<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0077/2016</Ref><Date>15.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni / Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/3032(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="96825">Norica Nicolai</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE575.979v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0077/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni / Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-3032" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-3032">2015/3032(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">The European Parliament</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni tas-27 ta' Ġunju 2014 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, flimkien mal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi li jakkumpanjawhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-ratifika ta’ dawn il-ftehimiet mill-Parlament Ewropew f’Settembru (l-Ukrajna), Novembru (il-Moldova) u Diċembru 2014 (il-Georgia), u r-riżoluzzjonijiet li jakkompanjawhom adottati sussegwentement mill-Parlament Ewropew,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tiegħu dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, adottat f’Ġunju 2015, u r-riżoluzzjonijiet relevanti tiegħu dwar is-sitwazzjoni politika f’dawn it-tliet pajjiżi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Aġendi ta’ Assoċjazzjoni għall-2014-2016 li ġew wara l-pjan ta’ azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) għat-tliet pajjiżi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni min-naħa tal-Georgia u tal-Ukrajna tal-pjan ta' azzjoni dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża tat-18 ta' Diċembru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u s-Sħubija tal-Lvant twaqqfu u ġew imfassla biex jippromwovu l-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità fl-Ewropa permezz tal-appoġġ għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli; billi l-PEV u l-impenn u s-sħubija tal-UE mal-Ġirien tal-Lvant qatt ma ġew imfassla biex ikunu ta' sfida ġeopolitika kontra kwalunkwe pajjiż ieħor;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni issa ilhom fis-seħħ għal iktar minn sena flimkien mal-ftehimiet ta’ kummerċ mal-Georgia u l-Moldova; billi ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) bejn l-Ukrajna u l-UE daħlet fis-seħħ b’mod sħiħ fl-1 ta’ Jannar 2016; billi l-ħolqien ta’ Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (DCFTA) bejn l-UE u l-Georgia, l-UE u l-Moldova, u l-UE u l-Ukrajna jirrappreżenta wieħed mill-aktar benefiċċji reċiproċi sinifikanti tal-ftehimiet, peress li l-importanza tal-kummerċ għat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, il-prosperità u l-istabbiltà hija inkontestabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-ivvjaġġar mingħajr viża ġie introdott bejn l-UE u l-Moldova f’April 2014, u billi l-aħħar rapporti tal-Kummissjoni f’Diċembru 2015 jindikaw li l-Georgia u l-Ukrajna issa jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-impenn tal-UE mas-sħab tal-Lvant ġie milqugħ b’reżistenza mill-Federazzjoni Russa, li tidher li tqis l-influwenza tal-UE biss f’termini ta’ kompetizzjoni ġeopolitika, f’kuntest fejn ir-rebħ ta' waħda huwa t-telf tal-oħra; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi r-Russja għadha involuta, direttament jew indirettament, f’kunflitti u diviżjonijiet interni li jmissuhom kollha lil dawn it-tliet pajjiżi ta' assoċjazzjoni – il-kunflitti tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar fil-Georgia, il-kwistjoni tat-Transnistrija fil-Moldova u l-annessjoni Russa tal-Krimea u involviment Russu fil-kunflitt fil-partijiet tal-Lvant tal-Ukrajna; billi dawn il-kunflitti jimminaw l-integrità territorjali tal-pajjiżi sħab, huma kontra d-dritt internazzjonali u jdgħajfu s-sitwazzjoni ġenerali tas-sigurtà fil-kontinent