<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0155/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2515(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="39711">Victor Boştinaru</Author>, <Author id="96840">Knut Fleckenstein</Author>, <Author id="96768">Enrique Guerrero Salom</Author>, <Author id="2073">Richard Howitt</Author>, <Author id="125110">Nikos Androulakis</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="124819">Goffredo Maria Bettini</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="40224">Andi Cristea</Author>, <Author id="124970">Miriam Dalli</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="124803">Isabella De Monte</Author>, <Author id="96911">Tanja Fajon</Author>, <Author id="125018">Eugen Freund</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="96991">Eider Gardiazabal Rubial</Author>, <Author id="124817">Enrico Gasbarra</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="124961">Theresa Griffin</Author>, <Author id="103488">Sergio Gutiérrez Prieto</Author>, <Author id="96857">Cătălin Sorin Ivan</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="124962">Afzal Khan</Author>, <Author id="124801">Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="125042">Javi López</Author>, <Author id="96812">Juan Fernando López Aguilar</Author>, <Author id="124746">Andrejs Mamikins</Author>, <Author id="124691">Costas Mavrides</Author>, <Author id="118858">Marlene Mizzi</Author>, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="88882">Victor Negrescu</Author>, <Author id="125013">Momchil Nekov</Author>, <Author id="124723">Péter Niedermüller</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="124692">Demetris Papadakis</Author>, <Author id="124846">Pina Picierno</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="124699">Miroslav Poche</Author>, <Author id="124997">Soraya Post</Author>, <Author id="124888">Gabriele Preuß</Author>, <Author id="124948">Siôn Simon</Author>, <Author id="96831">Jutta Steinruck</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="29579">Marc Tarabella</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="124963">Julie Ward</Author>, <Author id="111014">Josef Weidenholzer</Author>, <Author id="124739">Carlos Zorrinho</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.516v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0155/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2515" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2515">2016/2515(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Jemen, b'mod partikolari dik tad-9 ta' Lulju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0270" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0270/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0270</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-10 ta' Jannar 2016 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, u tal-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar l-attakk fuq ċentru tas-saħħa tal-<span font-style="italic">Médecins Sans Frontières</span> (MSF) fil-Jemen, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-15 ta' Diċembru 2015 mill-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar it-tkomplija tat-taħdidiet iffaċilitati min-NU dwar il-Jemen, u d-dikjarazzjoni konġunta tat-2 ta' Ottubru 2015 mill-VP/RGħ, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides, dwar il-Jemen,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2201 (2015), 2204 (2015), 2216 (2015) dwar il-Jemen, u 2140 (2014) li jimponu sanzjonijiet,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta' Esperti tan-NU dwar il-Jemen stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 2140 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-kelliem tas-SEAE tal-20 ta' Marzu, tas-26 ta' Marzu, tal-1 ta' April, tas-26 ta' April u tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015 dwar il-Jemen,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-10 ta' Jannar 2016 u tat-8 ta' Jannar 2016 dwar il-Jemen attribwibbli għall-kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-kriżi attwali fil-Jemen hija konsegwenza tal-fatt li gvern wieħed wara l-ieħor naqas milli jissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu tal-Jemen għad-demokrazija, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-istabbiltà u s-sigurtà; billi dan in-nuqqas ħoloq il-kondizzjonijiet ideali biex ifaqqa' kunflitt vjolenti, minħabba l-ineżistenza ta' gvern inklużiv u ta' kondiviżjoni ġusta tal-poter u minħabba