<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0156/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-ISIS</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2529(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="124858">Fabio De Masi</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="125061">Kostas Chrysogonos</Author>, <Author id="96646">Helmut Scholz</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.517v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0156/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-ISIS</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2529" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2529">2016/2529(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2118 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Lvant Nofsani (S/RES/2118 (2013)),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Lulju 2014<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0011" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0011/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0011</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tas-27 ta' Frar 2014<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0171" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0171/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0171</ANCHOR>.</p>
</footnote> dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar l-Iraq: is-sitwazzjoni tal-gruppi minoritarji, inklużi t-Turkomeni Iraqini<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0101" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0101/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0101</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-6 ta' Frar 2014<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0099" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0099/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0099</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-12 ta' Settembru 2013 dwar is-Sirja u dik tas-17 ta' April 2014 dwar is-Sirja: is-sitwazzjoni f'ċerti komunitajiet vulnerabbli<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0461" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0461/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0461</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-IS<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0040" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0040/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0040</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja sa minn meta faqqgħet il-vjolenza settarja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2015 dwar l-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da'esh,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2015, tal-20 ta' Jannar 2014 u tal-14 ta' April 2014 dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2015, tal-15 ta' Awwissu 2014, tat-23 ta' Ġunju 2014 u ta' Frar 2014 dwar l-Iraq,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-20 ta' Jannar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-ISIS;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra dwar ir-rifuġjati,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-attakki sistematiċi fuq iċ-ċivili, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tad-dritt internazzjonali min-naħa tal-ISIS, inklużi dawk imwettqa għal raġunijiet reliġjużi jew etniċi, jikkostitwixxu theddida għall-paċi internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-politika ta' ndħil tal-Istati Uniti u tal-alleati tagħha fil-Lvant Nofsani ikkontribwiet għall-instabbiltà u l-kriżi profonda li hemm fir-reġjun kollu, li issa sar l-arena ta' tilwim bejn potenzi differenti li qed jippruvaw jeżerċitaw l-influwenza tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi fid-29 ta' Ġunju 2014 l-ISIS ipproklama "kalifat" jew "Stat Iżlamiku" fit-territorji taħt il-kontroll tiegħu fl-Iraq u fis-Sirja; billi l-mexxej tiegħu, Abu Bakr al-Baghdadi, ġie ddikjarat kaliff; billi l-Iżlamisti radikali tal-ISIS issa jikkontrollaw partijiet kbar mill-Iraq u s-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-kunflitti fl-Iraq u fis-Sirja u d-diżintegrazzjoni ta' dawn il-pajjiżi tat l-opportunità lil dawn il-forzi Iżlamiċi radikali li jokkupaw partijiet kbar mit-territorju taż-żewġ pajjiżi u jistabbilixxu l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (ISIS); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-ISIS