniedem u l-migrazzjoni</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.  Jikkundanna l-impatt tal-politiki ta' esternalizzazzjoni tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea, li jirriżultaw f'riskju akbar għal persuni li jivvjaġġaw lejn l-Ewropa fit-tfittxija għas-sigurtà u li bħala konsegwenza żiedu l-għadd ta' mwiet fuq il-baħar u fuq l-art ta' persuni fi triqthom lejn l-Ewropa; jiddeplora f'dan ir-rigward, il-mewt jew l-għajbien ta' aktar minn 25 000 persuna fil-baħar tal-Mediterran, li minnhom mill-inqas 3 771 fl-2015, li wassal biex l-Ewropa tkun l-aktar rotta migratorja perikoluża fid-dinja skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-Unjoni Ewropea li tibbaża kwalunkwe politika ta' migrazzjoni, inkluż dik tal-kontroll tal-fruntieri, fuq approċċ konsistenti u armonizzat ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem f'konformità mal-impenji internazzjonali tagħha; jikkundanna, f'dan ir-rigward, il-"Proċess ta' Khartoum", li jinvolvi kooperazzjoni ma', b'mod partikolari, ir-reġimi tal-Eritrea u tas-Sudan fil-qasam tal-"ġestjoni tal-migrazzjoni"; jitlob għal darb'oħra lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jimplimentaw il-klawżoli dwar "id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem" fil-ftehimiet internazzjonali kollha, tkun xi tkun in-natura tagħhom, u jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki interni u esterni tagħhom stess, peress li n-nuqqas ta' dan idgħajjef il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-KDB u fi kwalunkwe forum internazzjonali li jindirizza d-drittijiet tal-bniedem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.  Jitlob lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha theġġeġ lill-komunità internazzjonali tiżviluppa mezzi ta' aċċess legali u sikuri għall-migranti u għal dawk li jfittxu l-ażil, b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' viżi umanitari u ta' postijiet ta' risistemazzjoni; jistieden lill-Istati Membri tal-Unjoni biex jagħmlu dan b'urġenza;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent </span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.  Iqis, bl-istess mod, li huwa estremament importanti l-punt dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar l-ambjent, u jqis li dan huwa marbut intrinsikament mad-drittijiet tal-popli li jagħmlu użu mir-riżorsi naturali proprji, mill-artijiet tagħhom u minn sistema ambjentali sostenibbli; iqis, għaldaqstant, li huwa fundamentali li jiġi ratifikat u implimentat minn kulħadd il-proċess ta' Kjoto, kif ukoll konvenzjonijiet internazzjonali oħra li jippermettu t-tgawdija effettiva ta' dawn id-drittijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.  Jaqsam l-istess opinjoni tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, li jqabbel it-tibdil fil-klima kkawżata mill-bniedem ma' piromaniku li jagħti n-nar lid-dar tiegħu stess; iqis li l-ftehimiet milħuqa fil-COP 21 f'Pariġi jibqgħu insuffiċjenti biex titwaqqaf il-bidla fil-klima u jiġu mħarsa d-drittijiet soċjali u ambjentali tal-popli; jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri biex jappoġġjaw, fil-KDB, il-proposta għall-ħolqien ta' qorti internazzjonali tal-ġustizzja ambjentali taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti u biex issir ħidma għall-istabbiliment ta' strument ġuridiku vinkolanti sabiex jiġu ssanzjonati l-Istati u l-impriżi li jniġġsu l-aktar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.  