l-fatt li t-tensjonijiet numerużi bejn it-tribujiet, in-nuqqas kbir ta' sigurtà u l-paraliżi ekonomika tal-pajjiż ġew injorati b'mod sistematiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-intervent militari mmexxi mill-Arabja Sawdija, inkluż l-użu ta' cluster bombs, li huma pprojbiti internazzjonalment, wassal għal sitwazzjoni umanitarja diżastruża li taffettwa l-popolazzjoni madwar il-pajjiż, għandu implikazzjonijiet serji għar-reġjun u jikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; billi membri mill-popolazzjoni ċivili tal-Jemen, li diġà huma affettwati minn kondizzjonijiet ta' ħajja terribbli, huma l-ewwel vittmi tal-eskalazzjoni militari attwali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi sa mill-bidu tal-kunflitt mill-inqas 5 979 persuna ġew maqtula u 28 208 midruba; billi hemm mijiet ta' nisa u tfal fost il-vittmi; billi l-impatt umanitarju fuq il-popolazzjoni ċivili tal-ġlied kontinwu bejn il-milizzji differenti, il-bumbardamenti u l-interruzzjoni ta' servizzi essenzjali qed jilħqu livelli allarmanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, skont il-Humanitarian Needs Overview (HNO) tal-2016 maħruġ f'Novembru 2015, 21.2 miljun ruħ (82 % tal-popolazzjoni) preżentement qegħdin f'xi forma ta' assistenza umanitarja; billi, bl-istess mod, kważi 2.1 miljun ruħ bħalissa huma stmati li qegħdin fi stat ta' malnutrizzjoni, inkluż aktar minn 1.3 miljun tifel u tifla jsofru minn malnutrizzjoni severa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-UE pprovdiet EUR 52 miljun f'għajnuna umanitarja ġdida għall-kriżi fil-Jemen u l-impatt tagħha fil-Qarn tal-Afrika fl-2015; billi l-UE se tipprovdi sa EUR 2 miljun għall-istabbiliment ta' Mekkaniżmu ta' Verifika u Spezzjoni tan-NU (UNVIM) għat-tbaħħir kummerċjali lejn il-Jemen, b'tali mod li jiġi ffaċilitat il-fluss mingħajr xkiel ta' beni kummerċjali u għajnuna umanitarja lill-Jemen; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi, f'diversi okkażjonijiet, attakki mill-ajru mwettqa mill-koalizzjoni militari mmexxija mill-Arabja Sawdija fil-Jemen qatlu ċivili, bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali li jesiġi li jittieħdu l-passi kollha possibbli biex jiġi evitat jew jitnaqqas kemm jista' jkun l-għadd ta' vittmi ċivili; billi hemm diversi rapporti li attakki mill-ajru laqtu miri ċivili, inklużi sptarijiet, skejjel, swieq, imħażen tal-qamħ, portijiet u kamp għal persuni spostati, fejn għamlu ħsara kbira lill-infrastruttura essenzjali għat-twassil tal-għajnuna u kkontribwixxew għall-iskarsezzi gravi tal-ikel u tal-fjuwil fil-pajjiż; billi l-organizzazzjoni umanitarja medika internazzjonali <span font-style="italic">Médecins Sans Frontières</span> (Tobba Mingħajr Fruntieri) (MSF) qed tiġi attakkata b'mod ripetut matul l-aħħar tliet xhur; billi sptar appoġġjat mill-MFS fit-Tramuntana tal-Jemen ġie bbumbardjat fl-10 ta' Jannar 2016, li rriżulta f'mill-inqas sitt persuni maqtula, tużżana midruba, inkluż persunal tal-MSF, u ħsara serja lill-faċilitajiet mediċi; billi dan huwa l-aħħar wieħed f'sensiela ta' attakki fuq faċilitajiet tas-saħħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi, minħabba kapaċità mnaqqsa tal-port u l-konġestjoni minħabba l-ħsara fl-infrastruttura u l-faċilitajiet, 15 % biss mill-volum tal-importazzjonijiet tal-fjuwil ta' qabel il-kriżi qed jidħol fil-pajjiż; billi, skont il-Klassifikazzjoni Integrata tal-Fażi tas-Sigurtà tal-Ikel (IPC) tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, bħalissa hemm tmien gvernaturati li huma kklassifikati fil-livell ta' emerġenza fejn għandha x'taqsam is-sigurtà tal-ikel, jiġifieri Sa'ada, Hajjah, Hodeida, Taiz, Al-Dhale, Lahj, Abyan u Hadramaut;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi, skont Save the Children, sptarijiet f'mill-inqas 18 mit-22 gvernaturati tal-pajjiż ingħalqu bħala riżultat tal-ġlied jew tan-nuqqas ta' fjuwil, jew affettwati b'mod gravi minnhom; billi, b'mod partikolari, 153 ċentru tas-saħħa li preċedentement kienu jfornu nutrizzjoni lil aktar minn 450 000 tifel u tifla f'riskju, għalqu, flimkien ma' 158 poliklinika responsabbli milli jipprovdu kura tas-saħħa bażika għal kważi nofs miljun tifel u tifla taħt l-età ta' ħames snin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi, skont l-UNICEF, il-kunflitt fil-Jemen kellu wkoll impatt iebes fuq l-aċċess tat-tfal għall-edukazzjoni, li waqaf għal kważi 2 miljun tifel u tifla, bi 3 584 skola - jew waħda minn kull erbgħa - jingħalqu; billi 860 minn dawn l-iskejjel saritilhom ħsara