<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0069/2016</Ref><Date>15.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni / Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/3032(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="28297">Jacek Saryusz-Wolski</Author>, <Author id="112755">Andrej Plenković</Author>, <Author id="96934">Sandra Kalniete</Author>, <Author id="28269">Jerzy Buzek</Author>, <Author id="124806">David McAllister</Author>, <Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="28219">Daniel Caspary</Author>, <Author id="39725">Iuliu Winkler</Author>, <Author id="23785">Andrzej Grzyb</Author>, <Author id="28424">Tunne Kelam</Author>, <Author id="124702">Jaromír Štětina</Author>, <Author id="23693">Alojz Peterle</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="39726">László Tőkés</Author>, <Author id="96774">Jarosław Wałęsa</Author>, <Author id="124893">Bogdan Andrzej Zdrojewski</Author>, <Author id="96848">Mariya Gabriel</Author>, <Author id="124730">Fernando Ruas</Author>, <Author id="124802">Siegfried Mureşan</Author>, <Author id="124889">Agnieszka Kozłowska-Rajewicz</Author>, <Author id="28394">Dariusz Rosati</Author>, <Author id="125032">Ramón Luis Valcárcel Siso</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE575.971v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0069/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni / Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-3032" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-3032">2015/3032(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni / Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (AA/DCFTAs) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, il-Moldova, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-ratifika mill-Parlament Ewropew ta’ dawn il-ftehimiet f’Settembru (l-Ukraina), f'Novembru (il-Moldova) u f’Diċembru (il-Georgia) tal-2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, kif ukoll ir-rapport reċenti dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u s-Sħubija tal-Lvant,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li sar f'Riga fil-21 u t-22 ta' Mejju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar ir-reviżjoni tal-PEV,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Viża tal-Georgia u l-Ukrajna tat-18 ta’ Diċembru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna huma pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant li għażlu t-triq ta' assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika aktar mill-qrib mal-UE permezz tal-aktar ġenerazzjoni avvanzata ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni sal-lum, li jipprevedi l-ħolqien ta' Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (AA/DCFTAs) kif ukoll aġenda ta' riforma abbażi tal-valuri komuni tad-demokrazija, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-UE tirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet Ewropej tat-tliet pajjiżi u tenfasizza l-valur miżjud tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni fil-proċessi tagħhom ta’ riforma;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-AA/DCFTAs mal-Georgia u mal-Moldova bdew jiġu implimentati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bdiet fl-1 ta’ Novembru 2014 u d-DCFTA mal-Ukraina bdiet tiġi applikata b’mod provviżorju biss mill-1 ta’ Jannar 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi vjaġġar mingħajr viża bejn l-UE u l-Moldova ġie introdott f’April 2014, u billi l-aħħar rapporti tal-Kummissjoni f’Diċembru 2015 jindikaw li l-Georgia u l-Ukrajna issa jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-impenn tal-UE mal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant sab reżistenza qawwija u reazzjonijiet aggressiva mill-Federazzjoni Russa, bħal miżuri ta’ ritaljazzjoni kontra l-pajjiżi tal-assoċjazzjoni; billi d-DCFTAs mhumiex diretti lejn l-interessi ta’ xi parti terza, u billi l-UE wriet rieda tajba u sforzi sostanzjali