Ifakkar li fl-2014 ġew spustjati 17.5 miljun persuna minħabba diżastri relatati mal-klima; ifakkar li dawn l-ispostamenti primarjament jolqtu reġjuni tan-Nofsinhar, li huma dawk l-aktar esposti għal impatti tat-tibdil fil-klima; jindika li 85 % ta' dawn l-ispostamenti jseħħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u huma spostamenti essenzjalment interni jew intrareġjonali; ifakkar li skont l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju l-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom li jallokaw 0.7 % tad-DNG għall-finanzjament tal-għajnuna għall-iżvilupp; jiddispjaċiha li ħafna Stati Membri tal-Unjoni ma laħqux il-mira ta' 0.7 % tad-DNG tagħhom u li xi uħud minnhom baxxew il-persentaġġ tagħhom ta' għajnuna għall-iżvilupp; jiddispjaċih dwar it-tnaqqis fil-parteċipazzjoni ta' Stati Membri fi programmi ta' għajnuna ta' ikel; jitlob li l-għajnuna tal-Unjoni u tal-Istati Membri ssir fil-forma ta' għotjiet mhux self sabiex ma jkomplux iżidu mal-piż tad-dejn; jitlob li l-għajnuna għall-iżvilupp ma tkunx strumentalizzata sabiex tagħlaq u tikontrolla l-fruntieri jew issir r-ripatriazzjoni tal-migranti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.  Jenfasizza li n-Nazzjonijiet Uniti jikkalkulaw li 200 miljun persuna huma spustjati għal raġunijiet klimatiċi minn issa sal-2050; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ komprensiv li jindirizza l-problemi tat-tibdil fil-klima, tal-faqar, tat-tħaddim u tal-aċċess għar-riżorsi, kif ukoll tal-ġlieda kontra l-ħtif tal-art u tal-ġid mill-kumpaniji multinazzjonali biex ikun possibbli l-iżvilupp u l-aċċess tal-populazzjonijiet għall-prodotti, drittijiet u servizzi bażiċi; jistieden lid-delegazzjoni tal-Unjoni fil-KDB u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jipparteċipaw b'mod attiv fid-dibattitu dwar it-terminu "refuġjat minħabba l-klima", bil-għan li tiġi żviluppata definizzjoni legalment vinkolanti skont id-dritt internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-drittijiet tal-popli għall-awtodeterminazzjoni u sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jeħtieġu l-attenzjoni tal-Kunsill</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">38.  Jissottolinja mill-ġdid id-dritt inaljenabbli għall-awtodeterminazzjoni li għandhom il-popli u d-dritt li jagħżlu l-orjentazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali tagħhom mingħajr indħil minn barra; jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex, fl-okkażjoni tas-sessjonijiet tal-KDB, jippromwovu vigorożament dan id-dritt minflok il-politiki attwali; barra minn hekk, jirrifjuta l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fuq il-pajjiżi terzi bl-għan li jipproteġu l-interessi ekonomiċi u ġeopolitiċi tagħhhom irrispettivament mis-sitwazzjoni umanitarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">39.  Jesprimi mill-ġdid it-tħassib tiegħu fir-rigward tad-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-difensuri, l-attivisti, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ta' dik tal-ġurnalisti, f'forom differenti u f'livelli differenti fid-dinja kollha, u anke fi ħdan l-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">40.  Jenfasizza l-importanza li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali tal-popli indiġeni u tribali kif definit fil-Konvenzjoni 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">41.  Huwa mħasseb minħabba d-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja u ta' sigurtà fis-Sirja kaġun tal-okkupazzjoni ta' parti sinifikanti tat-territorju mill-organizzazzjoni msejħa "l-Istat Iżlamiku"; itenni l-kundanna qawwija tiegħu tal-ksur sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem mwettqa mill-organizzazzjonijiet terroristiċi; huwa mħasseb b'mod partikolari dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mir-reġim Sirjan, inklużi l-ksur tal-libertà ta' espressjoni, id-detenzjonijiet arbitrarji u r-ripressjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-kunflitt kompla jiħrax minħabba l-kummerċ u l-provvista tal-armi; jikkundanna b'mod qawwi d-diversi interventi tal-Punent ta' dawn l-aħħar snin, li kellhom effett drammatiku fit-trawwim tar-radikalizzazzjoni tal-individwi, speċjalment fil-Lvant Nofsani u fil-pajjiżi tal-viċinat tan-Nofsinhar; jikkundanna bil-qawwa l-appoġġ dirett jew indirett mill-Istati Uniti, l-Unjoni Ewropea, in-NATO u l-monarkiji tal-Golf li taw u li jkomplu jagħtu lil gruppi terroristiċi; jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi għal djalogu politiku taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti biex tingħeleb il-kriżi politika fil-pajjiż u jenfasizza li sabiex tkun effettiva, trid tinkludi wkoll membri tal-oppożizzjoni paċifika lir-reġim Sirjan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">42.  