wettaq tindif etniku fit-Tramuntana tal-Iraq; billi l-militanti tiegħu poġġew sistematikament fil-mira tagħhom persuni sekulari, komunitajiet ta' persuni mhux Għarab u ta' Musulmani li mhumiex Sunniti, kif ukoll Musulmani Sunniti li ma jsegwux il-mod barbaru u fundamentalista ta' kif l-ISIS jifhmu r-reliġjon tagħhom, u qatlu jew ħatfu eluf ta' persuni filwaqt li ġiegħlu aktar minn miljun ruħ jaħarbu miż-żoni taħt il-kontroll tagħhom fl-Iraq u fis-Sirja; billi l-maġġoranza l-kbira tal-vittmi tal-ISIS huma Musulmani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi diversi minoranzi etniċi u reliġjużi – Insara Assirjani, Xiiti Turkmeni, Xiiti Xabaki, Yazidi, Kakai u Mandjani Sabej – ilhom sekli sħaħ jgħixu flimkien fil-provinċja ta' Nineveh (il-parti l-kbira minnha issa hija taħt il-kontroll tal-ISIS); billi dawk li ma setgħux jaħarbu meta l-ġellieda tal-ISIS ħadu din iż-żona taħt idejhom għadhom maqbuda hemm, taħt it-theddida tal-mewt jekk ma jikkonvertux għall-Iżlam,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi eluf ta' Yazidi, il-biċċa l-kbira minnhom nisa u tfal mir-reġjun ta' Sinjar (l-Iraq), inħatfu huma u jaħarbu mill-okkupazzjoni tal-ISIS f'Awwissu 2014; billi ġew irrappurtati diversi każijiet ta' qtil tal-massa, inkluż f'Kocho, f'Qiniyeh u fi Jdali; billi l-aħħar rapporti jitkellmu dwar massakri brutali u jikkonfermaw li nstabu diversi oqbra tal-massa li hu maħsub li fihom mijiet ta' katavri ta' persuni Yazidi; billi n-NU ddeskriviet dan l-attakk fuq il-Yazidi bħala possibbiltà ta' ġenoċidju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-irġiel, in-nisa u t-tfal jisfaw sistematikament fil-mira abbażi tal-affiljazzjoni etnika, reliġjuża jew settarja tagħhom; billi dawn l-attakki fuq il-minoranzi huma relatati ma' ksur atroċi tad-drittijiet tal-bniedem bħalma huma l-qtil immirat, il-konverżjonijiet furzati, il-ħtif, l-iskjavitù, ir-reati sesswali, ir-reklutaġġ furzat u l-qerda ta' postijiet ta' qima;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-Insara li jgħixu fiż-żoni taħt il-kontroll tal-ISIS u li jixtiequ jibqgħu hemm għandhom tliet għażliet: jikkonvertu għall-Iżlam, iħallsu imposta fuq ir-reliġjon, jew imutu; billi mill-2003 'l hawn, meta l-Istati Uniti invadiet l-Iraq, huwa maħsub li tal-inqas nofs l-Insara Iraqini telqu mill-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-ispostament furzat tal-minoranzi etniċi u reliġjużi tal-Iraq hija traġedja storika, li mhux biss qed teqred ħajjet in-nies iżda qed tikkawża wkoll ħsara irreparabbli lin-nisġa tas-soċjetà Iraqina u konsegwentement qed iżżid it-tensjonijiet interetniċi, settarji u interreliġjużi fir-reġjun u lil hinn minnu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-ISIS irnexxielu jakkwista sorsi ta' introjtu sinifikanti billi ssakkeġġja banek u negozji fit-territorji li jikkontrolla, u billi ħa f'idejh bjar taż-żejt importanti fis-Sirja u fl-Iraq; billi l-ISIS irċieva fondi mingħand diversi donaturi, partikolarment mill-Arabja Sawdija, il-Qatar, il-Kuwajt u l-Emirati Għarab Magħquda, pajjiżi magħrufa sew għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi parti kbira mill-aktar minn nofs miljun rifuġjat Palestinjan irreġistrati fis-Sirja sfaw rifuġjati għat-tieni darba għaliex kellhom jaħarbu mill-kampjiet tar-rifuġjati u minn bliet fis-Sirja wara li gruppi militari daħlu fil-kampijiet u okkupawhom, bi ksur tan-newtralità tar-rifuġjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna bil-qawwa l-qtil tal-massa u l-ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-ISIS, fil-każijiet kollha u irrispettivament mill-oriġini etnika tal-vittmi jew l-affiljazzjoni f'minoranza reliġjuża; jesprimi s-simpatija profonda u l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi, u jappella biex dawk li qed jinżammu ostaġġi minn dan il-grupp terroristiku jinħelsu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar iż-żieda fil-vjolenza u l-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-ISIS, li qed iwasslu biex għadd kbir ta' nies jinqatlu u eluf ta' persuni jisfaw spostati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jenfasizza li l-individwi kollha responsabbli għal reati kriminali bħall-ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra għandhom jitressqu quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, kif stabbilit fl-Istatut ta' Ruma u f'konformità mad-dritt internazzjonali eżistenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jappella