tal-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha adottaw serje ta’ sanzjonijiet u miżuri restrittivi kontra l-Federazzjoni Russa u uffiċjali Russi, b’mod partikolari bħala konsegwenza tal-annessjoni Russa tal-Krimea u l-involviment dirett tar-Russja fil-kunflitt fil-parti tal-Lvant tal-Ukrajna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-pajjiżi ta' assoċjazzjoni qed jagħmlu progress li jista’ jitkejjel f’bosta oqsma filwaqt li fl-istess ħin qed jiffaċċjaw pressjoni politika interna minn riformi politiċi, soċjali u ekonomiċi u minn kultura demokratika li għadha qed tiżviluppa, kif ukoll pressjoni esterna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-istituzzjonijiet demokratiċi għadhom dgħajfa fit-tliet pajjiżi ta' assoċjazzjoni; billi l-preżenza ta’ interessi ekonomiċi f’xi wħud mill-partiti politiċi, u b’hekk fil-gvernijiet u n-nomina tal-kabinett tagħhom, taffettwa b’mod deċiżiv il-konfigurazzjoni demokratika tal-pajjiżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-konklużjoni tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mhijiex għan fih innifsu, imma parti minn proċess usa’ għat-tiftix ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-pajjiżi ta’ assoċjazzjoni eqreb lejn l-UE, f’termini ġuridiċi, ekonomiċi, politiċi u ta' riformi soċjali u konverġenza; billi, għal dan il-għan, l-implimentazzjoni hija essenzjali; billi dan il-proċess huwa bbażat fuq il-valuri komuni tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi assoċjati, li huma kollha membri tal-Kunsill tal-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jilqa’ l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u l-impatt pożittiv li kellhom il-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles kellhom f’dawk li huma żieda fil-kummerċ u fil-kuntatti tan-negozju, inċentivi ta' riforma u kontribut għat-tkabbir ekonomiku, u jtenni r-rieda tal-UE li tagħmel aktar sforzi bil-għan li ssostni r-riżultati pożittivi tar-riformi li saru, tissorvelja mill-qrib l-impatt tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles u tnaqqas kemm jista' jkun kwalunkwe impatt negattiv possibbli tar-reġim ġdid ta’ kummerċ ħieles li jkun fis-seħħ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza l-fatt li l-pajjiżi ta' assoċjazzjoni b’mod ħieles għażlu impenn kuntrattwali mal-Unjoni Ewropea u li l-għażla tagħhom għandha tkun rispettata bis-sħiħ; itenni li l-PEV u s-Sħubija tal-Lvant m’humiex sfida ġeopolitika kontra xi parti terza, iżda politika fit-tul favur l-istabbiltà, il-prosperità u d-demokrazija fil-kontinent Ewropew ibbażata fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt u ekonomija tas-suq; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jenfasizza li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea unanimament iffirma l-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jilqa’ l-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni rigward il-liberalizzazzjoni tal-viża għall-Ukrajna u l-Georgia fl-aħħar valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża ma’ dawn iż-żewġ pajjiżi; jistenna li l-Kunsill u l-Istati Membri jipproċedu biex jagħtu liż-żewġ pajjiżi sistema ta’ vjaġġar mingħajr viża mingħajr dewmien żejjed; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Diċembru 2015 meħuda mill-Kunsill biex is-sanzjonijiet kontra r-Russja jiġu estiżi, peress li l-ftehim ta’ Minsk għadu ma ġiex implimentat għalkollox; jenfasizza li l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta’ Minsk tibqa’ ċentrali għall-istabbilizzazzjoni tal-parti tal-Lvant tal-Ukrajna u li s-sanzjonijiet tal-UE ser jibqgħu fis-seħħ sakemm ir-Russja tkun wettqet il-parti tagħha tal-ftehim; ifakkar li s-sanzjonijiet mhumiex għan fihom infushom, u jesprimi t-tama li l-Federazzjoni Russa ma ddumx ma tirrispetta d-dritt internazzjonali, u b'hekk meta dan iseħħ l-UE ser tkun tista’ tneħħi s-sanzjonijiet tagħha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jenfasizza