biex jiġi indirizzat kull dubju dwar il-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tad-DCFTAs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jilqa’ l-progress miksub s’issa fl-implimentazzjoni tal-AA/DCFTAs; jinsisti li l-implimentazzjoni preċiża u fil-ħin tal-AA/DCFTAs u tal-Aġendi ta' Assoċjazzjoni relatati trid tibqa' tkun prijorità ewlenija fuq terminu twil għall-UE u għat-tliet sħab; ifakkar lill-Kummissjoni fil-ħtieġa li tagħmel ħilitha kollha biex issostni l-implimentazzjoni sħiħa u b’suċċess tal-AA/DCFTAs fit-tliet pajjiżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jirrimarka li s-suċċess tal-implimentazzjoni tal-AA/DCFTAs jiddependi fuq ambjent politiku stabbli, pjanijiet konkreti għal riforma tal-politika kummerċjali, il-kapaċità istituzzjonali b’diviżjoni ċara ta’ responsabilità, mod ta' ħsieb strateġiku, l-involviment tas-soċjetà ċivili, u l-appoġġ finanzjarju u tekniku internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jinnota li t-tliet pajjiżi qed jiffaċċjaw sfidi simili fir-rigward tal-integrità territorjali tagħhom, u qed ikollhom pressjonijiet interni minħabba riformi politiċi, soċjali u ekonomiċi; jenfasizza li r-riformi strutturali tagħhom għandhom jipprijoritizzaw il-konsolidazzjoni tad-demokrazija, il-qerda tal-korruzzjoni u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Itenni l-appoġġ sod tiegħu għas-sovranità u għall-integrità territorjali tat-tliet sħab kollha kemm huma fi ħdan il-fruntieri tagħhom li huma rikonoxxuti internazzjonalment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza l-fatt li l-pajjiżi tal-assoċjazzjoni għażlu b’mod ħieles li jistabbilixxu relazzjoni iktar profonda mal-Unjoni Ewropea u li l-għażla tagħhom għandha tkun rispettata bis-sħiħ u tkun ħielsa minn pressjoni minn kwalunkwe parti terza; din ir-relazzjoni għandha l-għan li trawwem l-istabbiltà, il-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija, il-prosperità u d-demokrazija f’dawk il-pajjiżi, abbażi tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jilqa’ l-evalwazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni rigward il-liberalizzazzjoni tal-viża għall-Ukrajna u l-Georgia fl-aħħar valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża ma’ dawn iż-żewġ pajjiżi; jistenna li l-Kunsill u l-Istati Membri jipproċedu biex jagħtu liż-żewġ pajjiżi sistema ta’ vjaġġar mingħajr viża mingħajr dewmien żejjed; jesprimi fiduċja li reġim mingħajr viża se jitqies miċ-ċittadini ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi bħala benefiċċju tanġibbli tal-għażla Ewropea tagħhom, kif ukoll irawwem kuntatti bejn il-persuni fost in-negozji, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini tal-UE u l-kontropartijiet tagħhom fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jenfasizza li l-korruzzjoni endemika u tal-politiċizzazzjoni kif ukoll in-nuqqas ta’ indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, li jfixklu bil-kbir l-iżvilupp soċjoekonomiku fil-pajjiżi ta’ assoċjazzjoni, jibqgħu sfida komuni għall-isforzi determinati ta’ riforma mit-tliet pajjiżi tal-assoċjazzjoni bi qbil mal-ittra u l-ispirtu tal-AA/DCFTA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jenfasizza l-fatt li l-għanijiet ewlenin ta’ Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi jwasslu biex, fuq skala mikro, isir titjib tanġibbli u sostenibbli għall-kondizzjonijiet tal-għajxien taċ-ċittadini ordinarji billi jiġu żgurati l-istabbiltà, il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-SMEs u jinħolqu l-impjiegi, u fuq skala makro, biex jitħeġġeġ it-tkabbir u titrawwem ir-riforma, inkluż permezz tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-titjib tal-kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment, tiġi mħeġġa l-approssimazzjoni tal-qafas regolatorju u l-integrazzjoni ekonomika gradwali tas-sħab fis-Suq Intern tal-UE, kif ukoll tinħoloq klima tan-negozju favorevoli u prevedibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex kull sena tfassal rapport fid-dettall dwar l-implimentazzjoni tad-DCFTAs mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, b’mod partikolari dwar il-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni għall-Georgia u l-mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni u klawżola ta’ salvagwardja fil-każ tal-Moldova;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jenfasizza l-importanza tad-dispożizzjonijiet tal-AA/DCFTA dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija għas-sigurtà tal-provvista u għall-iżvilupp ta' swieq tal-enerġija kompetittivi, trasparenti u nondiskriminatorji bi qbil mar-regoli u mal-istandards tal-UE, kif ukoll għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika; jappoġġja l-intenzjoni tal-UE biex issaħħaħ l-integrazzjoni sħiħa tas-suq tal-enerġija mal-Moldova, l-Ukrajna u l-Georgia permezz tal-Komunità tal-Enerġija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jirrimarka l-importanza li jiġi spjegat lill-popli tal-pajjiżi ta’ Assoċjazzjoni il-benefiċċji tal-implimentazzjoni tal-AA/DCFTAs u jitneħħa kwalunkwe mit; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex jappoġġjaw l-isforzi tas-soċjetà ċivili u l-midja f’dan ir-rigward, u jilqa’ l-ħidma li saret minn East StratCom Team għal dan l-għan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Il-Georgia</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit ambjent politiku li jkun kalm u jirrispetta u jiżgura rispett sħiħ għall-indipendenza u l-effettività tal-istituzzjonijiet li qed jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-Georgia; jenfasizza l-fatt li l-eżistenza ta’ oppożizzjoni politika vijabbli hi ferm importanti għal sistema politika bilanċjata u matura; jikkundanna l-atti kollha ta’ vjolenza kontra membri ta’ kwalunkwe partit politiku, u jenfasizza li atti bħal dawn għandhom ikunu investigati fil-pront u fid-dettall;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Iqis li t-tfittxija tal-President preċedenti tal-Georgia Mikheil Saakashvili u d-detenzjoni u l-priġunerija ta’ uffiċjali li servew taħt gvernijiet preċedenti u membri tal-oppożizzjoni attwali huma eżempji ovvji ta’ ġustizzja selettiva; jesprimi tħassib serju wkoll dwar l-isfruttar tas-sistema ġudizzjarja biex jiddgħajfu l-avversarji politiċi, fatt li qed idgħajjef il-perkors Ewropew tal-Georgia kif ukoll l-isforzi li saru mill-awtoritajiet tal-Georgia fil-qasam tar-riforma demokratika; ifakkar fil-każ tal-ex Sindku ta’ Tbilisi Gigi Ugulava, li ġie arrestat fi żmien 23 siegħa wara li nħeles mill-ħabs hekk kif il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat id-detenzjoni ta' qabel il-proċess tiegħu bħala antikostituzzjonali u illegali; jistieden lill-mexxejja politiċi tal-Georgia biex jiffokaw fuq il-futur ta’ pajjiżhom u biex inaqqsu l-polarizzazzjoni politika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jenfasizza li l-prosekuzzjonijiet għandhom ikunu trasparenti, imparzjali, bbażati fuq l-evidenza, proporzjonati u ħielsa minn motivazzjoni politika, jimxu strettament mal-proċeduri ta' investigazzjoni u ta' proċess ġust u jitwettqu b'rispett sħiħ tal-prinċipji ta' smigħ ġust, kif stabbilit fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tentattivi reċenti biex tinbidel is-sjieda u l-politika editorjali tal-istazzjon televiżiv indipendenti u l-aktar popolari tal-Georgia Rustavi 2; jitlob li din l-intimidazzjoni motivata politikament tieqaf; itenni li dan huwa partikolarment inkwetanti f’kuntest ta’ deterjorament tal-libertà tal-midja, jikser b'mod gravi l-ispirtu u l-ittra tal-AA/DCFTA u, barra minn hekk, jipperikola t-triq Ewropea tal-Georgia;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jistieden lill-gvern tal-Georgia, speċjalment fid-dawl tal-elezzjonijiet parlamentari tal-2016, biex joħloq ambjent favorevoli għall-midja ħielsa ħalli jippromwovi l-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja, u biex jippermetti lill-midja tirrapporta b’mod indipendenti u oġġettiv