<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0159/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-ISIS</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2529(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="111014">Josef Weidenholzer</Author>, <Author id="39711">Victor Boştinaru</Author>, <Author id="96840">Knut Fleckenstein</Author>, <Author id="2073">Richard Howitt</Author>, <Author id="125110">Nikos Androulakis</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="124819">Goffredo Maria Bettini</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="96917">Silvia Costa</Author>, <Author id="40224">Andi Cristea</Author>, <Author id="124970">Miriam Dalli</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="124803">Isabella De Monte</Author>, <Author id="96911">Tanja Fajon</Author>, <Author id="125018">Eugen Freund</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="96991">Eider Gardiazabal Rubial</Author>, <Author id="124817">Enrico Gasbarra</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="124961">Theresa Griffin</Author>, <Author id="96768">Enrique Guerrero Salom</Author>, <Author id="103488">Sergio Gutiérrez Prieto</Author>, <Author id="96857">Cătălin Sorin Ivan</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="124962">Afzal Khan</Author>, <Author id="124801">Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="125042">Javi López</Author>, <Author id="96812">Juan Fernando López Aguilar</Author>, <Author id="124746">Andrejs Mamikins</Author>, <Author id="124691">Costas Mavrides</Author>, <Author id="118858">Marlene Mizzi</Author>, <Author id="124788">Luigi Morgano</Author>, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="88882">Victor Negrescu</Author>, <Author id="125013">Momchil Nekov</Author>, <Author id="124723">Péter Niedermüller</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="124692">Demetris Papadakis</Author>, <Author id="28166">Vincent Peillon</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="124699">Miroslav Poche</Author>, <Author id="124997">Soraya Post</Author>, <Author id="124888">Gabriele Preuß</Author>, <Author id="124948">Siôn Simon</Author>, <Author id="96831">Jutta Steinruck</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="29579">Marc Tarabella</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="124963">Julie Ward</Author>, <Author id="124739">Carlos Zorrinho</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.520v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0159/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-ISIS </span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2529" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2529">2016/2529(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iraq, is-Sirja, il-Libja u l-Eġittu, b'mod partikolari dik tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-attakki u ħtif reċenti minn ISIS/Da'esh fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari tal-Assirjani<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0071" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0071/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0071</ANCHOR>.</p>
</footnote>, u dik tat-18 ta' Settembru 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u s-Sirja u l-attakki tal-IS, inkluża l-persekuzzjoni tal-minoranzi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0027" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0027/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0027</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2015 dwar l-istrateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/id-Da'esh, tal-20 ta' Ottubru 2014 dwar il-kriżi tal-ISIL/id-Da'esh fis-Sirja u fl-Iraq, tat-30 ta' Awwissu 2014 dwar l-Iraq u s-Sirja, tal-14 ta' April 2014 u tat-12 ta' Ottubru 2015 dwar is-Sirja, u tal-15 ta' Awwissu 2014 dwar l-Iraq, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin u l-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali, kif ukoll id-dikjarazzjoni tan-NU tal-1981 dwar l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' intolleranza u diskriminazzjoni bbażati fuq ir-reliġjon u t-twemmin, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/JHA tat-8 ta' Mejju 2003 dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 118, 14.5.2008, p. 12.</p>