biex tinstab soluzzjoni politika li tinvolvi lill-atturi politiċi u soċjali kollha b'risposta għall-isfida tal-ġlieda kontra l-ISIS fil-qafas ta' strateġija fit-tul li tkun koerenti mal-valuri demokratiċi u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' b'sodisfazzjon in-negozjati ta' Ġinevra II li għandhom l-għan li tinstab soluzzjoni għall-gwerra fis-Sirja; jinsisti fuq il-ħtieġa li jingħata appoġġ lid-demokrazija bħala mezz fundamentali biex l-ISIS jinġieb fi tmiemu; ifakkar li l-maġġoranza l-kbira tal-vittmi tal-ISIS huma Musulmani u li, għalhekk, dawk l-aktar affettwati huma l-popolazzjonijiet lokali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitwaqqfu s-sorsi finanzjarji u l-linji ta' forniment loġistiku li jagħtu appoġġ lill-ISIS; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-biċċa l-kbira tat-tagħmir militari użat mill-ISIS huwa manifatturat fil-Punent u li għalhekk huwa ta' importanza fundamentali li jiġi żgurat it-tmiem immedjat tal-bejgħ ta' armi għall-użu f'żoni ta' kunflitt; jappella biex l-atturi barranin iwaqqfu kull esportazzjoni u konsenja ta' armi lejn ir-reġjun; jistieden, b'mod partikolari, lill-Istati nfushom u lill-pajjiżi tal-Punent biex jieqfu jiffinanzjaw kwalunkwe milizzja u, b'mod partikolari, ma jibqgħux jixtru żejt li ġej minn bjar taż-żejt ikkontrollati mill-ISIS u ttrasportat bit-trakkijiet mit-Turkija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u fis-Sirja, li ġiet aggravata mill-ISIS u li ġiegħlet lil mijiet ta' eluf ta' persuni jsiru rifuġjati u jaħarbu minn djarhom; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli jqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi finanzjarji u umanitarji kollha meħtieġa sabiex jgħinu lir-rifuġjati; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata għajnuna umanitarja adegwata lill-persuni spostati u li tiġi żgurata protezzjoni sħiħa u ugwali għall-komunitajiet vulnerabbli f'riskju; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għal soluzzjoni politika għall-kunflitt fis-Sirja li tissalvagwardja s-sovranità tal-pajjiż u tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tas-Sirjani kollha, irrispettivament mill-appartenenza etnika jew reliġjuża tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Iqis li l-invażjoni tal-Iraq, il-politiki settarji tal-gvern ta' Al Maliki u l-gwerra fis-Sirja ħolqu art fertili fejn jinfirex l-ISIS; jappella għall-bżonn li tintemm il-gwerra kemm fis-Sirja kif ukoll fl-Iraq; itenni li l-kompiti ta' paċifikazzjoni u stabbilizzazzjoni jistgħu jiġu implimentati biss permezz ta' kunsens wiesa' fil-qafas tan-NU; itenni l-oppożizzjoni tiegħu għal kull intervent militari estern fis-Sirja, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa kondiviża li jkun hemm djalogu paċifiku u inklużiv sabiex tinbeda r-rikonċiljazzjoni u jingħata kontribut biex titreġġa' lura l-istabbiltà fil-pajjiż u fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jenfasizza d-deterjorament tas-sitwazzjoni tan-nisa fl-Iraq, li qed iseħħ pari passu mal-qerda ta' pajjiżhom tul dawn l-aħħar tletin sena, bin-nisa jibqgħu maqbuda bejn in-nuqqas ta' importanza mogħtija lilhom fis-soċjetà Iraqina, sitwazzjoni li ħżienet ulterjorment bil-preżenza tal-ISIS, u l-interpretazzjoni tal-liġi min-naħa tal-ISIS li tikkundanna n-nisa Iraqini għall-ostraċiżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Itenni li r-reġjun kollu għaddej minn movimenti ta' spostament storiċi, u li għalhekk l-atturi reġjonali huma kruċjali fl-isforz biex tiġi indirizzata din l-isfida; iqis li soluzzjoni solida u fit-tul jeħtieġ tkun ibbażata fuq id-djalogu bejn il-komunitajiet u l-gruppi ta' minoranza kollha li minn dejjem għexu ma' xulxin, u li tikkostitwixxi eżempju siewi ta' eteroġeneità kulturali u koeżistenza paċifika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-Kunsill jieħu l-inizjattiva li jlaqqa' konferenza internazzjonali dwar il-projbizzjoni u l-qerda ekoloġika tal-armi kollha tal-qerda tal-massa madwar id-dinja, inklużi l-armi nukleari, kimiċi u batterjoloġiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-kap tad-delegazzjoni tal-UE fl-Iraq, lill-presidenti tal-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tar-Repubblika tal-Iraq, lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Għarbija Sirjana, lis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran, u lil-Lega tal-Istati Għarab.</p>
</Section></Motion>