<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0153/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2515(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="34249">Filiz Hyusmenova</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="124707">Petr Ježek</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="96825">Norica Nicolai</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="134243">Jasenko Selimovic</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.514v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0153/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2515" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2515">2016/2515(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Jemen, b'mod partikolari dik tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0270" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0270/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0270</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-10 ta' Jannar 2016 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, u tal-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar l-attakk fuq ċentru tas-saħħa tal-MSF fil-Jemen,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-15 ta' Diċembru 2015 mill-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar it-tkomplija tat-taħdidiet iffaċilitati min-NU dwar il-Jemen, u d-dikjarazzjoni konġunta tat-2 ta' Ottubru 2015 mill-VP/RGħ, Federica Mogherini, u l-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar il-Jemen,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Yemen, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' April 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Jemen u, b'mod partikolari, ir-riżoluzzjonijiet 2216 (2015), 2201 (2015) u 2140 (2014), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-10 ta' Jannar 2016 u tat-8 ta' Jannar 2016 attribwibbli għall-kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Jemen,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi s-sitwazzjoni umanitarja drammatika fil-Jemen, b'riżultat tal-intervent militari mmexxi mill-Arabja Sawdija, li inkluda l-użu ta' bombi tat-tip cluster, u l-isfidi politiċi, tas-sigurtà, ekonomiċi u umanitarji kontinwi li qed jaffettwaw il-popolazzjoni tal-pajjiż, għandhom implikazzjonijiet serji għar-reġjun u jikkostitwixxu theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; billi l-ewwel vittmi tal-eskalazzjoni militari attwali huma membri tal-popolazzjoni ċivili tal-Jemen, li diġà huma affettwati minn kundizzjonijiet ta' ħajja terribbli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi skont il-kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, mindu beda l-intervent immexxi mill-Arabja Sawdija fl-aħħar ta' Marzu 2015, kien hemm 8 119-il vittma ċivili – 2 795 mejta u 5 324 midruba; billi hemm mijiet ta' nisa u tfal fost il-vittmi; billi l-impatt umanitarju fuq il-popolazzjoni ċivili tal-ġlied kontinwu bejn il-milizzji differenti, il-bombardamenti u l-interruzzjoni ta' servizzi essenzjali qed jilħqu livelli allarmanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, skont l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), il-kunflitt wassal għall-ispostament intern ta' aktar minn 2.51 miljun Jemenita; billi aktar minn 21.1 miljun persuna - 80 % tal-popolazzjoni  - jeħtieġu xi forma ta' protezzjoni jew assistenza umanitarja; billi aktar minn 2.2 miljun tifel u tifla qegħdin ibatu jew qegħdin f'riskju ta' malnutrizzjoni, u madwar 14.4 miljun persuna qed jiffaċċjaw sitwazzjoni ta' nuqqas ta' sigurtà tal-ikel; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi hemm diversi rapporti li attakki mill-ajru laqtu miri ċivili, inklużi sptarijiet, skejjel, swieq, imħażen tal-qamħ, portijiet u kamp għal persuni spostati, li għamlu ħsara kbira lil infrastruttura essenzjali għat-twassil tal-għajnuna u kkontribwixxew għall-iskarsezzi gravi tal-ikel u tal-fjuwil fil-pajjiż; billi sptar appoġġat mill-<span font-style="italic">Médecins Sans Frontières</span> (MSF) fit-Tramuntana tal-Jemen ġie bbumbardjat fl-10 ta' Jannar 2016, li wassal biex inqatlu tal-anqas ħames persuni, tnax-il midruba, inkluż persunal tal-MSF, u ħsara serja lill-faċilitajiet mediċi; billi dan huwa l-aħħar wieħed minn sensiela ta' attakki fuq faċilitajiet tas-saħħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi imblokk navali qed ifixkel l-aċċess għal għajnuna umanitarja vitali għall-popolazzjoni ċivili li għandha bżonn urġenti ta' provvisti tal-ikel, ilma u mediċini; billi, skont sorsi tan-NU, 15 % biss tal-volum ta' importazzjonijiet ta' qabel il-kriżi qed jidħol fil-pajjiż - pajjiż li jiddependi mill-importazzjonijiet għall-90 % tal-provvista tal-ikel tiegħu; billi 10 mit-22 provinċja tal-Jemen ġew ikklassifikati mill-Programm Dinji tal-Ikel bħala li qegħdin fil-livell ta' "emerġenza" f'termini ta' sigurtà tal-ikel - f'xifer ''il-ġuħ";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi tankers li jġorru petrol, diżil u żejt tal-fjuwil ukoll qegħdin jitwaqqfu regolarment mill-imblokk navali, u dan qed jipparalizza l-provvista tal-elettriku tal-pajjiż u jisforza l-għeluq tal-massa ta' sptarijiet u skejjel; billi l-aktar problema urġenti hija li l-imblokk waqqaf il-pompi tal-ilma milli jaħdmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi skont Oxfam, il-ġlied u l-embargo wasslu sabiex 3 miljun Jemenit ilhom mingħajr provvista ta' ilma nadif minn Marzu 2015, u b'hekk l-għadd totali ta' persuni mingħajr aċċess għal ilma tax-xorb jew sanità, b'implikazzjonijiet koroh għat-tixrid ta' mard, inklużi l-kolera u d-dengue jammonta għal-16-il miljun, kważi żewġ terzi tal-popolazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi, skont Save the Children, f'tal-anqas 18 mit-22 provinċja tal-pajjiż ingħalqu sptarijiet minħabba l-ġlied jew in-nuqqas ta' fjuwil jew ġew affettwati b'mod gravi minnhom; billi, b'mod partikolari għalqu 153 ċentru tas-saħħa li preċedentement kienu jfornu nutrizzjoni lil aktar minn 450 000 tifel u tifla f'riskju, flimkien ma' 158 klinika outpatient responsabbli milli jipprovdu kura tas-saħħa bażika lil kważi nofs miljun tifel u tifla taħt l-età ta' ħames snin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi, skont l-UNICEF, il-kunflitt fil-Jemen kellu wkoll impatt iebes fuq l-aċċess tat-tfal għall-edukazzjoni, hekk kif is-sistema edukattiva waqfet għal kważi 2  miljun tifel u tifla, billi ngħalqu 3 584 skola, jew waħda minn kull erbgħa; billi 860 minn dawn l-iskejjel saritilhom ħsara jew jilqgħu lill-persuni spostati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi fil-15 ta' Diċembru 2015 ġie ddikjarat waqfien mill-ġlied għan-nazzjon kollu, iżda minn dak iż-żmien 'l hawn inkiser bosta drabi, u billi t-taħdidiet ta' paċi mill-partijiet fil-ġlied f'nofs Diċembru 2015 fl-Isvizzera naqsu milli joħolqu xi progress kbir għal tmiem il-kunflitt; billi t-tkomplija ta' taħditiet ta' paċi mmexxija min-NU taħt l-awspiċi tal-mibgħut tan-NU għall-Jemen, Ismail Ould Cheikh Ahmed, li kienet skedata għall-14 ta' Jannar 2016, ġiet posposta temporanjament fost vjolenza kontinwa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi ż-żamma tal-waqfien mill-ġlied hija reazzjoni xierqa sabiex jiġi evitat milli jkun hemm aktar vittmi ċivili u l-qerda ta' infrastruttura ċivili kruċjali; billi din toffri wkoll il-possibiltà li jitħalla kompletament l-aċċess għal għajnuna ta' emerġenza biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet mingħajr preċedent tal-popolazzjoni Jemenita;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi minkejja li f'April 2015 l-Arabja Sawdija wegħdet li tiffinanzja kompletament fond umanitarju ta' emerġenza tan-NU għall-Jemen fl-ammont ta' USD 274 miljun, sa issa ma ġewx trasferiti flus lill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji; billi f'Ġunju 2015, in-NU nediet appell għal USD 1.6 biljun biex jippermettulha tassisti 11.7 miljun ruħ, iżda sat-18 ta' Novembru 2015 kienet irċeviet biss 43 % tal-fondi totali meħtieġa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi fl-2015 l-UE pprovdiet EUR 12-il miljun f'għajnuna umanitarja addizzjonali għall-kriżi fil-Jemen u biex tgħin jittaffa l-impatt tagħha fuq il-Qarn tal-Afrika; billi l-UE se tipprovdi massimu ta' EUR 2 miljuni għall-istabbiliment ta' Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-NU (UNVIM) għat-tbaħħir kummerċjali lejn il-Jemen, b'tali mod li jiġi ffaċilitat il-fluss mingħajr xkiel ta' beni kummerċjali u għajnuna umanitarja lill-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament allarmanti tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen, li hija kkaraterizzata min-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u