<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0154/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' monoranzi reliġjużi mill-ISIS</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2529(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="117477">Mark Demesmaeker</Author>, <Author id="96796">Ryszard Antoni Legutko</Author>, <Author id="28353">Anna Elżbieta Fotyga</Author>, <Author id="28372">Ryszard Czarnecki</Author>, <Author id="96801">Tomasz Piotr Poręba</Author>, <Author id="124887">Karol Karski</Author>, <Author id="124815">Arne Gericke</Author>, <Author id="124873">Angel Dzhambazki</Author>, <Author id="124892">Marek Jurek</Author>, <Author id="4465">Raffaele Fitto</Author>, <Author id="96809">Peter van Dalen</Author>, <Author id="124884">Kosma Złotowski</Author>, <Author id="124891">Zdzisław Krasnodębski</Author>, <Author id="124877">Jadwiga Wiśniewska</Author>, <Author id="124943">Andrew Lewer</Author>, <Author id="124825">Beatrix von Storch</Author>, <Author id="28389">Zbigniew Kuźmiuk</Author>, <Author id="23791">Kazimierz Michał Ujazdowski</Author>, <Author id="4542">Timothy Kirkhope</Author>, <Author id="124897">Stanisław Ożóg</Author>, <Author id="28341">Mirosław Piotrowski</Author>, <Author id="124874">Bolesław G. Piecha</Author>, <Author id="135540">Czesław Hoc</Author>, <Author id="124927">Branislav Škripek</Author>, <Author id="124901">Jana Žitňanská</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.515v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0154/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' monoranzi reliġjużi mill-ISIS</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2529" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2529">2016/2529(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iraq u s-Sirja, dwar l-ISIS/Da'esh u dwar il-persekuzzjoni reliġjuża,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2015 dwar l-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll it-theddida tal-ISIL/Da'esh, tal-20 ta' Ottubru 2014 dwar il-kriżi tal-ISIL/Da'esh fis-Sirja u fl-Iraq, tat-30 ta' Awwissu 2014 dwar l-Iraq u s-Sirja, tal-14 ta' April 2014 u tat-12 ta' Ottubru 2015 dwar is-Sirja, u tal-15 ta' Awwissu 2014 dwar l-Iraq,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/ĠAI tat-8 ta' Mejju 2003 dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, tad-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra: il-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew twemmin; il-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarja internazzjonali; il-Linji Gwida tal-UE dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom; il-Linji Gwida għall-Politika tal-UE lejn Pajjiżi Terzi dwar it-Tortura u t-Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra; il-Lnji Gwida tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitti armati; il-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal; u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward tal-libertà ta' espressjoni online u offline,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP / RGħ) dwar l-Iraq u s-Sirja u t-tħeddida tal-ISIS/Da'esh,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989 u l-Protokoll Fakultattiv dwar l-involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati tal-2000,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u t-Trattament jew Pieni oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tad-9 ta' Diċembru 1948, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, b'mod partikolari l-Artikoli 5 sa 8 tiegħu, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Qafas tal-Analiżi mill-Uffiċċju tal-Konsulent Speċjali tan-NU dwar il-Prevenzjoni ta' Ġenoċidju (OSAPG),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq fid-dawl tal-abbużi mwettqa mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levant u l-gruppi assoċjati, tas-27 ta' Marzu 2015, b'mod partikolari l-paragrafu 16 tiegħu dwar 'Il-vjolazzjonijiet imwettqa mill-ISIL', attakki kontra gruppi reliġjużi u etniċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, tal-25 ta' Awwissu 2014 dwar "ċittadini Iraqqini li jbatu persekuzzjoni mifruxa u sistematika 'orribbli'",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2249 (2015), li tikkundanna l-attakki terroristiċi reċenti mill-ISIS,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni S-22/1 adotta mill-Kunsill Drittijiet tal-Bniedem dwar 'Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq fid-dawl tal-abbużi mwettqa mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante u gruppi assoċjati', tat-3 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju u l-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar ir-Responsabbiltà ta' Protezzjoni dwar l-eskalazzjoni ta' inċitament għall-vjolenza fis-Sirja għal raġunijiet reliġjużi, maħruġa fit-13 ta' Ottubru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar "Assistenza teknika pprovduta sabiex tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq", tas-27 ta' Lulju 2015, b'mod partikolari l-paragrafu 18 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, ippreżentat fil-Kunsill Drittijiet tal-Bniedem fit-13 ta' Awwissu 2015, b'mod partikolari l-paragrafi 165 sa 173 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, iffirmat u rratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE, jafferma li l-aktar reati serji ta' tħassib għall-komunità internazzjonali kollha kemm hi, inklużi b'mod partikolari l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, ma jistgħux ma jiġux kkastigati u li l-prosekuzzjoni effettiva tagħhom trid tiġi żgurata b'miżuri meħuda fil-livell nazzjonali u billi tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi d-definizzjoni legali internazzjonali ta' ġenoċidju, bi qbil mal-Artikolu II tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1948 dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tinkludi l-kliem: 'kwalunkwe wieħed minn dawn l-atti kommessi b'intenzjoni li jeqred, b'mod sħiħ jew inparti, grupp nazzjonali, etniku, razzjali jew reliġjuż, bħal: (a) il-qtil ta' membri tal-grupp; (b) l-ikkawżar ta' dannu fiżiku jew mentali gravi lil membri tal-grupp; (c) l-impożizzjoni b'mod intenzjonali ta' kundizzjonijiet tal-ħajja maħsuba li jġibu magħhom qerda fiżika sħiħa jew parzjali; (d) l-impożizzjoni ta' miżuri maħsuba li jevitaw li jkun hemm twelid fil-grupp; u (e) it-trasferiment bil-forza ta' tfal ta' grupp wieħed lejn grupp ieħor'; billi l-Artikolu III ta' dik il-Konvenzjoni jqis punibbli mhux biss il-ġenoċidju, iżda l-konfoffa biex jitwettaq ġenoċidju, l-inċitament dirett u pubbliku biex jitwettaq ġenoċidju, u kompliċità f'ġenoċidju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi diversi rapporti tan-NU jindikaw li fit-territorji taħt il-kontroll tal-ISIS/Da'esh, qed jitwettqu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju kontra Insara, Yazidi u minoranzi oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi, pereżempju, fil-15 ta' Lulju 2014, ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti, Zainab Hawa Bangura, iddikjarat li fl-Iraq "hemm ukoll rapporti li l-minoranzi etniċi u reliġjużi huma fil-mira ta' attakki fiżiċi, inkluża l-vjolenza sesswali"; billi r-Rappreżentant Speċjali tan-NU ddikkjarat fit-3 ta' Awwissu 2015, fl-ewwel anniversarju tat-traġedja tas-Sinjar, li: "Fil-jiem ta' wara, fost il-qtil terribbli, l-ISIL ippersegwitaw u qabdu mijiet ta' nisa u bniet minn minoranzi reliġjużi u etniċi, filwaqt li stabbilixxew