Jikkonstata li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran tkompli tkun preokkupanti; jikkundanna r-ripressjoni fir-rigward tad-dimostranti u tad-dissidenti paċifiċi (inklużi l-istudenti, l-akkademiċi universitarji jew id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem), id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, il-ġuristi, il-ġurnalisti, il-bloggers u r-reliġjużi li hija komuni f'dan il-pajjiż; jissottolinja r-rwol fundamentali li għandha tiżvolġi l-komunità internazzjonali biex tiggarantixxi l-paċi; huwa mħasseb dwar in-numru ta' priġunieri politiċi u priġunieri minħabba twemmin, in-numru kostantement għoli ta' eżekuzzjonijiet, inkluż ta' minuri, it-tortura, il-proċessi inġusti u s-somom eżorbitanti mitluba għal pleġġ, kif ukoll ir-restrizzjonijiet qawwija fuq il-libertà tal-informazzjoni, tal-espressjoni, tal-għaqda, tar-reliġjon, tal-edukazzjoni u tal-moviment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">43.  Jilqa' b'sodisfazzjoni l-fatt li seħħew elezzjonijiet ħielsa fit-8 ta' Novembru 2015 f'Mjanmar/fil-Burma, li jikkostitwixxi pass importanti fl-iżvilupp demokratiku tal-pajjiż; jibqa' madankollu imħasseb dwar il-qafas kostituzzjonali ta' dawk l-elezzjonijiet, li rriżerva 25 % tas-siġġijiet fil-Parlament għall-militar; jirrikonoxxi l-progress li sar s'issa fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, waqt li jenfasizza għadd ta' nuqqasijiet li għad baqa', b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-minoranzi u l-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea paċifika; jikkundanna d-diskriminazzjoni kontra r-Rohingya, li hija aggravata mill-fatt li din il-komunità m'għandhiex status ġuridiku u biż-żieda ta' diskors ta' mibegħda kontra l-persuni li mhumiex buddisti; jappella għal investigazzjoni bir-reqqa, trasparenti u indipendenti dwar l-allegazzjonijiet kollha tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra r-Rohingya u jqis li l-erba' liġijiet adottati mill-Parlament fl-2015 li għandhom l-għan li "jipproteġu r-razza u r-reliġjon" għandhom aspetti partikolarment diskriminatorji, b'mod partikolari fir-rigward tas-sess; itenni t-talba tiegħu li l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) jkun awtorizzat iwaqqaf Rappreżentanza fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">44.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sejbiet li jinsabu fir-rapporti tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna; jikkundanna l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali mill-partijiet kollha fil-kunflitt fil-gwerra fil-Lvant tal-pajjiż, inklużi l-għejbien, id-detenzjonijiet arbitrarji, it-tortura u t-trattament ħażin ta' persuni ssuspettati ta' intrużjoni kontra l-integrità territorjali, it-terroriżmu jew li huma sostenituri tar-"Repubblika Popolari ta' Donetsk" u tar-"Repubblika Popolari ta' Lugansk"; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li l-persunal tal-pulizija u tas-sigurtà jgawdi minn grad għoli ta' impunità; jikkundanna bil-qawwa l-projbizzjoni tal-partit komunista tal-Ukrajna minn qorti amministrattiva distrettwali ta' Kiev; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-attakki fuq il-libertà tal-espressjoni u kontra l-partiti politiċi demokratiċi fl-Ukrajna; jistieden lid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KDB kif ukoll lir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jikkundannaw bil-qawwa dan l-attakk serju fuq id-demokrazija fil-pajjiż; huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni soċjali fl-Ukrajna fejn, skont il-Ministeru għall-politika soċjali tal-pajjiż, bejn 20 u 25 % tal-unitajiet domestiċi fl-Ukrajna spiċċaw fil-faqar bħala riżultat tal-politika attwali tal-gvern;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">45.  