<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0150/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0103">B8-0103/2016</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2526(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124936">Maria Arena</Author>, <Author id="124836">Maria Noichl</Author>, <Author id="112748">Biljana Borzan</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="96603">Nessa Childers</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="28298">Iratxe García Pérez</Author>, <Author id="1913">Evelyne Gebhardt</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="124801">Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="2327">Linda McAvan</Author>, <Author id="124846">Pina Picierno</Author>, <Author id="111014">Josef Weidenholzer</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125026">Angelika Mlinar</Author>, <Author id="96955">Catherine Bearder</Author>, <Author id="96922">Izaskun Bilbao Barandica</Author>, Sophia in ’t Veld</span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="113959">Martina Anderson</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="124986">Matt Carthy</Author>, <Author id="124987">Liadh Ní Riada</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="125049">Lidia Senra Rodríguez</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="103381">Terry Reintke</Author>, <Author id="124972">Ernest Urtasun</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.510v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0150/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2526" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2526">2016/2526(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pekin u l-Pjattaforma għall-Azzjoni adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Pekin +5 (2005), Pekin +15 (2010) u Pekin +20 (2015),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 1996 bit-titolu "L-inkorporazzjoni ta' opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fil-politiki u fl-attivitajiet kollha tal-Komunità" (COM(96)0067), li fiha hija impenjat ruħha li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet u l-politiki kollha tagħha fil-livelli kollha, u b’hekk stabbiliet il-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'Marzu 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra rapport ta' riċerka tal-Kummissjoni bit-titolu "Evaluation of the strengths and weaknesses of the strategy for equality between women and men 2010-2015" (Valutazzjoni tal-punti b’saħħithom u dgħajfa tal-istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2010 bl-isem "Impenn Imsaħħaħ għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: Karta f'Isem il-Mara" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0078" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0078">COM(2010)0078</ANCHOR>), Karta f'Isem il-Mara" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0078" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0078">COM(2010)0078</ANCHOR>), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 intitolata "Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0491" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0491">COM(2010)0491</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0218" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0218/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0218</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-analiżi tal-konsultazzjoni pubblika "L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-UE", ippubblikata f'Ottubru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel tas-26 ta' Novembru 2015, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019" (SWD (2015)0278)),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) tas-7 ta' Diċembru 2015, b'mod partikolari l-paragrafu 35 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-grupp ta' tliet Presidenzi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tas-7 ta' Diċembru 2015 min-Netherlands, is-Slovakkja u Malta,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-istrateġija l-ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-Ewropa wara l-2015 (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000006" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000006">O-000006/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0103">B8-0103/2016</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur ċentrali tal-UE – kif rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – li l-UE impenjat ruħha biex tintegra fl-attivitajiet kollha tagħha, u billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija essenzjali bħala objettiv strateġiku, biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali ta' Ewropa 2020 ta' tkabbir, impjiegi u inklużjoni soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi d-dritt għal trattament ugwali huwa dritt fundamentali deċiżiv li huwa rikonoxxut fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea u li huwa fermament stabbilit fis-soċjetà Ewropea, u billi huwa essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' din is-soċjetà u għandu japplika fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fil-ġurisprudenza u fil-ħajja ta' klujum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-UE minn dejjem ħadet passi importanti biex issaħħaħ id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda billi l-azzjoni politika u r-riforma għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell tal-UE naqqsu l-pass tagħhom matul l-aħħar għaxar snin; billi l-istrateġija ta' qabel tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall- 2010-2015 ma kinitx biżżejjed komprensiva biex tikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell Ewropew u internazzjonali, u billi l-objettivi ppjanati tagħha ma ġewx effettivament sodisfatti; billi strateġija ġdida għal wara l-2015 jeħtiġilha tagħti spinta ġdida u twassal għal azzjoni konkreta biex id-drittijiet tan-nisa jissaħħu u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-valutazzjoni tal-Istrateġija 2010-2015, u tal-pożizzjonijiet tal-partijiet interessati, stabbiliti f'rapport ta' riċerka tal-Kummissjoni bit-titolu "Evaluation of the strengths and weaknesses of the strategy for equality between women and men 2010-2015" (Il-valutazzjoni tal-punti b'saħħithom u dgħajfa tal-istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015) tissottolinja l-ħtieġa li jissaħħaħ aktar l-approċċ strateġiku adottat fl-2010;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 il-Parlament talab b'mod ċar li tiġi żviluppata strateġija ġdida u separata għal wara l-2015 għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u d-drittijiet tan-nisa; billi r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika juru li 90 % ta' dawk li wieġbu huma favur strateġija ġdida; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO tas-7 ta' Diċembru 2015 (paragrafu 35) jistiednu lill-Kummissjoni "tadotta, bħala komunikazzjoni, strateġija ġdida għall-ugwaljanza bejn is-sessi wara l-2015"; billi fid-dikjarazzjoni tiegħu tas-7 ta' Diċembru 2015 il-Grupp ta' Tliet Presidenzi tal-UE impenjati biex jgħaddu abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill lill-Kunsill EPSCO dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi wara l- 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifakkar li l-Kummissjoni hija marbuta bl-Artikolu 2 TUE u bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali biex tieħu azzjoni favur l-ugwaljanza bejn is-sessi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jinnota li fl-imgħoddi l-Kummissjoni approvat b'mod ċar Komunikazzjoni ċara, trasparenti leġittima u pubblika dwar Strateġija għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel, approvata mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE, fl-ogħla livell politiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iqis li hija ħasra li l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016, ippubblikat f'Novembru 2015, ma għamel ebda referenza speċifika għall-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi wara l-2015; jiddeplora l-fatt li fit-3 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni ppubblikat biss dokument ta' ħidma tal-persunal intitolat "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019), u b'hekk mhux biss naqqset il-livell ta' dokument intern, iżda wkoll illimitat it-tul ta' żmien tal-azzjoni tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jilqa' l-approċċ tal-Kummissjoni kif stabbilit fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tagħha, imsemmi hawn fuq, dwar impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda jiddeplora n-nuqqas ta' punti ta' riferiment konkreti u ta' baġit speċifiku, li mingħajru la jista' jiġi kkalkolat u lanqas ma jista' jinkiseb progress fuq il-miri u l-indikaturi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel segwitu dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika u l-pożizzjonijiet tal-Parlament u tal-Kunsill billi immedjatament tadotta Komunikazzjoni dwar Strateġija Ġdida għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Drittijiet tan-Nisa għall-2016-2020 li tindirizza kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma tal-vjolenza kontra n-nisa, il-ħin tax-xogħol, it-teħid ta' deċiżjonijiet, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-midja u r-relazzjonijiet esterni, u tkun konformi mal-aġenda internazzjonali, jiġifieri d-dokument dwar l-eżiti ta' Pekin +20 tal-2015 u l-qafas il-ġdid intitolat "Gender Equality and Women's Empowerment:  Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations (2016-2020) (L-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-Setgħa lin-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE (2016-2020)); jistieden lill-Kummissjoni tipproponi inizjattivi leġiżlattivi fil-Programm ta' Ħidma tagħha bil-għan li jingħelbu l-inugwaljanzi li fadal bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Parlament u l-Kunsill, u jappella għal summit tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa bil-ħsieb li jiġi identifikat il-progress li sar u biex jittieħdu impenji mġedda fil-qafas tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill EPSCO f'Marzu 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>