li l-kunflitti fil-Viċinat tal-Lvant jeħtieġu attenzjoni politika ulterjuri mill-Unjoni Ewropea u mill-organizzazzjonijiet multilaterali tas-sigurtà kollha fl-Ewropa, b’mod partikolari l-OSKE u l-Presidenza Ġermaniża tal-OSKE; Jistieden lis-SEAE, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jieħdu approċċ aktar proattiv u jużaw il-mekkaniżmi diplomatiċi u politiċi kollha li hemm stabbiliti biex jittrattaw dawn il-kunflitti; jirrimarka li jekk mekkaniżmu speċifiku ta’ riżoluzzjoni diplomatika ma jagħti l-ebda riżultat minkejja snin ta’ sforzi, għandhom jiġu previsti formati ġodda; ifakkar li l-UE tista’ taġixxi bil-mod l-aktar qawwi fuq ix-xena dinjija meta tkun magħquda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżviluppaw, flimkien mal-pajjiżi ta' assoċjazzjoni, miżuri ta’ bini tal-fiduċja li jistgħu jnaqqsu t-tensjoni dwar linji ta’ separazzjoni u jtaffu t-tbatija tan-nies f’dawn il-kunflitti; f’dan il-kuntest, jenfasizza l-importanza tax-xogħol kontinwu li jsir mill-missjonijiet tal-PSDK tal-UE – il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri (EUBAM) għall-Moldova u l-Ukrajna u l-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea (EUMM) fil-Georgia; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Itenni l-appoġġ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi kollha tal-Viċinat tal-Lvant, inkluż għat-tliet pajjiżi ta' assoċjazzjoni, u jissottolinja li l-ftehimiet, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ ħieles, għandhom jiġu implimentati b’tali mod li jiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-konflitti territorjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jenfasizza li bit-tqarrib tal-leġislazzjoni tal-UE f’oqsma bħalma huma l-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku mill-gvern, u l-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, id-DCFTA ser tikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni ta’ dawn l-ekonomiji, u b’hekk tipprovdi impetu għar-riforma u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; titjib fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel ser jippermetti lill-pajjiżi jsiru eliġibbli biex jesportaw prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn l-UE; jinnota li l-approssimazzjoni tal-istandards sanitarji u fitosanitarji (SPS) u tar-regolamenti u l-istandards tekniċi għar-rekwiżiti tal-UE għandhom iwasslu għal effetti pożittiv ta' tkabbir fl-agrikoltura u s-settur tal-ipproċessar tal-ikel; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ġudikatura tkun assolutament indipendenti fil-Georgia, l-Ukrajna u l-Moldova; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' libertà vera tal-istampa; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-każijiet kollha fejn il-libertà tal-espressjoni u tal-istampa jinsabu f'riskju; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jemmen li l-iskrutinju parlamentari huwa kundizzjoni fundamentali għall-appoġġ demokratiku għall-politiki tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiffaċilita l-monitoraġġ regolari u dettaljat tal-implimentazzjoni tad-DCFTA mill-Parlament Ewropew b'mod li jkun f'waqtu. jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tad-DCFTAs sabiex tipprevjeni d-dumping soċjali u ambjentali, speċjalment matul il-perjodu ta' tranżizzjoni fil-każ ta' ċerti setturi; jenfasizza l-importanza tad-diplomazija parlamentari u jiġbed l-attenzjoni, f’dan ir-rigward, lejn il-ħtieġa ċara ta' riforma tal-Assemblea Parlamentari Euronest; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Iħeġġeġ lit-tliet pajjiżi ta' assoċjazzjoni biex jagħmlu sforzi ulterjuri fl-oqsma li ġejjin:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" text-decoration="underline">fir-rigward tal-Georgia</span>:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">i.  jinnota l-bidla tal-Prim Ministru fil-Georgia f’Diċembru 2015 u jilqa’ l-istqarrijiet favur il-kooperazzjoni