Jesprimi tħassib profond rigward il-kunflitt kontinwu fis-Sudan t'Isfel; jappella għal waqfien mill-ġlied immedjat bejn il-partijiet f'kunflitt, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għal medjazzjoni newtrali li tippermetti l-ilħuq ta' ftehim fl-iqsar żmien possibbli; jitlob li tingħata għajnuna umanitarja aktar sinifikanti għall-popolazzjoni ċivili maqbuda fil-ġlied u dawk li qed jaħarbu mir-reġjun; jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha biex jirrispettaw il-prinċipju ta' non-refoulement (prinċipju li ma jsirx respinġiment) billi jinfetħu l-fruntieri tagħhom lir-refuġjati li qed jaħarbu l-kriżi li hemm fis-Sudan t'Isfel; jitlob bl-istess mod li jittieħed impenn internazzjonali biex titwaqqaf kwalunkwe kunsinna ta' armi jew ta' tagħmir militari lejn is-Sudan t'Isfel, u biex tiqaf kull esportazzjoni tal-armi lejn ir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">46.  Jinsab allarmat bis-sitwazzjoni ta' kriżi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) sa mill-2003; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi ta' dawn il-kunflitti; ittenni l-appoġġ tiegħu għall-indipendenza, l-unità u l-integrità territorjali tar-RĊA; itenni għal darb' oħra l-appoġġ qawwi tiegħu għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied ta' Brazzaville, għall-bidu tal-proċess ta' "diżarm, demobilizzazzjoni, rikonċiljazzjoni" (DDR), fl-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali pluralisti u trasparenti li jmiss, kif ukoll għal azzjonijiet konkreti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar fl-importanza tad-dritt tal-popli għall-awtodeterminazzjoni mingħajr indħil minn barra; jitlob l-irtirar malajr ta' truppi Franċiżi mir-RĊA u l-għeluq ta' bażijiet militari barranin permanenti preżenti fit-territorju tagħha; jitlob għal kontroll aħjar tal-forzi tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll għal investigazzjoni bir-reqqa, imparzjali u trasparenti dwar l-allegazzjonijiet ta' abbużi jew ta' reati mwettqa; huwa partikolarment imħasseb dwar il-possibbiltà ta' kumpaniji transnazzjonali fir-RĊA, b'mod partikolari impriżi ta' estrazzjoni ta' ħaġar prezzjuż u ta' injam; ifakkar id-dritt inaljenabbli tal-popli biex jiddisponu mir-riżorsi naturali tagħhom u l-obbligu fuq l-impriżi li jikkonformaw mad-dritt internazzjonali; jisħaq dwar l-importanza li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari fil-KDB, jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ fit-tħejjija min-Nazzjonijiet Uniti ta' strument vinkolanti kontra impriżi li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">47.  Jilqa' l-attenzjoni partikolari mogħtija lil Ħaiti matul din il-31 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; jiddeplora s-sitwazzjoni umanitarja f'dan il-pajjiż, li għadha drammatika, u l-fatt li l-ħsara li saret mill-uragani tal-2010 għadha ma tranġatx; jissottolinja l-fatt li s-sitwazzjoni ta' faqar estrem tal-pajjiż amplifikat l-effetti qerrieda tad-diżastri naturali u ħolqot l-ikbar kriżi umanitarja f'dawn l-aħħar deċennji; jikkundanna mill-ġdid id-dejn u l-obbligu kolossali li dan jiġi onorat, li qed jiġu imposti fuq il-pajjiż minn Franza u mill-istituzzjonijiet internazzjonali (prinċipalment il-Fond Monetarju Internazzjonali), li huma responsabbli għan-nuqqas ta' żvilupp tal-pajjiż; jilqa' s-solidarjetà internazzjonali biex tingħata għajnuna lil Ħaiti, l-ewwelnett is-solidarjetà reġonali, u partikolarment