mingħajr pressjoni politika jew ekonomika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jibagħtu missjoni esperta ta’ konsulenti ta’ livell għoli, li tinkludi Imħallfin irtirati tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem biex jissorveljaw il-każ li għaddej dwar Rustavi 2;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia fi ħdan il-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti tagħha u jtenni t-tħassib tiegħu għall-okkupazzjoni kontinwa min-naħa tal-forzi Russi tat-territorji tal-Georgia tal-Abkażja u Tskhinvali/l-Ossezja tan-Nofsinhar; jikkundanna bil-qawwa t-tkomplija u l-espansjoni ta' proċess immexxi mir-Russi tal-hekk imsejħa fruntieri tul il-linji ta’ konfini amministrattivi, li għandu konsegwenzi umanitarji serji; jinkoraġġixxi lill-Georgia biex issostni l-isforzi tagħha ħalli tilħaq il-komunitajiet tagħha fit-territorju kollu tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Il-Moldova</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jesprimi tħassib serju dwar l-instabbiltà politika sistemika de facto li effettivament baqgħet sa mill-aħħar elezzjonijiet parlamentari tat-30 ta’ Novembru 2014; jiddispjaċih li l-Parlament tal-Moldova u l-partiti politiċi rappreżentati fih għadhom ma rnexxilhomx jiffurmaw gvern ġdid minn meta vot ta’ sfiduċja fid-29 ta’ Ottubru 2015 wassal għar-riżenja tal-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Valeriu Streleț; jinnota t-tentattivi mingħajr suċċess biex jiġi ffurmat gvern ġdid fl-4 u fit-13 ta’ Jannar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Iqis li l-impass politiku attwali fil-Moldova laħaq punt kritiku li jipperikola aktar distabbilizzazzjoni tal-pajjiż u tal-istituzzjonijiet tiegħu li diġà huma dgħajfa u jipperikola l-ekonomija, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis fl-IDB u d-dħul mit-taxxa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jistieden lill-partiti politiċi kollha li huma favur l-Ewropa fil-Moldova biex iwarrbu d-differenzi ta' bejniethom u jassumu r-responsabbiltajiet tagħhom, sabiex jimpenjaw ruħhom serjament fin-negozjati u jtemmu din il-kriżi u biex jiffurmaw maġġoranza għat-tiswir ta’ gvern stabbli li jiffunzjona sa tmiem il-mandat attwali tal-Parlament u jipproċedu mingħajr dewmien biex jimplimentaw b’mod vigoruż ir-riformi kollha meħtieġa b’riżultati ċari u skeda ta’ żmien preċiża għall-implimentazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jistieden lill-partiti favur l-Ewropa jirrikonoxxu l-konsegwenzi ġeopolitiċi terribbli jekk l-isforzi tagħhom biex jifformaw gvern ġdid ifallu sal-iskadenza tad-29 ta’ Jannar 2016, kif stabbilit bid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, li jista' jirriżulta f’elezzjonijiet bikrija; jenfasizza l-konsegwenzi negattivi potenzjali li elezzjoni bikrija jista’ jkollha fuq is-saħħa tal-partiti favur l-Ewropa kif ukoll il-possibbiltà/ir-realtà ta’ bidla fid-direzzjoni ġeopolitika u aktar destabbilizzazzjoni tal-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jirrimarka li r-riformi meħtieġa fil-Moldova jinvolvu l-qerda tal-korruzzjoni sistematika, iwaqqfu l-approprjazzjoni tal-Istat, filwaqt li joħolqu ġudikatura indipendenti, imparzjali u depolitiċizzata, u jistabbilizzaw l-ekonomija f’konformità mat-talbiet tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u li tiġi żgurata superviżjoni effettiva tas-settur bankarju; jiddispjaċih li, minħabba l-instabbiltà politika, in-nuqqas ta’ kapaċità tal-istituzzjonijiet Moldovjani li jrendu u n-nuqqas ta’ ftehim mal-FMI, l-assistenza finanzjarja tal-UE ġiet sospiża sa mill-bidu tal-2015; jiġbed l-attenzjoni lejn inadempjenza potenzjali kmieni fl-2016 jekk il-kriżi politika attwali tippersisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jestendu l-kompetenza teknika kollha meħtieġa u l-appoġġ finanzjarju lill-Gvern futur tal-Moldova, wara l-eżempju tal-Grupp ta’ Appoġġ tal-UE għall-Ukrajna, inkluż billi jkunu sekondati uffiċjali u esperti minn Brussell