xejra ta' vjolenza sesswali, skjavitù, rapiment u traffikar tal-bnedmin li għadu għaddej sal-lum. (...) Dawn id-delitti terribbli ta' vjolenza sesswali fil-kunflitt, li jistgħu jitqiesu bħala delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u/jew atti ta' ġenoċidju, mhux se jintesew";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi fit-13 ta' Awwissu 2014 ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti, Zainab Hawa Bangura u r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Iraq, Nickolay Mladenov, ħarġu dikjarazzjoni konġunta li tikkonferma li madwar1 500 persuna bejn Insara u nisa Yazidi jistgħu jkunu nħatfu mill-ISIL u sussegwentement sfurzati jaħdmu fi skjavitù sesswali; billi f'din id-dikjarazzjoni, iż-żewġ Rappreżentanti Speċjali rrikonoxxew "l-immirar espliċitu ta' nisa u tfal u l-atti barbariċi li l-"Istat Iżlamiku fl-Iraq u fil-Levant" qed iwettaq fuq il-minoranzi f'żoni taħt il-kontroll tiegħu";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi l-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju u l-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar ir-Responsabbiltà ta' Protezzjoni, dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq fit-12 ta' Awwissu 2014 iddikjaraw li "r-rapporti li rċevejna ta' atti mwettqa mill-'Istat Iżlamiku' jistgħu wkoll jindikaw riskju ta' ġenoċidju";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi r-rapport tat-13 ta' Marzu 2015 tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, imħejji fuq talba tal-Gvern tal-Iraq, iddikjara li "l-gruppi etniċi reliġjużi fil-mira tal-ISIL jinkludu l-Yazidi, l-Insara, it-Turkmeni, is-Sabea-Mandeani, il-Kaka'e, il-Kurdi u x-Xiiti" u li "huwa raġunevoli li nikkonkludu li xi inċidenti [li seħħew fl-Iraq fl-2014-2015] ... jistgħu jikkostitwixxu ġenoċidju";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi r-Rapport dwar il-Protezzjoni taċ-Ċivili fil-Kunflitt Armat fl-Iraq: mill-1 ta' Mejju sal-31 ta'Ottubru 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-Missjoni ta' Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iraq – l-Uffiċċju tad-Drittijiet tal-Bniedem, ippubblikat fid-19 ta' Jannar 2016, jistqarr li: "Il-vjolenza li ġarrbu ċ-ċivili fl-Iraq għadha xokkanti. L-hekk imsejjaħ 'Stat Iżlamiku tal-Iraq u tal-Levant' (ISIL) għadu jwettaq vjolenza u abbużi sistematiċi u mifruxa tad-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali umanitarju. F'xi każijiet, dawn l-atti jistgħu jammontaw għal delitti tal-gwerra, għal delitti kontra l-umanità, u possibbilment, għal ġenoċidju."; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi r-rapport tas-27 ta' Marzu 2015 tal-Uffiċċju tal-Kumissarju tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq fid-dawl tal-abbużi mwettqa mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku fl-Iraq u fil-Levant u minn gruppi assoċjati, jistqarr, fil-paragrafu 16 tiegħu dwar "Vjolazzjonijiet imwettqa mill-ISIL. Attakki kontra gruppi reliġjużi u etniċi", li xi "atti ta' vjolenza mwettqa fuq iċ-ċivili minħabba l-affiljazzjoni tagħhom, jew il-perċezzjoni ta' affiljazzjoni tagħhom, għal grupp etniku jew reliġjuż (...) fid-dawl tal-informazzjoni kumplessiva li nġabret (...) jistgħu jikkostitwixxu ġenoċidju.";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi, skont ir-Rapport dwar il-Protezzjoni taċ-Ċivili fil-Kunflitt Armat fl-Iraq (mill-11 ta' Diċembru 2014 – sat-30 ta' April 2015) mill-Missjoni ta' Assistenza tan-NU għall-Iraq, "l-ISIL għadu jwettaq vjolazzjonijiet u abbużi sistematiċi u mifruxa tad-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali umanitarju. F'xi każijiet, dawn l-atti jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità, u, possibbilment, ġenoċidju.";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">   