<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0148/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0103">B8-0103/2016</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2526(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124842">Daniela Aiuto</Author>, <Author id="125237">Marco Zullo</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.508v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0148/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2526" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2526">2016/2526(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Programm ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing +5 (2000), Beijing +10(2005), Beijing +15 (2010) u Beijing +20 (2015),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra rapport ta' riċerka tal-Kummissjoni bit-titolu "Evaluation of the strengths and weaknesses of the strategy for equality between women and men 2010-2015" (Valutazzjoni tal-punti bsaħħithom u dgħajfa tal-istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2010 bl-isem "Impenn imsaħħaħ għall-ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel Karta f'Isem il-Mara" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0078" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0078">COM(2010)0078</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bit-titolu "Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0491" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0491">COM(2010)0491</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0218" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0218/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0218</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-analiżi tal-konsultazzjoni pubblika ta' Ottubru 2015 bit-titolu "L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-UE",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, tas-26 ta' Novembru 2015, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2016-2019) (SWD (2015)0278),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur tas-7 ta' Diċembru 2015, u b'mod partikolari l-punt 35 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015 (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000006" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000006">O-000006/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0103">B8-0103/2016</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali tal-Istati Membri, u billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija essenzjali, bħala objettiv strateġiku, biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali ta' tkabbir, impjieg u inklużjoni soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi d-dritt għal trattament ugwali huwa dritt fundamentali definittiv b'għeruq profondi fis-soċjetà Ewropea u huwa essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' din is-soċjetà, u billi għandu japplika fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fil-ġurisprudenza u fil-ħajja ta' kuljum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, storikament, l-Istati Membri ħadu passi importanti biex isaħħu d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, iżda billi kien hemm tnaqqis fir-ritmu tal-azzjoni politika u tar-riforma fil-livell tal-UE matul dawn l-aħħar għaxar snin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-istrateġija preċedenti tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall-2010-2015 la kienet adegwata u lanqas komprensiva biżżejjed biex tikkontribwixxi fil-progress b'rabta mal-ugwaljanza fil-livell Ewropew u fil-livell internazzjonali, u billi l-objettivi ddikjarati tagħha ma ntlaħqux b'mod effikaċi; billi strateġija ġdida għal wara l-2015 se jeħtiġilha tipprovdi spinta ġdida u toffri azzjoni konkreta biex id-drittijiet tan-nisa jissaħħu u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015, il-Parlament talab b'mod ċar li tiġi żviluppata strateġija ġdida u separata għal wara l-2015 għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u d-drittijiet tan-nisa; billi r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika juru li 90 % ta' dawk li wieġbu huma favur strateġija ġdida; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi, skont statistika riċenti tal-Eurostat, fl-2014 ir-rata ta' impjieg fl-Istati Membri fost l-irġiel (70.1 %) kienet għadha ogħla mir-rata ta' impjieg fost in-nisa (59.6 %);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi kważi terz tan-nisa (32.2 %) ħadmu part-time fl-2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi d-diskrepanza bejn in-nisa u l-irġiel f'dak li jikkonċerna l-intraprenditorija għadha kbira, u billi fl-2012, 31 % biss miċ-ċittadini li jaħdmu għal rashom kienu nisa, filwaqt li min-nisa li jaħdmu, 10 % biss kienu jaħdmu għal rashom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi għadhom iseħħu ħafna forom ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa, u billi anki dan l-aħħar kien hemm inċidenti serji ta' abbuż u vjolenza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifakkar li t-trattament indaqs u l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel huma għan importanti għall-Istati Membri kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jinnota li fl-imgħoddi l-Kummissjoni approvat Komunikazzjoni dwar Strateġija għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel, approvata mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iqis li hija ħasra li l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2016, ippubblikat f'Novembru 2015, m'għamel ebda referenza speċifika għall-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel wara l-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jiddeplora l-fatt li fit-3 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni ppubblikat biss dokument ta' ħidma tal-persunal bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi għall-2016-2019), u b'hekk, apparti li ppreżentat dokument intern iddeklassifikat, illimitat ukoll it-tul ta' żmien tal-azzjonijiet tiegħu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jiddeplora l-approċċ tal-Kummissjoni lejn l-impenn strateġiku, u n-nuqqas ta' progress li għamlet biex twettaq l-impenji u l-indikaturi tagħha stess, li la jistgħu jitkejlu u lanqas jintlaħqu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jieħu nota tal-falliment tal-istrateġija Ewropea fil-qasam tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-impenji dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi jitwettqu b'mod ċar u trasparenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu passi ulterjuri biex jindirizzaw kwistjonijiet ta' ugwaljanza, jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa u jiżguraw aċċess ugwali u opportunitajiet indaqs fl-oqsma tal-impjieg, is-saħħa u l-edukazzjoni, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>