minn Kuba permezz ta' tobba u persunal speċjalizzat, li trattaw għexieren ta' eluf ta' persuni għall-kolera, l-appoġġ finanzjarju permezz tal-Fond Umanitarju tal-ALBA għal Ħaiti, it-tkomplija tal-appoġġ fil-qasam tal-enerġija permezz ta' Petrocaribe u l-ħolqien ta' pjan speċjali għall-forniment dirett ta' fjuwil għall-vetturi ta' assistenza umanitarja, inizjattivi agrikoli għall-provvista ta' ikel u pjanijiet ta' produzzjoni, kif ukoll il-kampanja ta' riforestazzjoni; jeżiġi li tinfetaħ inkjesta dwar il-fatt li ċerta għajnuna, partikolarment dik tal-Unjoni Ewropea, jista' jkun li qatt ma waslet Ħaiti, kif ukoll inkjesta dwar l-effikaċja tan-netwerk għat-tqassim tal-għajnuna; jitlob ukoll rendikont tal-għajnuna li fil-fatt ingħatat;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">48.  Jenfasizza l-importanza tad-diskussjonijiet tal-KDB dwar il-kriżi fil-Burundi; jiddikjara ruħu ferm imħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż, u jenfasizza li din jista' jkollha konsegwenzi drammatiċi għar-reġjun kollu kemm hu; jitlob li jiġi rrispettat il-Patt dwar is-Sigurtà, l-Istabbiltà u l-Iżvilupp fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, kif ukoll tal-Protokoll dwar Non-Aggressjoni u Difiża Reċiproka; huwa tal-fehma li l-kriżi attwali tista' tingħeleb biss permezz ta' djalogu politiku fil-livell nazzjonali u reġjonali u taħt l-ebda ċirkostanza m'għandha tintuża bħala skuża għal intervent militari ġdid fir-reġjun; iqis li l-problemi tal-Burundi jistgħu jissolvew fil-pajjiż biss billi jiġu żgurati l-istess drittijiet għaċ-ċittadini kollha, billi jiġu indirizzati l-problemi li jinvolvu l-kontroll tal-art agrikola għammiela, il-qgħad u l-faqar, billi jiġu miġġielda l-korruzzjoni, il-faqar, l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni, u billi jiġu promossi riformi soċjali, politiċi u ekonomiċi sabiex jinħoloq Stat liberu, demokratiku u stabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">49.  Jiddispjaċih li s-sitwazzjoni fl-Amerika Latina, b'mod partikolari fil-Ħonduras u l-Paragwaj, ma ġietx inkluża fl-aġenda ta' din id-diskussjoni; jitlob li s-sitwazzjoni tad-drittjiet tal-bniedem fil-Ħonduras u l-Paragwaj mill-kolpi ta' stat 'l hawn tiġi ssorveljata tassew u li jsir minn kollox biex jiġu stabbiliti mill-ġdid id-demokrazija u l-istat tad-dritt f'dawn il-pajjiżi; jitlob lid-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha biex jaħdmu favur il-kundanna tal-kolpi ta' stat, biex ma jirrikonoxxux il-gvernijiet "de facto" u biex jeżiġu li dawk responsabbli jittellgħu l-qorti; jitlob ukoll li ssir inkjesta dwar it-tentattivi ta' kolp ta' stat u ta' destabbilizzazzjoni f'pajjiżi oħra tal-Amerika Latina (bħall-Ekwador jew il-Venezwela) u li tiġi esposta r-responsabbiltà ta' kull wieħed minnhom, inklużi pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">50.  Jiddispjaċih, bl-istess mod, li l-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Messiku mhijiex qed tiġi indirizzata matul din is-sessjoni filwaqt li l-għajbien u l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji – kif ukoll għadd kbir ta' femminiċidji – qed jiżdiedu b'rata kbira u li r-responsabbiltà tal-awtoritajiet ġiet ippruvata; huwa estremament preokkupat dwar l-impunità li tirrenja fil-Messiku, fejn aktar minn 22 000 ruħ għebu, aktar minn nofshom f'dawn l-aħħar snin, iżda fejn 98 % tar-reati jibqgħu ma jiġux ikkastigati; jikkundanna l-kriminalizzazzjoni u r-ripressjoni ta' studenti, ġurnalisti, attivisti soċjali, kif ukoll ta' mexxejja nazzjonali u ta' sindakalisti fil-pajjiż, inklużi l-għajbien u l-omiċidji; jitlob li d-delegazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-31 sessjoni tal-KDB għandha tappoġġja t-talbiet tal-NGOs sabiex l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u t-Tribunal tal-Aja jagħtu attenzjoni partikolari għar-reati mwettqa fil-Messiku u, fejn xieraq, jiftħu investigazzjoni internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">51.  