jew jilqgħu lill-persuni spostati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi f'Ġunju 2015, in-NU nedew appell għal USD 1.6 biljun biex jippermettulhom jassistu 11.7 miljun ruħ, iżda billi sal-aħħar tal-2015, kien hemm 56 % iffinanzjat minn dan il-fond;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi fil-15 ta' Diċembru 2015 ġie ddikjarat waqfien mill-ġlied man-nazzjon kollu iżda sussegwentement dan ġie miksur diversi drabi; billi taħdidiet ta' paċi bejn il-partijiet f'kunflitt fl-Iżvizzera f'nofs Diċembru 2015 naqsu milli jagħmlu xi progress sinifikanti bil-ħsieb li jtemmu l-kunflitt; billi t-tkomplija ta' taħditiet ta' paċi mmexxija min-NU taħt l-awspiċi tal-mibgħut tan-NU lejn il-Jemen, Ismail Ould Cheikh Ahmed, li kienet skedata għall-14 ta' Jannar 2016, ġiet posposta temporanjament fost vjolenza kontinwa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi r-ribelli Houthi bdew assedju fuq il-belt ta' Taiz, it-tielet l-akbar belt tal-Jemen, b'tali mod li xekklu t-twassil tal-għajnuna umanitarja; billi, skont Stephen O'Brien, is-Sottosegretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji u l-Koordinatur għas-Sokkors f'Emerġenza, madwar 200 000 ċivili maqbuda kienu fi bżonn serju ta' ilma tax-xorb, ikel, trattament mediku, u assistenza u protezzjoni oħrajn għas-salvataġġ tal-ħajja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-Al-Qaeda fil-Peniżola Għarbija (AQAP) approfittat mid-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà fil-Jemen, u qiegħda tespandi l-preżenza tagħha u tkabbar l-għadd u l-iskala tal-attakki terroristiċi tagħha; billi l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (ISIS) / Daesh stabbilixxa l-preżenza tiegħu fil-Jemen u wettaq attakki terroristiċi kontra l-moskej Xiiti, bil-qtil ta' mijiet ta' persuni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi xi Stati Membri tal-UE impenjaw ruħhom f'kummerċ tal-armi mal-Arabja Sawdija u stati oħra tal-Golf li jistgħu jkunu bi ksur mal-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi, li fost l-oħrajn, tistipula l-kriterji li ġejjin tal-Istati Membri dwar id-deċiżjonijiet tal-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni ta' armi konvenzjonali: ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali, u r-rispett minn dak il-pajjiż lejn id-dritt umanitarju internazzjonali; is-sitwazzjoni interna fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali - l-Istati Membri m'għandhomx jippermettu esportazzjonijiet li jipprovokaw jew itawlu kunflitti armati jew li jaggravaw tensjonijiet eżistenti jew kunflitti fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali; u l-preservazzjoni tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi, skont l-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR), il-Jemen kompla jospita b'mod ġeneruż aktar minn 267 000 refuġjat, filwaqt li r-refuġjati u l-migranti mill-Qarn tal-Afrika għadhom jaslu fuq ix-xtut tiegħu, li fl-2015 jammontaw għal 92 446, wieħed mill-ogħla totali annwali tal-aħħar deċennju; billi 95 mewta fuq il-baħar kienu rrapportati fil-Jemen fl-2015 u sa issa diġà kien hemm 36;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi, skont l-UNHCR, madwar 170 000 ruħ telqu mill-Jemen sa minn tmiem Marzu 2015, filwaqt li 43 % huma ċittadini ta' pajjiżi terzi, 40 % cittadini Jemeniti u 17 % ċittadini Somali; billi dan il-fluss lejn pajjiżi tal-viċinat, inklużi l-Djibouti, l-Etjopja, l-Oman, l-Arabja Sawdija, is-Somalja u s-Sudan, jenfasizza d-dimensjoni reġjonali tal-kunflitt attwali fil-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament allarmanti tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen, li hija kkaraterizzata minn insigurtà tal-ikel u malnutrizzjoni gravi, attakki indiskriminati kontra ċ-ċivili u l-ħaddiema mediċi u umanitarji, u l-qerda ta' infrastruttura ċivili u medika bħala riżultat tal-intensifikazzjoni ta' attakki mill-ajru minn koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija u ġlied fuq l-art u bumbardamenti, minkejja appelli ripetuti għal ċessjoni mġedda tal-ostilitajiet; ittenni mill-ġdid l-impenn tiegħu li jkompli jappoġġja lill-Jemen u l-popli tal-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakki mill-ajru mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija u l-imblokk navali li hija imponiet fuq il-Jemen, li wasslu għal eluf ta' mwiet, li komplew jiddestabbilizzaw lill-Jemen, li qed jeqirdu l-infrastruttura fiżika tal-pajjiż, li ħolqu kondizzjonijiet aktar favorevoli għall-espansjoni