mal-oppożizzjoni parlamentari bħala mezz għat-tnaqqis tal-polarizzazzjoni politika tensa fil-pajjiż; iqis, madankollu, li n-negozju u l-politika m’għandhomx ikunu interkonnessi meta wieħed ikun qed imexxi pajjiż demokratiku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">ii.  jilqa’ r-riformi reċenti min-naħa tal-awtoritajiet tal-Georgia sabiex ikomplu jissaħħew aktar l-istabbiltà, l-indipendenza u l-effikaċja tal-istituzzjonijiet tal-istat, b’mod partikolari l-istituzzjonijiet ġudizzjarji, u l-isforzi biex jiġi kkonsolidat il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; iqis, madankollu, li dawn ir-riformi huma insuffiċjenti fl-ambitu tagħhom u jonqsu milli jindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet ġudizzjarji, b’mod partikolari l-kwistjoni tal-indipendenza u tal-integrità istituzzjonali kontra influwenza politika żejda; b’mod aktar speċifiku, jitlob li tiġi stabbilita l-għażla tal-imħallfin li tkun trasparenti u bbażata fuq il-mertu u li ssir bidla fit-term ta’ 3 snin tas-sistema ta’ prova għall-imħallfin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">iii.  jenfasizza li l-prosekuzzjonijiet għandhom ikunu trasparenti, ibbażati fuq il-provi, proporzjonati u ħielsa minn motivazzjoni politika, u għandhom jimxu strettament mal-proċeduri ta' investigazzjoni u ta' proċess ġust u jitwettqu b'rispett sħiħ tal-prinċipji ta' smigħ ġust, kif imnaqqax fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jibqa' mħasseb dwar in-nuqqas ta' obbligu ta' rendikont tal-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-kriterji vagi li skonthom jinħatru l-prosekuturi u l-investigaturi; jappella biex ikomplu jsiru sforzi favur l-indipendenza sħiħa, l-effiċjenza, l-imparzjalità u l-professjonaliżmu fil-ġudikatura, l-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-Ministeru tal-Intern, kif ukoll fis-Servizz ta’ Sigurtà li għadu kif ġie stabbilit, u jitlob għall-promozzjoni tar-rieda politika biex jinħolqu l-mekkaniżmi għall-obbligu ta' rendikont tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">iv.  jilqa’ l-bidliet fil-Kodiċi tax-Xogħol fil-Georgia; jenfasizza, madankollu, li l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fir-rigward tad-drittijiet tax-xogħol għandha tibqa’ fil-quċċata tal-aġenda; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">v.  ittenni t-tħassib tiegħu dwar id-destin tat-tfal imqiegħda f’istituzzjonijiet reliġjużi residenzjali mingħajr is-superviżjoni eżerċitata mill-Istat, jenfasizza r-responsabilità tal-Gvern taħt id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li jħares lit-tfal kollha mill-vjolenza, u jitlob li jittieħdu miżuri biex tiġi żgurata investigazzjoni effettiva u r-rijabilitazzjoni għat-tfal li huma vittmi ta’ trattament ħażin u/jew abbuż sesswali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">vi.  jitlob li jkun hemm politika ċara, trasparenti u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, u mekkaniżmi għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kumpens għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u li jiġi żgurat li dan il-proċess jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tal-istat tad-dritt u l-proċess xieraq; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">vii.  jenfasizza l-bżonn ta’ kultura politika mtejba u klima ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali; iqis li d-detenzjoni u t-tfigħ il-ħabs ta’ uffiċjali li servew taħt gvernijiet preċedenti u ta' membri tal-oppożizzjoni attwali jistgħu jitqiesu bħala sinjal ta’ ġustizzja selettiva; jesprimi tħassib dwar l-użu potenzjali tas-sistema ġudizzjarja biex issir ġlieda lill-avversarji politiċi, fatt li jista' jdgħajjef il-perkors Ewropew tal-Georgia kif ukoll l-isforzi li saru mill-awtoritajiet tal-Georgia fil-qasam tar-riforma demokratika; jistieden lill-forzi politiċi kollha jevitaw dan it-tip ta’ strumentalizzazzjoni, filwaqt li jkomplu bil-ġlieda serja