billi r-Rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-bniedem dwar "Assistenza teknika mogħtija biex tgħin fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq", tas-27 ta' Lulju 2015, fil-paragrafu 18 tiegħu jiddikkjara li "baqgħu jaslu lill-UNAMI/OHCHR ħafna rapporti kredibbli dwar vjolazzjonijiet u abbużi flagranti tad-drittijiet tal-bniedem u dwar atti ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali umanitarju mwettqa mill-ISIL kontra ċ-ċivili, b'mod li jidher li huwa mifrux u sistematiku. F'xi każijiet, dawn l-atti jistgħu jammontaw għal delitti tal-gwerra, għal delitti kontra l-umanità, u, possibbilment, għal ġenoċidju.";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi r-rapport tas-16 ta' Ġunju 2015 mir-Rapporteur Speċjali dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-paragrafu 11 jistqarr li "hemm evidenza li l-ISIL wettaq vjolazzjonijiet gravi tad-dritt internazzjonali, inklużi ġenoċidju, delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u vjolazzjonijiet gravi tad-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra huma ta' tħassib għall-Istati Membri kollha, li huma determinati li jikkoperaw bil-ħsieb li jimpedixxu dawk id-delitti u li jtemmu l-impunità ta' min iwettaqhom, f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/CFSP tas-16 ta' Ġunju 2003; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi, kif rikonoxxut permezz tar-Riżoluzzjoni 2249 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-ideoloġija estremista vjolenti tal-hekk imsejjaħ "ISIS/Da'esh", l-atti terroristiċi tiegħu, l-attakki gravi sistematiċi u mifruxa kontinwi tiegħu diretti kontra l-popolazzjonijiet ċivili, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-vjolazzjonijiet tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi dawk imwettqa fuq bażi reliġjuża jew etnika, l-eradikazzjoni tiegħu tal-wirt kulturali u t-traffikar tal-beni kulturali, jikkostitwixxu theddida globali u mingħajr preċedent għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi l-Insara b'mod partikolari kienu qed jaħarbu mill-Iraq u s-Sirja f'għadd kbir u raw tnaqqis massiv tal-komunitajiet tagħhom, kemm f'numri assoluti kif ukoll f'dawk relattivi; billi b'mod partikolari fil-każ tal-Iraq dan l-eżodu kien diġà beda fl-2003, ħafna qabel feġġ l-ISIS/Da'esh; billi hemm fluss kostanti ta' Insara li qed jitilqu minn ħafna pajjiżi oħra fil-Lvant Nofsani peress li ma għadhomx jaraw futur għalihom hemmhekk; billi, jekk se tkompli t-tendenza attwali, partijiet kbar tal-Lvant Nofsani mhu se jibqa' jkollha l-ebda preżenza ta' Insara u ta' komunitajiet u kulturi, li wħud minnhom għandhom 2 000 sena, se jintilfu għal dejjem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  billi dan l-aħħar rapporti kienu qed juru sinjali ta' deterjorament tas-sitwazzjoni għal minoranzi reliġjużi f'żoni kkontrollati mill-Kurdi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-hekk imsejjaħ "ISIS/Da'esh" u l-abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li qed jitwettqu bħala parti mill-kampanja tiegħu biex jistabbilixxi "kalifat" u jeqred kull Musulman li mhuwiex Sunni, u kull traċċa tal-kultura u tal-istorja tagħhom, f'żoni taħt il-kontroll tiegħu u f'żoni oħra tal-Lvant Nofsani'; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jemmen li ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza min-NU u l-korpi tagħha, minn diversi stati membri tan-NU, minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u ta' protezzjoni u mill-midja biex b'mod raġonevoli jiġi konkluż li l-ISIS/Da'esh qed iwettaq u jipprova li jwettaq delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju kontra Insara (Kaldej/Assirjani/Sirjaċi, Melkiti, Armeni), Yazidi, Turkmeni, Shabak, Sabea-Mandeans, Kaka' e, Kurdi, Xiiti, Sunni moderati u dawk li ma jemmnux; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iqis li dawk li jgħinu lill-ISIS/Da'esh bi kwalunkwe mod, inkluż permezz ta' appoġġ finanzjarju, loġistiku jew politiku, billi jippromovu din l-organizzazzjoni terroristika u l-ideoloġija tagħha online jew offline, jew billi jfixklu rispons internazzjonali effettiv, huma ħatja ta' kompliċità fid-delitti msemmija hawn fuq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari Franza u r-Renju Unit, bħala membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex jitolbu riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU, li tirreferi s-sitwazzjoni fit-territorji taħt il-kontroll tal-ISIS/Da'esh quddiem il-QKI għal investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Iħeġġeġ lis-Sirja u lill-Iraq jaċċettaw il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Iħeġġeġ lill-istati membri kollha tan-NU biex itejbu s-sistemi legali u ġuriżdizzjonali tagħhom sabiex jimpedixxu liċ-ċittadini tagħhom milli jingħaqdu mal-ISIS/Da'esh u jipparteċipaw f'reati li qed iwettaq; iħeġġeġ lill-istati membri kollha tal-NU biex jipproċedu kontra ċ-ċittadini tagħhom jekk huma jipparteċipaw f'dawn ir-reati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jirrikonoxxi, jappoġġa u jitlob li kulħadd jirrispetta d-dritt inaljenabbli tal-minoranzi reliġjużi u etniċi kollha, indiġeni u oħrajn, li jgħixu fl-Iraq u fis-Sirja, li jibqgħu jgħixu fl-artijiet storiċi u tradizzjonali tagħhom fid-dinjità, fl-ugwaljanza u fis-sikurezza, u li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom f'libertà sħiħa bla ebda tip ta' koerċizzjoni, vjolenza jew diskriminazzjoni; jemmen li, sabiex ikun hemm tmiem għat-tbatija u għall-eżodu tal-massa tal-Insara u ta' popolazzjonijiet indiġeni oħra tar-reġjun, jeħtieġ li l-mexxejja politiċi u reliġjużi fir-reġjun jagħmlu dikjarazzjoni ċara u inekwivoka ta' appoġġ għall-issuktar tal-preżenza tagħhom u għad-drittijiet sħaħ u ugwali tagħhom bħala ċittadini tal-pajjiżi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Iħeġġeġ lill-istati membri kollha tan-NU, u b'mod partikolari lill-Istati Membri tal-UE biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex isalvaw u jipproteġu persuni ppersegwitati u l-wirt tagħhom sakemm ikunu fil-qagħda li jirritornaw lejn darhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Iqis li l-postijiet tal-kenn, protetti minn forzi b'mandat min-NU, jistgħu jkunu parti mir-risposta għall-isfida enormi biex tingħata protezzjoni temporanja għal miljuni ta' refuġjati mill-kunflitt fis-Sirja u l-Iraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jikkundanna u jiċħad kwalunkwe interpretazzjoni tal-messaġġ tal-Iżlam li twitti t-triq għal ideoloġija vjolenti, krudili, totalitarja, oppressiva u espansiva li tilleġittimizza l-qerda tal-Insara u ta' minoranzi oħra; iħeġġeġ lill-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika (OIC) u l-organi tagħha, lil-Lega Għarbija, lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf (il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, GCC), u lill-mexxejja Musulmani fid-dinja kollha, biex jikkundannaw b'mod sħiħ u jidentifikaw l-atroċitajiet li qed jitwettqu mill-hekk imsejjaħ "ISIS/Da'esh" kontra l-Insara, il-Yazidi u kontra minoranzi reliġjużi indiġeni oħra, u biex isejħulhom bit-terminoloġija li tixirqilhom: "delitti kontra l-umanità", "delitti tal-gwerra" u "ġenoċidju";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Iqis li ż-żamma permanenti tat-territorju minn gruppi terroristiċi fi kwalunkwe post fid-dinja hi assolutament inaċċettabbli u intollerabbli u jistieden lin-NU u lin-NATO biex jikkunsidraw strateġiji fil-ġlieda kontra