u bliet kapitali ta’ Stati Membri u billi jiġu inkorporati fl-amministrazzjoni tal-Moldova sabiex ikunu jistgħu jgħinu u jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ riformi fuq il-post u fuq bażi ta’ kuljum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Itenni l-ħtieġa li jsir kull sforz u jkun hemm rieda politika u kuraġġ fl-investigazzjoni tal-iskandlu ta’ korruzzjoni, li wassal għal serq ta’ madwar EUR 1 biljun (ekwivalenti għal madwar 18 % tal-PDG lokali) mis-settur bankarju, u l-ħtieġa li dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja u li jiġu rkuprati l-fondi misruqa; il-miżuri ta’ hawn fuq kollha jirrappreżentaw pass importanti mill-klassi politika sabiex tinġieb lura l-fiduċja tas-soċjetà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">L-Ukrajna</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> 26.  Jilqa’ d-dħul fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2016 tal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv bejn l-UE u l-Ukraina; jikkundanna, madankollu, l-fatt li l-Federazzjoni Russa b’mod unilaterali ssospendiet il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tagħha mal-Ukrajna, introduċiet restrizzjonijiet kummerċjali iebsa fuq l-esportazzjonijiet tal-Ukrajna lejn ir-Russja u qed ixekkel it-trasport tal-merkanzija lejn pajjiżi terzi, filwaqt li tikser ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u ftehimiet bilaterali oħra ta’ kummerċ, b’effetti ta' ħsara għall-ekonomija tal-Ukrajna u l-kummerċ barrani tagħha; jistieden lill-Kunsill biex jieħu azzjonijiet li jinkoraġġixxu lir-Russja tirrettifika u tabolixxi dawk il-miżuri; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jibqa’ involut fil-kwistjoni tad-DCFTA UE-Ukrajna fi ħdan il-korpi tal-Parlament Ewropew relevanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Jenfasizza il-ftuħ bla preċedent u l-isforzi mill-Kummissjoni ta' iktar minn sena u nofs biex tindirizza kull dubju fuq in-naħa Russa dwar il-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tad-DCFTAs u biex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi; jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ kapaċità min-naħa Russa biex tagħti eżempji konkreti dwar kif is-suq u l-kummerċ tagħha jistgħu jkunu affettwati bid-dħul fis-seħħ tad-DCFTA; itenni l-benefiċċji potenzjali għar-Russja bl-implimentazzjoni tal-AA/DCFTAs, biż-żieda fl-attivitajiet kummerċjali u ekonomiċi u ta’ viċinat iktar stabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Itenni l-kundanna qawwija tiegħu għall-politika aggressiva u ta’ espansjoni tar-Russja, li hija ta’ theddida għall-unità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Ukrajna u tal-Unjoni Ewropea nnifisha, kif ukoll l-intervent militari u l-okkupazzjoni tagħha tat-territorju tal-Ukrajna, inkluża l-annessjoni illegali tal-Krimea, bi ksur tad-dritt internazzjonali u tal-impenji stess tar-Russja li jirriżultaw mill-Karta tan-NU, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), l-Att Finali ta’ Ħelsinki u l-Memorandum ta’ Budapest tal-5 ta’ Diċembru 1994;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.  Jesprimi tħassib serju dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Minsk sal-iskadenza inizjalment maqbula tal-31 ta’ Diċembru 2015; ifakkar li l-awtoritajiet Russi għandhom responsabbiltà partikolari f’dan ir-rigward; itenni li vjolazzjonijiet ta’ waqfien mill-ġlied ilhom jiżdiedu minn nofs Ottubru, li persunal ta' sorveljanza tal-Missjoni Speċjali ta’ Monitoraġġ tal-OSKE (SMM) għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ restrizzjonijiet fuq il-libertà tagħhom ta’ moviment, li l-Ukrajna jkollha mill-ġdid il-kontroll fuq il-fruntiera kollha tagħha mar-Russja għadu ma seħħx, li ma ntlaħaq l-ebda qbil dwar il-modalitajiet tal-elezzjonijiet lokali fit-territorji temporanjament okkupati ta’ Luhansk u Donetsk, u li għadhom ma nħelsux il-priġunieri kollha u persuni oħra detenuti b’mod illegali bħal Nadiya Savchenko jew Oleg Sentsov;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 2015 biex ikunu estiżi s-sanzjonijiet kontra l-Federazzjoni Russa wara li ma ssodisfatx il-Ftehimiet ta’ Minsk; itenni li l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehimiet ta’ Minsk hija prerekwiżit għas-sospensjoni tas-sanzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.  