malnutrizzjoni gravi, attakki indiskriminati kontra ċ-ċivili u l-ħaddiema mediċi u tal-għajnuna, u l-qerda ta' infrastruttura ċivili u medika b'riżultat tal-intensifikazzjoni tal-attakki mill-ajru, il-ġlied fuq l-art u l-bumbardamenti, minkejja appelli ripetuti għal waqfien imġedded tal-ostilitajiet; ittenni mill-ġdid l-impenn tiegħu li jkompli jappoġġa lill-Jemen u l-popli tal-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' azzjoni umanitarja kkoordinata taħt it-tmexxija tan-NU, u jħeġġeġ lill-pajjiżi kollha jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jippermettu d-dħul u t-twassil ta' ikel, mediċini, fjuwil u assistenza oħra meħtieġa b'mod urġenti permezz ta' kanali tan-NU u tal-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti taċ-ċivili milquta mill-kriżi, b'konformità mal-prinċipji ta' imparzjalità, newtralità u indipendenza; ifakkar li għaldaqstant huwa essenzjali li jiġi ffaċilitat aktar l-aċċess tat-tbaħħir kummerċjali lejn il-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jippermettu aċċess mingħajr restrizzjonijiet u bla xkiel għall-ħaddiema umanitarji u għall-għajnuna lill-poplu Jemenita, li jinsabu fi bżonn urġenti ta' għajnuna vitali, u konsegwentement jitlob pawża umanitarja sabiex tkun tista' tasal għajnuna ta' salvataġġ għand il-popli Jemeniti bħala kwistjoni ta' urġenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Itenni l-appell tiegħu lill-partijiet kollha biex jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, sabiex jiżguraw il-protezzjoni taċ-ċivili u biex iżommu lura milli jimmiraw direttament fuq infrastrutturi ċivili, b'mod partikolari l-faċilitajiet mediċi u s-sistemi tal-ilma, u milli jużaw binjiet ċivili għal skopijiet militari; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Ifakkar lill-partijiet kollha li l-isptarijiet u l-persunal mediku huma espliċitament protetti taħt id-dritt umanitarju internazzjonali u li l-attakki ppjanati fuq iċ-ċivili u fuq l-infrastruttura ċivili jikkostitwixxu delitt tal-gwerra; jenfasizza l-importanza li titjieb is-sigurtà tal-ħaddiema umanitarji sabiex dawn ikunu jistgħu jirrispondu għall-attakki b'mod aktar effikaċi; jappella għal investigazzjoni imparzjali u indipendenti dwar il-ksur allegat kollu tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi l-aħħar attakki mmirati fuq infrastrutturi u persunal umanitarju; jistieden lill-VP/RGħ tniedi inizjattiva biex jiġi stabbilit embargo tal-armi Ewropew kontra l-Arabja Sawdija minħabba n-natura serja ta' dawn l-allegazzjonijiet u l-fatt li t-tkomplija tal-bejgħ tal-armi jissodisfa l-Kriterji Tnejn, Erba' u Sitta tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/CFSP tat-8 ta' Diċembru 2008;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom lejn il-Pjan ta' Rispons Umanitarju tal-Jemen sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' finanzjament tal-2016; iħeġġeġ lill-UE tagħmel pressjoni fuq id-donaturi kollha biex iwettqu l-wegħdiet tagħhom u jagħtu segwitu għall-impenji li għamlu b'mod rapidu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Ifakkar lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri bħala kwistjoni ta' urġenza, jiġbru appoġġ fi ħdan in-NU għal pjan internazzjonali biex tiġi żgurata l-provvista tal-ilma tal-Jemen, li tista' tkun element essenzjali fil-konklużjoni b'suċċess ta' proċess ta' paċi potenzjali, biex b'hekk jiżdied il-prospett tal-popolazzjoni li tkun tista' ttejjeb l-agrikoltura, titma' lilha nnifisha u terġa' tibni l-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jenfasizza li jista' jkun hemm biss soluzzjoni politika, inklużiva u nnegozjata għall-kunflitt; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jimpenjaw ruħhom b'mod ġenwin f'ċiklu ġdid ta' negozjati ta' paċi mmexxija min-NU kemm jista' jkun malajr; jappoġġa l-isforzi bla waqfien tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU, Ismail Ould Cheikh Ahmed, biex ikun hemm taħdidiet ta' paċi dwar il-Jemen iffaċilitati min-NU, f'konformità mal-inizjattiva tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, l-eżiti tal-Konferenza Nazzjonali għad-Djalogu, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 2140 u 2216;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, u lill-Gvern tal-Jemen.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>