għall-eliminazzjoni tal-korruzzjoni u l-abbuż tal-karigi pubbliċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">viii.  jistieden lill-gvern tal-Georgia, speċjalment fid-dawl tal-elezzjonijiet parlamentari tal-2016, biex joħloq ambjent favorevoli għall-midja ħielsa li jippromwovi l-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja, u biex jippermetti lill-midja tirrapporta b’mod indipendenti u oġġettiv mingħajr pressjoni politika jew ekonomika; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tentattivi reċenti biex tinbidel is-sjieda u l-politika editorjali tal-istazzjon televiżiv indipendenti u l-aktar popolari tal-Georgia, Rustavi 2, kif ukoll dwar il-libertà tal-midja fil-pajjiż; jitlob, f’dan ir-rigward, għall-implimentazzjoni sħiħa tal-liġi dwar it-trasparenza tas-sjieda tal-midja, u jtenni li kwalunkwe deċiżjoni tal-Qorti m’għandhiex iddgħajjef l-indipendenza tal-politika editorjali tal-midja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">ix.  jistieden lill-Gvern tal-Georgia jagħti bidu għal riforma tal-liġi elettorali bil-għan li tiġi żgurata rappreżentanza proporzjonali u pluralista aħjar, b’konformità mar-rekwiżiti internazzjonali u Ewropej u d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Georgia; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">x.  jikkundanna l-isforzi biex jittellgħu monumenti u statwi ta’ Joseph Stalin, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Georgia jbiegħdu ruħhom minn tali attivitajiet u juru r-rispett dovut għat-tifkira tal-miljuni ta’ vittmi tal-Istaliniżmu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">xi.  jenfasizza li, skont l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Georgia (Geostat), l-ewwel 12-il xahar tal-implimentazzjoni tad-DCFTA jindikaw żieda fl-importazzjonijiet tal-UE mill-Georgia ta’ 15 %, filwaqt li l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Georgia naqsu kemm kemm, b’6.2 %; jappella għall-adeżjoni tal-Georgia mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija bil-għan li tiġi żgurata konformità sħiħa mal-Kapitolu 11 tad-DCFTA; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">xii.  jenfasizza l-ħtieġa li titħaffef l-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar is-sikurezza tal-ikel fil-prattika u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-Georgia bil-għan li jinkisbu r-riżultati mixtieqa tad-DCFTA; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">xiii.  jistieden lill-gvern tal-Georgia jiżgura li s-soċjetà ċivili tkun involuta kif xieraq fil-proċess ta’ riforma; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" text-decoration="underline">fir-rigward tal-Moldova</span>:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">i.  jiddispjaċih li l-Parlament tal-Moldova u l-partiti politiċi rappreżentati fih għadhom ma rnexxilhomx jiffurmaw gvern ġdid minn meta l-vot ta’ sfiduċja fid-29 ta’ Ottubru 2015 wassal għar-riżenja tal-gvern tal-Prim Ministru Valeriu Streleț; iqis li l-impass politiku attwali fil-Moldova laħaq punt kritiku li għandu r-riskju li jiddestabbilizza l-istituzzjonijiet tal-pajjiż u jipperikola l-ekonomija, il-leġittimità politika tal-partiti politiċi kollha u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li għandu impatt qawwi fuq l-influss ta’ investiment dirett barrani (IDB);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">ii.  jappella lill-partiti politiċi kollha tal-Moldova biex jimpenjaw ruħhom serjament fin-negozjati biex isibu maġġoranza biex jifformaw gvern li jkun jista' jipproċedi bl-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa, b’mod partikolari l-istabbilizzazzjoni tal-ekonomija b’konformità mat-talbiet tal-Bank Dinji u tal-FMI biex jiġu żgurati l-investimenti u l-akkwist pubbliku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">iii.  jenfasizza li l-Moldindconbank, il-Moldova Agroindbank u l-Victoria Bank għandhom ikunu għaddejjin minn awditi djanjostiċi, u