<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0158/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2515(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="96848">Mariya Gabriel</Author>, <Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="112755">Andrej Plenković</Author>, <Author id="124806">David McAllister</Author>, <Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="28451">Lorenzo Cesa</Author>, <Author id="28424">Tunne Kelam</Author>, <Author id="124890">Adam Szejnfeld</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="124968">Therese Comodini Cachia</Author>, <Author id="118859">Roberta Metsola</Author>, <Author id="28150">Kinga Gál</Author>, <Author id="96813">Barbara Matera</Author>, </span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.519v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0158/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2515" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2515">2016/2515(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Jemen,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Jemen tas-16 ta' Novembru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-VP/RGħ dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2201 (2015) u 2216 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Mejju 2015 tal-Ko-Presidenti tal-24 Laqgħa Konġunta Ministerjali u tal-Kunsill bejn il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u l-Unjoni Ewropea (GCC-UE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-kunflitt attwali fil-Jemen joriġina fil-falliment ta’ gvernijiet suċċessivi biex jissodisfaw l-aspirazzjonijiet demokratċii, ekonomiċi u soċjali tal-poplu Jemenit, u minħabba f'hekk żiedu l-iskuntentizza u d-diviżjoni li wasslu għall-vjolenza attwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi s-sitwazzjoni fil-Jemen ġġorr magħha riskji serji għall-istabbiltà tar-reġjun, b'mod partikolari dik tal-Qarn tal-Afrika, tal-Baħar l-Aħmar u fir-reġjun usa' tal-Lvant Nofsani; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi fis-26 ta' Marzu 2015 koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija inklużi l-Bahrain, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Kuwajt, il-Marokk, il-Qatar, is-Sudan u l-Emirati Għarab Magħquda tat bidu għal operazzjoni militari fil-Jemen kontra r-ribelli Houthi, fuq talba tal-President tal-Jemen Abd-Rabbu Mansour Hadi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi bil-falliment tiegħu li jieħu t-triq ta' politika inklużiva, il-Jemen ilu maqbud f'tensjonijiet tribali u fi gwerra kiefra bi prokura bejn ir-ribelli Houthi, li huma appoġġati mill-Iran, u l-Arabja Sawdija, li qed tmexxi kampanja militari kontra r-ribelli, li wassal lir-reġjun usa’ direttament f'kunflitt kumpless; billi l-Arabja Sawdija tipperċepixxi r-ribelli Houthi fil-Jemen bħala forza Iranjana bi prokura, filwaqt li l-Iran ikkundannat l-offensiva, immexxija mill-Arabja Sawdija, u appellat għall-waqfien immedjat ta’ attakki mill-ajru mmexxija mill-Arabja Sawdija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi Jemen stabbli u sigur, b' gvern li jiffunzjona sew, hu kruċjali għall-isforzi internazzjonali kontra l-estremiżmu u l-vjolenza fir-reġjun u lil hinn minnu, kif ukoll għall-paċi u l-istabilità fil-Jemen innifsu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-impatt umanitarju fuq il-popolazzjoni ċivili, u b'mod partikolari fuq it-tfal, tal-ġlied kontinwu bejn il-milizzji differenti, il-bumbardamenti u l-interruzzjoni tas-servizzi essenzjali qed jilħaq livelli allarmanti u jaggrava sitwazzjoni umanitarja diġà terribbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi 21.2 miljun ruħ fil-Jemen huma fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja; billi l-aktar tfal vulnerabbli mhux se jkollhom aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa jew għal