</footnote>, u d-dikjarazzjoni tal-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Marzu 2015 ta' Stavros Lambrinidis, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, f'isem l-Unjoni Ewropea, waqt id-dibattitu miftuħ tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-vittmi ta' attakki u abbużi fuq bażi reliġjuża jew etnika fil-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 2249, 2253 u 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tad-9 ta' Diċembru 1948 dwar il-prevenzjoni u l-kastig tad-delitt ta' ġenoċidju, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, kif rikonoxxut mir-riżoluzzjoni 2249 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-20 ta' Novembru 2015, l-ideoloġija estremista vjolenti mħaddna mill-hekk imsejjaħ "ISIS/Da'esh", l-atti terroristiċi tiegħu, l-attakki kontinwi, atroċi, sistematiċi u mifruxa tiegħu fil-konfront tal-popolazzjonijiet ċivili, l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż dak ibbażat fuq ir-reliġjon jew l-etniċità, il-qerda tal-wirt kulturali kif ukoll it-traffikar tal-beni kulturali jikkostitwixxu theddida globali u bla preċedent għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi r-riżoluzzjoni 2249 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tawtorizza lil dawk l-Istati Membri tagħha li għandhom il-kapaċità li jagħmlu dan biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, f'konformità mad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, ir-rifuġjati u l-affarijiet umanitarji, biex jintensifikaw u jikkoordinaw l-isforzi tagħhom għall-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti terroristiċi fit-territorju taħt il-kontroll tal-ISIS/id-Da'esh fis-Sirja u fl-Iraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi r-riżoluzzjoni 2253 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ttenni l-obbligu tal-Istati Membri tagħha li jiżguraw li ċ-ċittadini tagħhom u persuni fit-territorju tagħhom ma jqegħdux riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-ISIS/id-Da'esh, l-Al-Qaeda, u individwi, gruppi, impriżi, u entitajiet assoċjati magħhom u tfakkar li dan l-obbligu japplika għall-kummerċ dirett u indirett fiż-żejt u fi prodotti taż-żejt raffinat, u tfakkar ukoll fl-importanza li l-Istati Membri kollha jirrispettaw l-obbligu tagħhom li jiżguraw li ċ-ċittadini tagħhom u persuni fi ħdan it-territorju tagħhom ma jagħmlux donazzjonijiet lil individwi u entitajiet indikati bħala terroristiċi jew dawk li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi r-riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tesprimi l-appoġġ tagħha għal proċess politiku mmexxi mis-Sirja li jkun iffaċilitat min-NU u li, fi żmien sitt xhur, jistabbilixxi governanza kredibbli, inklużiva u nonsettarja filwaqt li jistabbilixxi kalendarju u proċess għat-tfassil ta' kostituzzjoni ġdida; billi r-riżoluzzjoni tesprimi l-appoġġ tagħha għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti, f'konformità mal-kostituzzjoni l-ġdida, li għandhom isiru fi żmien 18-il xahar u jkunu amministrati taħt is-superviżjoni tan-NU, b'rispett sħiħ tal-governanza u tal-ogħla standards internazzjonali ta' trasparenza u responsabbiltà u li fihom ikunu eleġibbli li jipparteċipaw is-Sirjani kollha, inklużi l-membri tad-dijaspora, kif stabbilit fl-istqarrija maħruġa mill-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja fl-14 ta' Novembru 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi n-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rrapurtaw ksur serju u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettaq mill-ISIS/id-Da'esh u minn gruppi assoċjati fil-Lvant Nofsani, speċjalment fis-Sirja u fl-Iraq, fil-konfront ta' minoranzi etniċi u reliġjużi, inklużi assassinji mmirati, konverżjonijiet furzati, ħtif, bejgħ ta' nisa, tjassir ta' nisa u tfal, reklutaġġ ta' tfal għal attakki suwiċida bil-bombi, abbużi sesswali u fiżiċi u tortura; billi hemm preokkupazzjonijiet li qed jiżdiedu dwar il-benessri ta' dawk li għadhom maqbuda f'żoni kkontrollati mill-forzi