li kwalunkwe problema li tiġi żvelata għandha tiġi ttrattata immedjatament; jinnota li s-superviżjoni tas-settur bankarju għadha waħda insuffiċjenti; jenfasizza li huma n-negozji li jġorru l-kost tal-kriżi finanzjarja permezz ta’ aċċess aktar diffiċli għas-self; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">iv.  jenfasizza li wara sena ta’ implimentazzjoni tad-DCFTA, l-esportazzjonijiet totali  tal-Moldova naqsu b’14.8 %, filwaqt li, madankollu, il-kummerċ mal-UE kien dak l-aktar stabbli fejn l-esportazzjonijiet naqsu b’1.4 % biss, filwaqt li l-esportazzjonijiet lejn il-KSI u sħab oħra naqsu b’mod aktar sinifikanti; jindika b'mod partikolari l-każ tal-prodotti agroalimentari, li l-aspettattivi għalihom kienu għoljin u fejn ħafna opponenti allegaw li l-Moldova ma kinitx kompetittiva, iżda l-bidla fl-esportazzjonijiet lejn l-UE kienet waħda pożittiva, b’żieda ta’ 10.8 %;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">v.  jinnota, fir-rigward tas-servizzi, li għad fadal dgħufijiet fundamentali fil-leġiżlazzjoni interna f'dak li jirrigwarda d-definizzjonijiet bażiċi għall-istabbiliment u ċ-ċirkolazzjoni tal-professjonisti u s-settur tal-assigurazzjoni, u b'hekk jesponu lill-Moldova għal riskji simili għal dawk li wasslu għall-kriżi bankarja globali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" text-decoration="underline">fir-rigward tal-Ukrajna</span>:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">i.  jiddispjaċih li l-ftehim ta’ Minsk għadu ma ġiex implimentat għalkollox, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Ukrajna, kif ukoll lill-awtoritajiet Russi, jitfgħu l-isforzi kollha tagħhom fit-twettiq tal-implimentazzjoni sħiħa u kompleta tal-obbligi tagħhom skont dan il-ftehim; jilqa’ l-ħidma fuq ir-riformi leġislattivi meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ftehim ta’ Minsk, fuq il-ħidma biex jitwettaq għalkollox il-pjan ta’ azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viża u biex ikun hemm konformità mal-Pjan ta' Azzjoni ta' Assoċjazzjoni, u jenfasizza li dawn ir-riformi, meta jiġu implimentati bis-sħiħ, se jibdlu b’mod fundamentali s-soċjetà Ukrajna u jtejbu l-kundizzjonijiet għaċ-ċittadini Ukreni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">ii.  jistieden lill-Istati Membri jżommu l-missjoni tal-OSKE kompluta mil-lat ta' persunal u kompletament operattiva; jinnota l-appelli min-naħa tal-Gvern tal-Ukrajna għal forza internazzjonali għaż-żamma tal-paċi estiża tul il-fruntiera bejn l-Ukrajna u r-Russja u fid-distretti ta' Luhansk u Donetsk; jaqbel li, ladarba s-sitwazzjoni tkun tipppermetti u bħala parti mill-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta’ Minsk, għandha tiġi offruta missjoni tal-PSDK immexxija mill-UE biex tintbagħat lill-partijiet fil-kunflitt, biex tgħin f’kompiti bħalma hi t-tneħħija tal-mini, tgħin fit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet lokali u tiżgura l-aċċess liberu għall-organizzazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">iii.  itenni l-appell li tkompli tingħata attenzjoni partikolari lir-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bħala punt kritiku biex jinġiebu lura l-fiduċja sħiħa u l-leġittimità għall-Parlament Ukren u għall-partiti politiċi tal-Ukrajna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">iv.  jistieden lill-awtoritajiet Ukreni, lill-politiċant, mexxejja, partiti politiċi u opinjonisti oħra Ukreni jkomplu jagħmlu aktar sforzi biex jgħaqqdu lill-pajjiż, biex jegħilbu d-diviżjonijiet interni u jtemmu l-kultura politika li ta’ spiss hi polarizzata fil-pajjiż; jenfasizza li l-partiti politiċi għandhom jiġu ttrasformati f’organizzazzjonijiet għalkollox demokratiċi u bbażati kompletament fuq il-komunitajiet lokali u ma jiddependux mill-oligarki għall-finanzjament u l-influwenza; jenfasizza l-ħtieġa li l-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti tiġi implimentata b'mod