l-istabbiliment ta' tali entitajiet minn organizzazzjonijiet terroristiċi bħal l-ISIS/Da'esh, il-Boko Haram u t-Taliban;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jitlob koalizzjoni kontra l-ISIS/Da'esh li speċifikament u direttament tappoġġa l-unitajiet kollha ta' minoranza fost l-imsieħba eżistenti tagħha, sabiex il-minoranzi jiġu inklużi fis-sigurtà, il-protezzjoni u l-liberazzjoni ta' art twelidhom u biex jimpedixxu li jerġgħu jseħħu d-dipendenza, in-nuqqas ta' poter u t-tjassir; ifakkar li l-forzi ta' difiża multietnika u multireliġjuża tal-Amministrazzjoni Awtonoma Demokratika (DSA) huma fost l-aktar forzi effettivi fil-gwerra kontra "l-ISIS/Da'esh"; jistieden lit-Turkija biex itemm l-ostilità tagħha lejn id-DSA u l-forzi tagħha peress li dawn ma joħolqu l-ebda theddida għat-Turkija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jenfasizza l-bżonn ta' rwol politiku awtorizzat u attiv għall-popoli Yażidi, Turkmeni u Kaldej/Assirjani/Sirjaċi, biex jiddeterminaw il-futur politiku ta' pajjiżhom kif ukoll ir-rikostruzzjoni u s-sigurtà fil-ġejjieni ta' pajjiżhom, speċjalment fis-Sinjar u f'Tal Afar u l-Pjanuri ta' Nineveh; jappella għal parteċipazzjoni attiva tas-SEAE biex tinstab soluzzjoni politika li terġa' ġġib l-unità u l-paċi fis-Sinjar; jitlob l-inklużjoni ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħall-Unjoni Sirjaka Ewropea, u r-rappreżentanti reliġjużi bħala intermedjarji bejn il-minoranzi u l-Gvern Reġjonali Kurd u l-Gvern tal-Iraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jinsab imħasseb dwar rapporti riċenti ta' diskriminazzjoni kontra l-minoranzi f'żoni kkontrollati mill-Kurdi; jistieden lill-Gvern Reġjonali Kurd fl-Iraq u l-forzi Kurdi fis-Sirja biex ikompli jipprovdi kenn għal dawk li jaħarbu mill-gwerra u l-persekuzzjoni; ifaħħar l-inizjattivi bħall-Amministrazzjoni Awtonoma Demokratika multietnika fit-Tramuntana tas-Sirja u jqis li dan huwa eżempju ta' kooperazzjoni u ta' riżoluzzjoni tal-kunflitt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu passi biex jiżguraw li titwassal l-għajnuna lil dawk l-aktar vulnerabbli u jitlob li t-Turkija u l-Gvern Reġjonali Kurd fl-Iraq immedjatament jiftħu l-fruntieri tagħhom għall-Amministrazzjoni Awtonoma Demokratika fit-Tramuntana tas-Sirja u jneħħu l-limitazzjonijiet fuq l-għajnuna umanitarja, ir-rikostruzzjoni, il-mezzi tax-xandir, l-iskambji politiċi u tas-soċjetà ċivili għaliex l-Amministrazzjoni Awtonoma Demokratika tagħti kenn lil għadd dejjem jikber ta' persuni spostati f'pajjiżhom u għaliex l-iżolazzjoni tagħha hija ta' detriment għal minoranzi li jgħixu f'dawn iż-żoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinkludu organizzazzjonijiet ta' għajnuna għall-minoranzi bbażati fis-Sirja u l-Iraq fl-għoti ta' għajnuna lil persuni spostati f'pajjiżhom (IDP); jikkunsidra li hemm ħafna eżempji tajbin li jixirqilhom l-appoġġ, bħas-"Syriac Cross" fis-Sirja u l-isforzi li qed isiru taħt it-tmexxija tal-Arċisqof Kattoliku tal-Kaldej, Bashar Matti Warda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jenfasizza li t-taħditiet effikaċi dwar il-paċi għall-futur tas-Sirja jistgħu jkunu ta' suċċess biss jekk il-partijiet kollha jkunu inklużi u jistieden lill-VP / RGħ sabiex tiżgura li tkun inkluża delegazzjoni multietnika u multireliġjuża tal-Kunsill Demokratiku għas-Sirja fit-taħditiet ta' paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tas-Sirja, lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan, lill-istituzzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika (OIC), lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf (il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, GCC), lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.</p>
</Section></Motion>