Jiddispaċih, bl-istess mod, li l-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija ma ġietx inkluża fl-aġenda; jikkundanna b'mod partikolari d-deterjorament tas-sitwazzjoni demokratika f'dan il-pajjiż u ż-żieda tar-ripressjoni fir-rigward tad-demokratiċi, tal-eletti u l-attivisti politiċi, tas-sindakalisti, tal-ġurnalisti, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-artisti; josserva li din ir-ripressjoni hija partikolarment immirata lejn il-Kurdi, sa fejn il-Gvern Tork iwettaq offensiva militari vera mhux biss kontra l-politiċi, iżda wkoll kontra l-popolazzjoni ċivili; jitlob lid-delegazzjoni tal-Unjoni tieħu ħsieb li dan id-dibattitu jitqajjem waqt il-31 sessjoni tal-KDB u li jingħata appoġġ espliċitu għat-tnedija mill-ġdid tad-diskussjonijiet dwar il-proċess ta' paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">52.  Jenfasizza l-importanza li tiġi indirizzata, f'waħda mis-sessjonijiet tal-2016 tal-KDB, il-kwistjoni ta' Djibouti, fejn ir-ripressjoni kontra attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili intensifikat ruħha, b'aktar minn 300 arrest arbitrarju bejn Ottubru u Diċembru 2015; jistieden lid-delegazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex titlob it-tmiem immedjat tal-vjolenza u l-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha u b'mod partikolari l-ixjeħ fosthom, Mohamed Ahmed magħruf bħala Jabha, u Omar Ali Ewado, membru fundatur tal-Lega tad-drittijiet tal-bniedem tad-Djibouti (LDBD), u jitlob l-investigazzjoni internazzjonali taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, dwar il-massakri ta' Buldhuqo (Diċembru 2015) u ta' Arhiba (Diċembru 1991), kif ukoll r-reati l-oħra tal-massa fil-pajjiż, sabiex il-persuni responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja u jgħaddu minn proċeduri kriminali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">53.  Jilqa' l-attenzjoni partikolari mogħtija f'dawn l-aħħar snin mill-KDB lis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Palestina u fit-territorji Għarab okkupati l-oħra, b'mod partikolari rigward id-dritt tal-poplu Palestinjan għall-awtodeterminazzjoni, u t-twaqqif ta' Stat indipendenti u sostenibbli fuq il-bażi tal-fruntieri tal-1967; iħeġġeġ bil-qawwa lid-delegazzjoni tal-Unjoni biex tikkundanna kull għamla ta' kolonjaliżmu, speċjalment fil-Palestina, kemm fix-Xatt tal-Punent kif ukoll f'Ġerusalemm tal-Lvant, fejn dan qed jikber b'mod kostanti; jikkundanna bl-istess mod il-vjolenza tal-kolonizzaturi kontra l-popolazzjoni Palestinjana, b'mod partikolari f'Ħebron, u l-pjanijiet tal-ispostament furzat tal-Bedwini;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">54.  Itenni l-importanza tar-rapport tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji Palestinjani fejn qal li "l-politika ta' Iżrael fix-Xatt tal-Punent, u fl-Istrixxa ta' Gaża jidher li qed twassal għall-apartheid, dovut għall-oppressjoni sistematika tal-poplu Palestinjan u l-esproprjazzjoni de facto tal-artijietu"; jikkundanna l-ksur mill-forzi armati Iżraeljani tad-drittijiet fundamentali tal-Palestinjani, kif ukoll it-tindif etniku f'Ġerusalemm tal-Lvant, bit-tentattiv tal-awtoritajiet Iżraeljani li Ġerusalemm jagħmluha belt Lhudija, sabiex japproprjawha; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Iżrael ipprojbixxa b'mod kontinwu l-aċċess għat-territorji Palestinjani okkupati mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, li ġelha tirreżenja f'Jannar 2016, u jistieden lid-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-KDB u għar-rappreżentanzi tal-Istati Membri biex jagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet Iżraeljani sabiex il-mandat tan-Nazzjonijiet Uniti jkun jista' jiġi implimentat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">55.  