tal-ISIS/id-Da'esh, peress li dawn l-inħawi ma jintlaħqu minn kważi l-ebda assistenza umanitarja internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-minoranzi reliġjużi u etniċi bħall-Insara, il-Yazidi, ix-Xabaki, il-Kaka'e, il-komunitajiet Sabej u Xiiti, kif ukoll ħafna Għarab u Musulmani Sunniti, kienu fil-mira tal-ISIS/id-Da'esh; billi qed titwettaq qerda sistematika ta' moskej, monumenti, santwarji, knejjes u postijiet oħra ta' qima, oqbra u ċimiterji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti ddokumentat u rrappurtat ir-riskju ta' persekuzzjoni li għadhom qed jiffaċċjaw persuni minn minoranzi etniċi u reliġjużi li jopponu l-ISIS/id-Da'esh u gruppi terroristiċi, milizzji u gruppi armati oħra mhux tal-istat f'żoni taħt il-kontroll de facto tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi diversi rapporti ta' korpi tan-NU, inkluż il-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Prevenzjoni tal-Ġenoċidju, il-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar ir-Responsabbiltà ta' Protezzjoni u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, isostnu li l-atti mwettqa mill-ISIS/id-Da'esh jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u, possibbilment, ġenoċidju; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra huma ta' tħassib għall-Istati Membri kollha tal-UE, li huma determinati li jikkooperaw bil-ħsieb li dawn id-delitti jiġu evitati u li tintemm l-impunità ta' min iwettaqhom, f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/CFSP tas-16 ta' Ġunju 2003;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi, skont id-dritt internazzjonali, kull individwu għandu d-dritt li jgħix skont il-kuxjenza tiegħu jew tagħha u li jħaddan jew ibiddel liberament it-twemmin reliġjuż u mhux reliġjuż tiegħu; billi l-mexxejja politiċi u reliġjużi għandhom id-dmir, fil-livelli kollha, jiġġieldu kontra l-estremiżmu u jippromwovu r-rispett reċiproku fost l-individwi u l-gruppi reliġjużi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-ISIS/id-Da'esh huwa ħati ta' serje ta' assassinji brutali ta' membri tal-komunità LGBTI; billi, skont OutRight Action International, fis-Sirja u fl-Iraq inqatlu 36 raġel fuq akkużi ta' sodomija; billi l-biża' ta' mewt atroċi fost il-membri tal-komunità LGBTI taħt il-kontroll tal-ISIS/id-Da'esh hija aggravata ulterjorment mill-iżolament tagħhom f'soċjetà li fil-biċċa l-kbira tevitahom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifakkar il-kundanna qawwija tiegħu fil-konfront tal-ISIS/id-Da'esh u l-abbużi xokkanti tad-drittijiet tal-bniedem li jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra, fis-sens tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), u jenfasizza li għandhom jittieħdu passi biex dawn jiġu rikonoxxuti bħala ġenoċidju; jinsab imħasseb għall-aħħar dwar il-fatt li dan il-grupp terroristiku għandu fil-mira intenzjonata tiegħu lill-Insara, il-Yazidi, it-Turkmeni, ix-Xiiti, ix-Xabaki, is-Sabej, il-Kaka'e u s-Sunniti li ma jaqblux mal-interpretazzjoni tiegħu tal-Iżlam, bħala parti mit-tentattivi tiegħu li jelimina kull minoranza reliġjuża mill-inħawi taħt il-kontroll tiegħu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iħeġġeġ lil kull wieħed mill-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-kastig tad-delitt ta' ġenoċidju, iffirmata f'Pariġi fid-9 ta' Diċembru 1948, u ta' ftehimiet internazzjonali oħra rilevanti, biex jimpedixxu d-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità u l-ġenoċidju fit-territorju tagħhom; jenfasizza li jeħtieġ ma jkun hemm l-ebda impunità għal min iwettaq dawn l-atti u li dawk responsabbli għandhom jitressqu quddiem il-QKI; iħeġġeġ lis-Sirja u lill-Iraq jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-QKI;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Ifakkar li r-riżoluzzjoni 2253 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU imponiet obbligu ġuridiku fuq l-Istati Membri tan-NU biex jipprojbixxu kwalunkwe tip ta' assistenza lill-ISIS/id-Da'esh u lil organizzazzjonijiet terroristiċi oħra, b'referenza partikolari għall-forniment ta' armi u assistenza finanzjarja, inkluż il-kummerċ illegali fiż-żejt, u jħeġġiġhom jagħmlu