strett; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">v.  jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv fl-1 ta’ Jannar 2016 u jiddispjaċih minħabba d-deċiżjoni tal-Federazzjoni Russa li tillimita l-kummerċ mal-Ukrajna, bi ksur tal-impenji bilaterali u tad-WTO; ifakkar li l-Kummissjoni ilha involuta f’taħditiet tekniċi mal-Ukrajna u r-Russja dwar il-konsegwenzi tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles, li huwa l-ewwel darba li l-UE qatt daħlet f’diskussjonijiet ma’ pajjiż terz dwar ftehim bilaterali; jittama li dawn it-taħditiet ikunu jistgħu jkompli u jwasslu għal riżultati konkreti; jistieden lill-Federazzjoni Russa, għalhekk, iżżomm lura milli tkompli tagħmel aktar restrizzjonijiet kummerċjali, u jistedinha għal impenn aktar kostruttiv kemm mal-UE u kemm mal-Ukrajna; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">vi.  jinnota li l-Ukrajna rat tnaqqis fl-esportazzjonijiet totali tagħha fl-ewwel nofs tal-2015, filwaqt li bidla fl-istruttura reġjonali tal-esportazzjonijiet fissret li s-sehem tal-esportazzjonijiet lejn l-UE baqa' stabbli bir-rata ta' madwar 30 % tal-esportazzjonijiet totali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">vii.  iħeġġeġ lill-Ukrajna tallinja l-leġiżlazzjoni tagħha ma’ dik tal-UE fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-governanza korporattiva, kontabilità u l-awditjar u tneħħi l-miżuri tagħha ta’ restrizzjoni tal-esportazzjoni fuq l-injam, li jiksru l-Artikolu 35 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u r-regoli tad-WTO; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">viii.  jilqa’ id-deċiżjoni tal-Ukrajna li tneħħi l-miżuri ta’ salvagwardja tagħha minn fuq il-karozzi tal-passiġġieri b’konformità mad-deċiżjoni tad-WTO tal-20 ta’ Lulju 2015 u jirrikonoxxi t-tneħħija tad-dazju erga omnes speċjali addizzjonali għal raġunijiet ta’ żbilanċi tal-bilanċ tal-pagamenti li l-Ukraina daħħlet fi tmiem l-2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jappella għat-tlestija rapida tar-riforma tal-enerġija li bdiet fl-2015; jinnota li mill-1 ta’ April 2016, il-prezzijiet tal-enerġija kollha għandhom jingħaqdu ħaġa waħda biex jiġi evitat aktar arbitraġġ privileġġjat għal ċerti persuni ta' ġewwa, u għandu jiddaħħal suq reali għall-gass u l-elettriċità u das-suq jiġi sorveljat minn regolatur indipendenti verament; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi midja ħielsa u l-libertà tal-espressjoni bħala pedament bażiku, filwaqt li jiżdiedu l-isforzi biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u tittejjeb il-komunikazzjoni strateġika tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE fil-Viċinat tal-Lvant, inkluż għat-tliet pajjiżi ta' assoċjazzjoni, flimkien mal-attivitajiet imwettqa mit-Task Force StratCom tal-Lvant tal-UE, struttura li għadha kemm ġiet stabbilita fi ħdan is-SEAE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jinnota li, skont l-Artikolu 49 tat-TUE, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna – bħal kull Stat Ewropew ieħor – jistgħu japplikaw biex isiru membri tal-Unjoni dment li jżommu mal-prinċipji tad-demokrazija, jirrispettaw il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem u dawk tal-minoranzi, u jiżguraw l-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Itenni t-talba tiegħu għal tiġdid tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, abbażi ta’ viżjoni politika ċara u ambizzjuża u l-ħtieġa li nitkellmu b’leħen politiku wieħed; itenni t-talba tiegħu li jinħatru Rappreżentanti Speċjali tal-UE għal-Lvant u għan-Nofsinhar, bil-kompitu li politikament jikkoordinaw politika riveduta; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jistieden lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Presidenti, lill-Parlamenti u lill-Gvernijiet tal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna, kif ukoll lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Kunsill tal-Ewropa.</p>
</Section></Motion>