Jikkundanna l-qagħda tal-priġunieri Palestinjani fil-ħabsijiet Iżraeljani; jitlob lill-Istat ta' Iżrael biex ittemm immedjatament il-prattika ta' priġunerija tal-massa, li kompliet tiżdied fl-2015, b'aktar minn 6 000 persuna fil-ħabs, li minnhom parti importanti huma minuri; jikkundanna bl-istess mod l-eżekuzzjonijiet extra-ġudizzjarji, id-detenzjonijiet amministrattivi, it-trasferimenti ta' priġunieri politiċi lil hinn mit-territorji okkupati – li b'hekk iċaħħduhom minn żjajjar minn membri tal-familji – , it-trattament ħażin, it-tortura u t-tmigħ furzat ta' priġunieri, u ċ-ċaħda ta' trattament mediku adegwat u xieraq, kif ukoll tal-miżuri kollha li jikkostitwixxu ksur flagranti tad-dritt internazzjonali; itenni l-kundanna tiegħu ta' kull forma ta' tortura u ta' trattament ħażin; jitlob lill-Iżrael jiggarantixxi immedjatament l-osservanza tiegħu tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura, li huwa parti għaliha; jikkundanna d-detenzjoni u t-trattament ħażin tat-tfal u jeżiġi l-ħelsien immedjat tan-nisa u tat-tfal miżmumin il-ħabs; jikkundanna l-mod kif jiġu ttrattati t-tfal mill-qrati Iżraeljani; jitlob bl-istess mod il-ħelsien immedjat tal-Membri parlamentari li jinstabu l-ħabs, b'mod partikolari Khalida Jarrar u Marwan Barghouti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">56.  Huwa wkoll estremament imħasseb dwar ir-restrizzjoni tal-libertajiet ċivili u politiċi f'Iżrael, u b'mod partikolari mid-diversi liġijiet dwar l-NGOs, li jimminaw il-libertà ta' assoċjazzjoni, ta' assemblea u ta' organizzazzjoni; jikkundanna wkoll id-diskriminazzjoni msaħħa kontra l-minoritajiet fil-pajjiż, b'mod partikolari l-minoranza"Għarbija";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">57.  Jiddeplora l-fatt li l-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent mhijiex fl-aġenda tas-sessjonijiet tal-2016 tal-KDB; jissottolinja mill-ġdid il-fatt li l-kunflitt tas-Saħara tal-Punent huwa kwistjoni ta' dekolonizzazzjoni u li, skont id-dritt internazzjonali, ir-Renju tal-Marokk m'għandu l-ebda sovranità fuq is-Saħara tal-Punent u huwa meqjus bħala potenza okkupanti; jikkundanna l-ksur kostanti tad-drittijiet tal-bniedem tal-poplu Saħarawi; jitlob li d-drittijiet fundamentali tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, inklużi l-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà tal-espressjoni u d-dritt li jipprotestaw, jiġu mħarsa; jitlob il-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi kollha tas-Saħara tal-Punent u, b'urġenza, il-membri tal-grupp ta' Gdeim Izik ikkundannati mit-tribunal militari Marokkin; itenni t-talba tiegħu lil Spanja biex taċċetta ażil politiku għaż-żgħażugħ Saħrawi, Hassana Aalia, kkundannat minn qorti għal għomru l-ħabs; jenfasizza l-bżonn ta' sorveljanza internazzjonali tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Saħara tal-Punent; jitlob lill-Marokk u lill-Front Polisario jkomplu n-negozjati għal soluzzjoni paċifika u dewwiema tal-kunflitt fis-Saħara tal-Punent u jafferma mill-ġdid id-dritt tal-poplu Saħarawi għall-awtodeterminazzjoni, li għandu jkun is-suġġett ta' referendum demokratiku, bi qbil mar-riżoluzzjonijiet 34/37 u 35/19 tan-Nazzjonijiet Uniti;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center">°</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center">°    °</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">58.  Jagħti l-mandat lid-delegazzjoni tiegħu għall-31, 32 u 33 Sessjoni tal-KDB biex tleħħen it-tħassib espress f'din ir-riżoluzzjoni; jitlobha tagħmel rapport dwar iż-żjara tagħha lis-Sottokumitat għad-"Drittijiet tal-Bniedem", u jikkunsidra li huwa xieraq li tibqa' tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għas-sessjonijiet rilevanti tal-KDB;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Grupp ta' Ħidma UE-Nazzjonijiet Uniti mwaqqaf mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>