dawk nutrizzjonali li jeħtieġu minħabba l-firxa preżenti ta' nuqqas ta' sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-implimentazzjoni ta’ passi immedjati li jwasslu għal waqfien mill-ġlied dejjiemi hija waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi hemm ukoll preokkupazzjonijiet li l-kunflitt wassal għal bosta ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Jemen, inklużi attakki kontra ġurnalisti u istituzzjonijiet tal-midja, għajbien furzat, ksur tal-Konvenzjoni kontra t-Tortura, fastidju u detenzjoni ta’ minoranzi reliġjużi, kif ukoll l-użu allegat ta’ tfal f’kunflitti armati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi tħassib serju dwar il-vjolenza kontinwa fil-Jemen u l-kriżijiet umanitarji li jirriżultaw u li jaffettwaw miljuni ta’ rġiel, nisa u tfal innoċenti; jiddispjaċih ħafna għat-telf ta’ ħajja kkawżat mill-kunflitt u s-sofferenza ta’ dawk maqbuda fil-ġlied, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iħeġġeġ il-partijiet Jemeniti kollha, b’mod partikolari l-Houthis, sabiex jaħdmu biex isolvu d-differenzi ta’ bejniethom permezz ta' djalogu, u jqis li hija biss soluzzjoni politika li tista’ twassal għal paċi dejjiema;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lin-naħat kollha biex jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u biex jaħdmu b’mod urġenti man-NU u l-organizzazzjonijiet ta' għajnuna umanitarji biex iwasslu l-assistenza lil dawk fil-bżonn; jappella għall-investigazzjoni indipendenti tal-ksur kollu allegat tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jappella għal pawża umanitarja sabiex tiġi permessa għajnuna vitali li tilħaq b'mod urġenti lill-poplu Jemenit; iħeġġeġ lill-partiti kollha biex jiffaċilitaw it-twassil urġenti tal-għajnuna umanitarja lejn il-partijiet kollha tal-Jemen, kif ukoll l-aċċess rapidu, sikur u bla xkiel għall-atturi umanitarji sabiex jilħqu lin-nies fil-bżonn tal-għajnuna umanitarja, inkluża l-għajnuna medika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jilqa’ u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi ta’ medjazzjoni min-naħa tan-NU biex tiffaċilita t-taħditiet bejn il-partijiet; jistenna li l-Unjoni Ewropea tkompli tiżvolġi rwol kostruttiv fl-organizzazzjoni ta' laqgħat oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jemmen li l-Arabja Sawdija u l-Iran huma strumentali biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi, u jħeġġeġ liż-żewġ naħat biex jaħdmu b’mod pragmatiku u b'rieda tajba sabiex jintemm il-ġlied fil-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jikkundanna kull forma ta' vjolenza u kull tentattiv jew theddida li tintuża l-vjolenza biex jiġu intimidati dawk li qed jipparteċipaw fil-konsultazzjonijiet li għalihom in-NU hija intermedjarja; jenfasizza li d-djalogu politiku inklużiv nnegozjat min-NU għandu jkun proċess immexxi mill-Jemeniti, bl-intenzjoni li tiġi nnegozjata soluzzjoni politika bbażata fuq il-kunsens għall-kriżi tal-Jemen skont l-inizjattiva tal-GCC u l-Mekkaniżmu ta' Implimentazzjoni tagħha, l-eżitu tal-Konferenza dwar Djalogu Nazzjonali globali, il-Ftehim ta' Paċi u Sħubija Nazzjonali u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jistieden lill-partiti Jemeniti jattendu d-diskussjonijiet futuri u jimpenjaw ruħhom fihom mingħajr prekondizzjonijiet u b'rieda tajba, inkluż billi jsolvu d-differenzi tagħhom permezz ta' djalogu u konsultazzjonijiet, jiċħdu atti ta' vjolenza sabiex jintlaħqu l-għanijiet politiċi, u jżommu lura mill-provokazzjoni u minn kull azzjoni unilaterali li tista' xxekkel it-tranżizzjoni politika; jemmen li huwa kunsens politiku wiesa' biss permezz ta' negozjati inklużivi li jista' jipprovdi soluzzjoni sostenibbli, jerġa' jġib lura l-paċi, u jżomm l-unità, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, u lill-Gvern tal-Jemen.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>