Jifraħ lill-Ukrajna għar-rapport ta’ progress pożittiv dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża, li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni f’Diċembru 2015; jistenna li t-tmexxija tal-Ukrajna tissodisfa l-impenji tagħha kontra l-korruzzjoni fl-ewwel tliet xhur tal-2016; jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-awtoritajiet tal-Ukrajni biex iwettqu l-Pjan ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża; jemmen li l-introduzzjoni rapida ta’ reġim mingħajr viża se tkun meqjusa mill-biċċa l-kbira tal-poplu tal-Ukrajna bħala benefiċċju tanġibbli tal-għażla Ewropea tagħhom; jistenna proposta leġiżlattiva konkreta mill-Kummissjoni li żżid l-Ukrajna fil-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa ta’ viża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.  Jenfasizza li l-korruzzjoni endemika hija l-akbar sfida unika fl-isforzi ta’ riforma; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ukrajna biex jimpenjaw ruħhom ħalli jeqirdu l-korruzzjoni fil-pajjiż; jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjonijiet meħuda s’issa, bħall-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni, it-twaqqif ta' istituzzjonijiet u mekkaniżmi nazzjonali kontra l-korruzzjoni (il-Bureau Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni, l-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni, prosekutur speċjali kontra l-korruzzjoni); iħeġġeġ bil-qawwa s-salvagwardja tal-indipendenza politika, kif ukoll li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed riżorsi finanzjarji u riżorsi oħrajn li jippermettu lill-istituzzjonijiet iwettqu d-dmirijiet tagħhom, u għaldaqstant ikunu kompletament konformi mal-aspettattivi kemm tal-Komunità Internazzjonali u, fuq kollox, taċ-ċittadini tal-Ukrajna; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-istituzzjonijiet ta’ kontra l-korruzzjoni għandhom ikunu politikament indipendenti u mgħammra b’kompetenzi u riżorsi suffiċjenti biex verament iwettqu l-mandat tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex ma jagħmlu ebda kompromess f’dan il-qasam u biex jiġġieldu kontra interessi qawwija, għaliex kemm il-Komunità internazzjonali involuta f’appoġġ għall-Ukrajna kif ukoll iċ-ċittadini tal-Ukrajna stess jistennew riżultati tanġibbli rapidi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; il-progress se jitkejjel biss abbażi tar-riżultati u mhux tar-rieda tajba;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.  Jistenna li l-awtoritajiet tal-Ukrajna jimplimentaw b'mod rapidu u rigoruż id-dispożizzjonijiet tad-DCFTA u tal-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni; jesprimi l-fehma tiegħu li s-sitwazzjoni tal-gwerra fil-Lvant tal-Ukrajna huwa impediment serju għal dan l-isforz; jagħmilha ċara, madankollu, li s-suċċess u r-reżiljenza tal-Ukrajna fil-konfront ta’ kwalunkwe għadu estern jiddependu strettament fuq is-saħħa tal-ekonomija u tal-qafas legali tagħha, fuq demokrazija ħajja u prosperità dejjem akbar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.  Itenni li l-implimentazzjoni sħiħa tal-AA/DCFTA se twassal għal stabbiltà akbar, għal tkabbir sostenibbli, għal aċċess għal swieq ġodda u għall-approssimazzjoni ta’ regoli u standards tal-UE, li se jibbenefikaw l-ambjent ekonomiku u jagħmlu t-teħid ta’ deċiżjonijiet aktar trasparenti fi proċeduri tal-akkwist pereżempju, b’hekk iħallu warajhom prattiki post-Sovjetiċi oligarkiċi ta' modi ta' ħidma ekonomika illeċita; dan ser iwassal għal riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini ordinarji, filwaqt li jipprovdu impjiegi u jippermettilhom li jiffunzjonaw f’pajjiż b’istituzzjonijiet funzjonabbli u b’saħħithom, li jagħtu lil persuni ordinarji rispett u dinjità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.  