ta' organizzazzjonijiet terroristiċi u estremisti bħall-ISIS/Daesh u l-AQAP, u li qegħdin jaggravaw sitwazzjoni umanitarja diġà kritika; jikkundanna bil-qawwa, barra minn hekk, l-azzjonijiet ta' destabbilizzazzjoni u vjolenti meħuda mill-Houthis, inkluż l-assedju tal-belt ta' Taiz, li kellu wkoll konsegwenzi umanitarji drammatiċi għall-abitanti tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' azzjoni umanitarja kkoordinata taħt it-tmexxija tan-NU, u jħeġġeġ lill-pajjiżi kollha jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jippermettu d-dħul u t-twassil ta' ikel, mediċini, fjuwil u assistenza oħra meħtieġa b'mod urġenti permezz ta' kanali tan-NU u tal-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti taċ-ċivili milquta mill-kriżi, b'konformità mal-prinċipji ta' imparzjalità, newtralità u indipendenza; ifakkar għalhekk li huwa essenzjali li l-aċċess tat-tbaħħir kummerċjali lejn il-Jemen jiġi ffaċilitat aktar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jippermettu aċċess bla rbit u bla xkiel għall-ħaddiema umanitarji u għall-għajnuna lill-popli Jemeniti, li jinsabu fi bżonn urġenti ta' għajnuna vitali, u konsegwentement jitlob għal pawża umanitarja sabiex ikun jista' jiġi permess lill-għajnuna għas-salvataġġ tal-ħajja tilħaq lill-popli Jemeniti bħala kwistjoni ta' urġenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Itenni l-appell tiegħu lill-partijiet kollha biex jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, sabiex jiżguraw il-protezzjoni taċ-ċivili u biex iżommu lura milli jimmiraw direttament infrastruttura ċivili, b'mod partikolari l-faċilitajiet mediċi u s-sistemi tal-ilma, u milli jużaw binjiet ċivili għal skopijiet militari; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Ifakkar lill-partijiet kollha li l-isptarijiet u l-persunal mediku huma espliċitament protetti taħt id-dritt umanitarju internazzjonali u li t-tqegħid fil-mira intenzjonat ta' ċivili u infrastruttura ċivili jammonta għal delitt tal-gwerra; jenfasizza l-importanza li titjieb is-sigurtà tal-ħaddiema umanitarji sabiex dawn ikunu jistgħu jirrispondu għall-attakki b'mod aktar effikaċi; jappella għal investigazzjoni imparzjali u indipendenti dwar il-ksur allegat tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi l-aħħar attakki mmirati fuq infrastruttura u persunal umanitarji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-UE tippromwovi b'mod effikaċi l-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, kif previst fil-linji gwida rilevanti tal-UE; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li l-UE, fid-djalogu politiku tagħha mal-Arabja Sawdija, iżżid il-ħtieġa ta' konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali; jistieden lill-Kunsill, f'każ li dan id-djalogu ma jagħti ebda riżultati, jikkunsidra japplika miżuri restrittivi u sanzjonijiet għall-istati jew għall-individwi involuti fi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, bħalma huma l-Arabja Sawdija, minbarra l-miżuri restrittivi eżistenti kontra l-Houthis; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jistieden lill-Kunsill biex jagħmel eżami tal-konformità tal-Istati Membri mal-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet tal-armi fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-armi lejn l-Arabja Sawdija u stati oħra tal-Golf, u b'mod partikolari l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet li jistipulaw li l-Istati Membri għandhom jibbażaw id-deċiżjonijiet ta' ħruġ ta' liċenzji fuq, inter alia; ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali, u r-rispett minn dak il-pajjiż lejn id-dritt umanitarju internazzjonali; is-sitwazzjoni interna fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali - l-Istati Membri m'għandhomx jippermettu esportazzjonijiet li jipprovokaw jew itawlu kunflitti armati jew li jaggravaw tensjonijiet eżistenti jew kunflitti fil-pajjiż tad-destinazzjoni finali; u l-preservazzjoni tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jenfasizza li jista' jkun hemm biss soluzzjoni politika, inklużiva u nnegozjata għall-kunflitt; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jimpenjaw ruħhom in bona fide f'ċiklu ġdid ta' negozjati ta' paċi mmexxija min-NU kemm jista' jkun malajr; jappoġġja l-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU, Ismail Ould Cheikh Ahmed, biex isiru taħdidiet ta' paċi ffaċilitati min-NU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, u lill-Gvern tal-Jemen.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>