<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0157/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta’ minoranzi reliġjużi minn ISIS</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2529(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="34249">Filiz Hyusmenova</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="124707">Petr Ježek</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="96825">Norica Nicolai</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="134243">Jasenko Selimovic</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.518v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0157/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta’ minoranzi reliġjużi mill-ISIS</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2529" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2529">2016/2529(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iraq, is-Sirja, il-Libja u l-Eġittu, partikolarment dawk tal-10 ta’ Ottubru 2013 dwar każijiet reċenti ta’ vjolenza u persekuzzjoni kontra Nsara, partikolarment f’Ma’loula, fis-Sirja, u f’Peshawar, fil-Pakistan, u l-każ tal-Pastor Saeed Abedini (fl-Iran)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0422" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0422/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0422</ANCHOR>.</p>
</footnote> , tat-18 ta’ Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u s-Sirja u l-attakk tal-IS inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0027" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0027/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0027</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-12 ta’ Frar 2015 dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u s-Sirja, b’mod partikolari fil-kuntest tal-IS<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0040" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0040/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0040</ANCHOR>.</p>
</footnote>u dik tat-12 ta’ Marzu 2015 dwar l-attakki u sekwestri reċenti minn Daesh fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari ta’ Assirjani<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0071" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0071/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0071</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2015 dwar l-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da’esh, tal-20 ta’ Ottubru 2014 dwar il-kriżi tal-ISIL/Da’esh fis-Sirja u fl-Iraq, tat-30 ta’ Awwissu 2014 dwar l-Iraq u s-Sirja, tal-14 ta’ April 2014 u tat-12 ta’ Ottubru 2015 dwar is-Sirja, u tal-15 ta’ Awwissu 2014 dwar l-Iraq,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-Iraq u s-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, u l-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali; wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Intolleranza u tad-Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/JHA tat-8 ta’ Mejju 2003 dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 118, 14.5.2003, p. 12.</p>
</footnote>; wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni Ewropea ta’ Stavros Lambrinidis, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, fid-Dibattitu Miftuħ tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar “Il-vittmi ta’ attakki u abbużi fuq bażi reliġjuża jew etnika fil-Lvant Nofsani”, fis-27 ta’ Marzu 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, ippreżentat fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem fit-13 ta’ Awwissu 2015, b’mod partikolari l-paragrafi 165 sa 173 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li tapprova pjan direzzjonali għall-proċess ta’ paċi fis-Sirja u tistabbilixxi kalendarju għal taħdidiet,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, kif rikonoxxut permezz tar-Riżoluzzjoni 2249 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, l-ideoloġija estremista vjolenti tal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da’esh”, l-atti terroristiċi tiegħu, l-attakki gravi sistematiċi u mifruxa kontinwi tiegħu diretti kontra l-popolazzjonijiet ċivili, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-vjolazzjonijiet tal-liġi umanitarja internazzjonali, inklużi dawk imwettqa fuq bażi reliġjuża jew etnika, l-eradikazzjoni tiegħu tal-wirt kulturali u t-traffikar tal-beni kulturali, jikkostitwixxu theddida globali u mingħajr preċedent għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi n-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rrapurtaw vjolazzjonijiet serji u mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja internazzjonali mwettqa mill-ISIS/Da’esh u minn gruppi assoċjati fil-Lvant Nofsani, speċjalment fis-Sirja u fl-Iraq, kontra gruppi minoranzi etniċi u reliġjużi, inklużi assassinji mmirati, konverżjonijiet furzati, ħtif, bejgħ tan-nisa, tjassir tan-nisa u t-tfal, reklutaġġ tat-tfal għal attakki suwiċida bil-bombi, abbużi sesswali u fiżiċi, u tortura; billi hemm preokkupazzjonijiet li qed jiżdiedu dwar il-benessri ta dawk li għadhom maqbuda f’żoni kkontrollati mill-forzi tal-ISIS/Da’esh, minħabba li dawn iż-żoni ma jintlaħqu minn kważi l-ebda assistenza umanitarja internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, il-minoranzi reliġjużi u etniċi bħall-Insara, il-Yezidi, it-Turkmeni, ix-Shabak, il-Kaka’e, il-komunitajiet Sabej u Xi’iti, kif ukoll ħafna Għarab u Musulmani Sunniti, kienu fil-mira tal-ISIS/Da’esh; billi kien hemm moskej, monumenti, santwarji, knejjes u postijiet oħra ta’ qima, oqbra u ċimiterji, li nqerdu deliberatament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, fi Frar 2015, l-"ISIS/Da’esh" ħataf aktar minn 220 Nisrani Assirjan, wara li ħa l-kontroll ta’ bosta komunitajiet ta’ bdiewa fuq ix-xatt tan-Nofsinhar tax-xmara Khabur fil-provinċja ta’ Hassakeh fil-Grigal tal-pajjiż, u billi sal-lum ftit biss kienu dawk minnhom li nħelsu wara dawk li kienu qed iżommuhom tħallsu l-flus, filwaqt li għad mhux magħruf x’sar mill-oħrajn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Kummissjoni ta’ Inkjesta Internazzjonali Indipendenti iddokumentat u rrappurtat li persuni minn minoranzi etniċi u reliġjużi li qed jopponu lid-Da’esh/ISIS u gruppi terroristiċi oħra, milizzji u gruppi armati mhux tal-istat f’inħawi taħt il-kontroll de facto tagħhom għadhom f’riskju ta’ persekuzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi diversi rapporti minn korpi tan-NU, inkluż mill-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju, il-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar ir-Responsabbiltà tal-Protezzjoni u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, iddikjaraw li l-atti mwettqa mid-Da’esh/ISIS jistgħu jammontaw għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u, possibbilment, ġenoċidju; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra huma ta’ tħassib għall-Istati Membri kollha tal-UE, li huma determinati li jikkoperaw bil-ħsieb  li jipprevjenu tali delitti u li jtemmu l-impunità ta’ min iwettaqhom, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/CFSP tas-16 ta’ Ġunju 2003;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi, skont il-liġi internazzjonali, kull individwu għandu d-dritt li jgħix skont il-kuxjenza tiegħu jew tagħha u li liberament iħaddan jew ibiddel reliġjon kif ukoll twemmin mhux reliġjuż; billi l-mexxejja politiċi u reliġjużi għandhom id-dmir f’kull livell li jiġġieldu kontra l-estremiżmu u jippromwovu r-rispett reċiproku bejn l-individwi u l-gruppi reliġjużi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifakkar il-kundanna qawwija tiegħu tal-ISIS/Da’esh u l-abbużi gravissmi tad-drittijiet tal-bniedem li jwettaq u li jammontaw għal delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra, fis-sens tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), u li jistgħu jiġu rriferuti bħala ġenoċidju; huwa mħasseb għall-aħħar dwar il-fatt li dan il-grupp terroristiku għandu fil-mira intenzjonata tiegħu l-Insara, il-Yażidi, it-Turkmeni, ix-Xi’iti, ix-Shabak, is-Sabej, il-Kaka’e u s-Sunniti li ma jaqblux mal-interpretazzjoni tiegħu tal-Iżlam, bħala parti mit-tentattivi tiegħu li jestermina kull minoranza reliġjuża mill-inħawi li jaħkem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iħeġġeġ lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt tal-Ġenoċidju, iffirmata f’Pariġi fid-9 ta’ Diċembru 1948, u fi ftehimiet internazzjonali oħra rilevanti, biex jipprevjenu d-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità u l-ġenoċidju fit-territorju tagħhom; jenfasizza li jeħtieġ li ma jkun hemm l-ebda impunità għal min iwettaq dawn l-atti u li dawk responsabbli għandhom jiġu riferiti lill-QKI; iħeġġeġ lis-Sirja u lill-Iraq jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jirrifjuta mingħajr riżervi, u jqis bħala illeġitima, it-tħabbira tal-mexxej tal-hekk imsejjaħ "ISIS/Da’esh" li dan kien waqqaf "kalifat" fiż-żoni li llum jinsabu taħt il-kontroll tiegħu; jenfasizza li l-ħolqien u l-espansjoni tal-"kalifat Iżlamiku", kif ukoll l-attivitajiet ta’ gruppi estremisti vjolenti oħra fil-Lvant Nofsani, huma theddida diretta għas-sigurtà tar-reġjun u tal-pajjiżi Ewropej, u ksur ċar tad-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu b’mod attiv għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u jtejbu s-sistemi legali u ġurisdizzjonali tagħhom sabiex jevitaw li ċ-ċittadini tagħhom jivvjaġġaw biex jingħaqdu mal-hekk imsejjaħ “ISIS/Da’esh” u biex jiżguraw li, jekk jagħmlu dan, jittieħdu proċeduri kriminali kontrihom mill-aktar fis possibbli, inkluż għall-inċitament fuq l-internet u għall-appoġġ biex jitwettqu dawn id-delitti; jenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni, l-estensjoni, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jirrikonoxxi, jappoġġja u jitlob li kulħadd jirrispetta d-dritt inaljenabbli tal-minoranzi etniċi, reliġjużi u oħrajn kollha, li jgħixu fl-Iraq u fis-Sirja, li jibqgħu jgħixu fl-artijiet storiċi u tradizzjonali tagħhom fid-dinjità, fl-ugwaljanza u fis-sikurezza, u li jipprattikaw bis-sħiħ ir-reliġjon tagħhom b’mod liberu mingħajr ma jkunu suġġetti għal xi tip ta’ ġegħil, vjolenza jew diskriminazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ċara u inekwivoka mill-mexxejja politiċi u reliġjużi reġjonali kollha b’appoġġ għall-minoranzi etniċi u reliġjużi tar-reġjun u għall-preżenza kontinwa u għad-drittijiet sħaħ u ugwali tagħhom bħala ċittadini tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jitlob lill-komunità internazzjonali, inkluża l-UE u l-Istati Membri tagħha, jiżguraw il-kundizzjonijiet u l-prospetti ta’ sigurtà meħtieġa għall-minoranzi etniċi u reliġjużi li sfaw imġiegħla jitilqu minn art twelidhom jew ġew spostati b’mod furzat, biex jagħmlu effettiv mill-aktar fis possibbli d-dritt tagħhom li jirritornaw lejn l-artijiet ta’ twelidhom, li jżommu d-djar, l-artijiet, il-proprjetà u l-affarijiet tagħhom, kif ukoll il-knejjes u s-siti reliġjużi u kulturali tagħhom, u li jkunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża u jkolhom futur;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-atturi kollha u l-komunità internazzjonali jipprovdu protezzjoni militari u għajnuna, inkluża assistenza militari xierqa, lil gruppi partikolarment vulnerabbli li qegħdin fil-mira tad-Da’esh/ISIS fil-Lvant Nofsani, bħall-minoranzi etniċi u reliġjużi, u billi tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soluzzjonijiet dejjiema politiċi futuri bil-għan li jiġu ppreservati kemm il-ħajja tagħhom, kif ukoll it-tradizzjonijiet ta’ koeżistenza interkulturali, interetnika u interreliġjuża; jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jirrispettaw id-drittijiet universali tal-bniedem u jiffaċilitaw l-għoti ta’ għajnuna u assistenza umanitarja permezz tal-kanali kollha possibbli; ifakkar li għandu jkun l-impenn u r-responsabilità finali tal-atturi reġjonali kollha, kif ukoll tal-UE, li jagħmlu ħilithom kollha biex jiggarantixxu r-ritorn tal-minoranzi tradizzjonali u taċ-ċittadini kollha lejn il-postijiet fejn kienu jgħixu qabel u minn fejn kienu mġiegħla jaħarbu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jistieden lill-partijiet Sirjani kollha, esklużi l-gruppi terroristiċi bħal Al-Qaeda, Da’esh, Jabhat al-Nusra u gruppi relatati, jiltaqgħu taħt l-awspiċi tan-NU u, bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali kollha, biex jinnegozjaw tranżizzjoni politika; jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ u attiv tiegħu għall-ħidma tal-Mibgħut Speċjali tan-NU Staffan de Mistura għat-tnedija ta’ negozjati f’Ġinevra bejn il-partijiet Sirjani kollha fil-jiem li ġejjin u l-proposti tiegħu għal waqfien mill-ġlied lokali; jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jagħmlu pressjoni fuq id-donaturi kollha biex jirrispettaw il-wegħdiet tagħhom u biex jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ biex jagħtu appoġġ finanzjarju għall-pajjiżi ospitanti, speċjalment qabel il-konferenza tad-donaturi għas-Sirja f’Londra fid- 4 ta’ Frar 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jitlob li l-unitajiet ta’ Għajnuna Umanitarja u ta’ Kooperazzjoni tal-UE jikkooperaw bis-sħiħ fil-ħidma tagħhom direttament mal-mexxejja rikonoxxuti tal-minoranzi etniċi u reliġjużi li jinsabu fil-mira, u jinkluduhom fil-pjanijiet tagħhom tal-għajnuna, u fl-implimentazzjoni prattika u t-tqassim tagħha, bil-għan li jissodisfaw aħjar ħtiġijiethom u dawk tal-popolazzjoni ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10..  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tas-Sirja, lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan, lill-istituzzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika (OIC), lill-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf (il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf, GCC), lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.</p>
</Section></Motion>