Sabiex il-poplu tal-Ukrajna jerġa’ jkollu fiduċja sħiħa fil-ġenwinità tal-isforz tar-riforma mill-awtoritajiet tal-Ukrajna attwali, ir-riforma ġudizzjarji u tal-prosekuzzjoni trid tiġi trattata bħala prijorità fuq perjodu ta’ żmien twil; dawn ir-riformi għandhom jiżguraw ġenerazzjoni ġdida ta’ professjonisti indipendenti li jingħataw karigi abbażi ta' proċeduri ta’ għażla kompetittivi u imparzjali; jenfasizza li l-Prosekutur Ġenerali għandu jerġa’ jikseb il-fiduċja tal-poplu billi jressaq lil dawk responsabbli għall-qtil ta’ dimostranti fl-Euromaidan quddiem il-ġustizzja; l-indipendenza tal-ġudikatura, proċeduri trasparenti u d-depolitiċizzazzjoni huma tal-akbar importanza; jeħtieġ li jiġi stabbilit stat tad-dritt verament effettiv; jenfasizza li l-progress huwa viżibbli ladarba jkun hemm bidla radikali mill-passat u li ċ-ċittadini jkunu jafu li l-ġustizzja hija fuq in-naħa tagħhom u mhux fuq in-naħa ta’ dawk li jistgħu jixtruha, kif kien il-każ għal dawn l-aħħar żewġ deċennji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.  Jilqa’ l-proċess ta’ riforma kostituzzjonali li għaddej bħalissa fl-oqsma ta’ deċentralizzazzjoni u tal-ġudikatura; ifakkar li l-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa ħarġet rakkomandazzjonijiet pożittivi fuq iż-żewġ settijiet ta’ emendi kostituzzjonali; jenfasizza li l-adozzjoni tal-emendi dwar il-ġudikatura se twitti t-triq għal riforma komprensiva tas-sistema ġudizzjarja, u għalhekk jilqa’ l-inizjattiva reċenti meħuda mill-Parlament tal-Ukrajna biex jibgħat dawn l-emendi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali; jenfasizza l-fatt li l-emendi dwar id-deċentralizzazzjoni, minbarra li jirriflettu rekwiżit tal-Ftehimiet ta’ Minsk, se jikkontribwixxu b’mod deċiżiv għall-modernizzazzjoni tal-pajjiż; jistieden, għalhekk, lill-Parlament tal-Ukrajna biex jipproċedi b'mod rapidu bl-adozzjoni ta’ dawn l-emendi fit-tieni qari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-qagħda tal-ekonomija tal-Ukrajna u s-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-pajjiż; jieħu nota tal-progress moderat irrappurtat dwar l-istabbilizzazzjoni tal-prestazzjoni ekonomika; ifaħħar il-ftehim storiku ta' tnaqqis tad-dejn milħuq mill-Ukrajna mal-kredituri tagħha f’Settembru 2015; ifakkar li l-komunità internazzjonali, b’mod partikulari l-UE, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bbażati fl-Ewropa, l-FMI u pajjiżi donaturi individwali, wiegħdu ammont bla preċedent ta’ madwar EUR 20 biljun; l-għoti ta' dan l-ammmont hu marbut strettament ma’ progress tanġibbli f’riformi, punti ta’ riferiment u skedi ta’ żmien fl-implimentazzjoni; id-deregolamentazzjoni u n-nuqqas ta' monopolizzazzjoni tal-ekonomija għandhom ikomplu jkunu prijorità, flimkien ma' aktar riformi regolatorji, privatizzazzjoni ġenwina, riformi fiskali, żieda fit-trasparenza u ħolqien ta' klima favorevoli għall-investiment; jilqa’ b’sodisfazzjon dan l-uffiċċju għal konsenja ta’ regolamentazzjoni aħjar, li għandu jservu dan l-għan; jitlob l-involviment attiv tal-komunità ta' esperti fl-Ukrajna kif ukoll tal-esperti mill-UE biex jikkontribwixxu billi jipprovdu għarfien espert indipendenti u billi jissorveljaw il-proċess tal-implimentazzjoni tar-riformi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.  Japprezza l-ħidma effettiva u dinamika tal-Kumitat Parlamentari ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna li qed jissorvelja s-sitwazzjoni politika, ta’ sigurtà u ekonomika fl-Ukrajna, kif ukoll l-impenn u l-appoġġ tiegħu biex jitjiebu l-proċessi ġenerali ta' riforma orjentati lejn l-UE li qed iwettqu l-awtoritajiet tal-Ukrajna; ifakkar fil-Memorandum ta’ Fehim iffirmat mill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna u l-Parlament Ewropew fl-2015 li jistabbilixxi qafas konġunt ta' appoġġ parlamentari u ta' bini ta’ kapaċitajiet bejn iż-żewġ parlamenti; ifakkar li bħalissa għaddejja Missjoni ta’ Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet biex tistabbilixxi l-modalitajiet ta’ appoġġ li għandu jiġi pprovdut mill-Parlament Ewropew lill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">38.