din it-tip ta' assistenza reat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; ifakkar li l-inosservanza ta' din id-dispożizzjoni min-naħa ta' xi Stat Membru tikkostitwixxi ksur tad-dritt internazzjonali u tagħti lill-Istati Membri l-oħra l-obbligu ġuridiku li jimplimentaw ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU billi tittieħed azzjoni biex l-individwi u l-entitajiet responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lit-Turkija u lill-Istati tal-Golf iżidu l-isforzi tagħhom biex jimpedixxu u joħonqu kwalunkwe tip ta' appoġġ, attiv jew passiv, lill-ISIS/id-Da'esh u lil organizzazzjonijiet terroristiċi oħrajn f'dawn il-pajjiżi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Iħeġġeġ lill-Istati tal-Golf, b'mod partikolari l-Arabja Sawdija, jikkonfrontaw b'determinazzjoni l-ideoloġija estremista li tgħawweġ il-valuri Iżlamiċi tradizzjonali u li, fl-interpretazzjoni estrema tagħha, isservi bħala ġustifikazzjoni tal-azzjonijiet tal-ISIS/id-Da'esh u l-Al-Qaeda; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE jaġġornaw l-ordinamenti ġuridiċi tagħhom sabiex jimpedixxu li ċ-ċittadini tagħhom iħallu l-pajjiż biex jingħaqdu mal-ISIS/id-Da'esh u ma' organizzazzjonijiet terroristiċi oħra, kif ukoll jiżguraw li, jekk jagħmlu dan, jew jekk jipparteċipaw f'inċitament u appoġġ permezz tal-internet biex jitwettqu dawn ir-reati, jinfetħu proċeduri kriminali kontrihom malajr kemm jista' jkun; jenfasizza l-importanza tal-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni, l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jirrikonoxxi, jappoġġja u jesiġi li kulħadd jirrispetta d-dritt inaljenabbli tal-minoranzi etniċi, reliġjużi u ta' tip ieħor kollha, li jgħixu fl-Iraq u fis-Sirja, li jibqgħu jgħixu fl-artijiet storiċi u tradizzjonali tagħhom fid-dinjità, fl-ugwaljanza u fis-sikurezza, u li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom liberament mingħajr ebda tip ta' koerċizzjoni, vjolenza jew diskriminazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ċara u mingħajr ekwivoċi min-naħa tal-mexxejja politiċi u reliġjużi reġjonali kollha b'appoġġ għall-minoranzi etniċi u reliġjużi tar-reġjun, għall-preżenza tagħhom u għad-drittijiet sħaħ u ugwali tagħhom bħala ċittadini tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jitlob lill-komunità internazzjonali, inkluża l-UE u l-Istati Membri tagħha, tiżgura l-kundizzjonijiet u l-prospetti ta' sigurtà meħtieġa għall-minoranzi etniċi u reliġjużi li sfaw imġiegħla jitilqu minn art twelidhom jew ġew spostati b'mod furzat, biex ikunu jistgħu jeżerċitaw malajr kemm jista' jkun id-dritt tagħhom li jirritornaw lejn art twelidhom, li jżommu d-djar, l-artijiet, il-proprjetà u l-affarijiet tagħhom, kif ukoll il-knejjes u s-siti reliġjużi u kulturali tagħhom, u li jkunu jistgħu jgħixu ħajja dinjituża u jkollhom futur;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jenfasizza l-importanza li l-komunità internazzjonali tipprovdi protezzjoni u għajnuna, inkluż militarment, lil gruppi partikolarment vulnerabbli fil-mira tal-ISIS/id-Da'esh u ta' gruppi terroristiċi oħra fil-Lvant Nofsani, bħall-minoranzi etniċi u reliġjużi, u li dawn il-gruppi jipparteċipaw f'soluzzjonijiet politiċi futuri permanenti; jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jirrispettaw id-drittijiet universali tal-bniedem u jiffaċilitaw l-għoti ta' għajnuna u assistenza umanitarja permezz tal-mekkaniżmi kollha possibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ għall-isforzi diplomatiċi internazzjonali u l-ħidma tal-Mibgħut Speċjali tan-NU Staffan de Mistura biex, fil-jiem li ġejjin, jinbdew negozjati għall-paċi f'Ġinevra bejn il-partijiet Sirjani kollha, bil-parteċipazzjoni tal-atturi globali u reġjonali rilevanti kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tas-Sirja, lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tal-Iraq, lill-Gvern Reġjonali tal-Kurdistan, lill-istituzzjonijiet tal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika (OIC), lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf (il-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, GCC), lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>