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ is-soċjetà ċivili tal-Ukrajna sabiex tkun tista’ tipprovdi konsulenza u appoġġ lill-awtoritajiet fit-twettiq tar-riformi mwegħda u taġixxi bħala għassies u informatur effettivi; jilqa’ l-kooperazzjoni effettiva bejn il-komunità esperta u l-Verkhovna Rada fil-proċess ta’ riforma u fl-implimentazzjoni tal-AA/DCFTA; ifaħħar il-fatt li l-prijoritajiet ta' Verkhovna Rada huma kkaratterizzati minn djalogu komprensiv mas-soċjetà ċivili; jitlob għal approċċ aktar b’saħħtu biex titqajjem kuxjenza fil-komunità kummerċjali, speċjalment fost l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, dwar l-opportunitajiet speċifiċi li l-AA/DCFTA tipprovdi; jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-istat biex jissieħbu mas-soċjetà ċivili, peress li l-implimentazzjoni tal-AA/DCFTA teħtieġ appoġġ ġenwin u l-aċċettazzjoni mis-soċjetà, u dawn jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ djalogu u skambju ta’ fehmiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">39.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant tal-Ukrajna u fil-Krimea, li tinsab taħt annessjoni illegali mill-Federazzjoni Russa, u fejn it-Tatari tal-Krimea u minoranzi oħra, b’mod partikolari l-minoranzi reliġjużi, huma suġġetti għal ksur immirat tad-drittijiet tal-bniedem, bħala riżultat ta' kollass totali tal-ordni pubbliku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">40.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE, flimkien mal-awtoritajiet tal-Ukrajna, tiddedika aktar attenzjoni lill-kriżi umanitarja fl-Ukrajna, u tindirizza s-sitwazzjoni umanitarja katastrofika, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-persuni spustati internament; ifaħħar l-isforzi li saru għal dan l-għan mill-awtoritajiet tal-Ukrajna, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-komunità internazzjonali b’mod ġenerali; itenni s-sejħiet preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex iżżid il-viżibilità tal-assistenza umanitarja tal-UE, u jenfasizza li dan huwa mod konkret biex nirbħu l-qlub u l-imħuħ tan-nies fiż-żoni milquta; jisħaq fuq il-ħtieġa għal aktar assistenza finanzjarja tal-UE għall-Ukrajna sabiex tkun tista' tlaħħaq mal-kriżi umanitarja estrema;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">41.  Jesprimi tħassib serju dwar il-kuntest li fih ir-referendum konsultattiv Netherlandiż li jmiss dwar l-AA/DCFTA bejn l-UE u l-Ukrajna; jemmen li d-deċiżjoni tan-Netherlandiżi se tittieħed fuq il-bażi tal-merti tal-ftehim, filwaqt li jirrikonoxxu l-effetti tanġibbli fuq l-UE u n-Netherlands b’mod partikolari; ifittex iċ-ċarezza mill-Gvern Netherlandiż dwar is-segwitu mistenni li jagħti għar-riżultat tar-referendum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">°</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">°  °</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">42.  Jenfasizza li l-iffirmar u r-ratifika tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni ma jikkostitwixxux l-għan finali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Georgia, l-UE u l-Moldova u l-UE u l-Ukrajna u jirrimarka li skont l-Artikolu 49 tat-TUE, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, bħal kwalunkwe Stat Ewropew ieħor, għandhom perspettiva Ewropea u jistgħu japplikaw sabiex isiru membri tal-Unjoni Ewropea dment li jaderixxu mal-prinċipji tad-demokrazija, ir-rispetta tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi, u jiżguraw l-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi r-riżoluzzjoni lill-Presidenti, lill-Prim Ministri u l-kelliema tal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tan-Netherlands.</p>
</Section></Motion>