<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0163/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0103">B8-0103/2016</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2526(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="101580">Constance Le Grip</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.524v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0163/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2526" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2526">2016/2526(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Programm ta' Azzjoni ta' Beijing adottati mir-Raba' Konferenza Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995 u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005), Beijing +15 (2010) u Beijing +20 (2015), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020), adottat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'Marzu 2011, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Marzu 2010 bit-titolu "Impenn Imsaħħaħ għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel: Karta f'Isem il-Mara" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0078" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0078">COM(2010)0078</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2010 bit-titolu "Strateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-0491" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-0491">COM(2010)0491</ANCHOR>), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel tas-26 ta' Novembru 2015, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019" (SWD (2015)0278)),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) tas-7 ta' Diċembru 2015, b'mod partikolari l-paragrafu 35 tiegħu, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-grupp ta' tliet Presidenzi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi tas-7 ta' Diċembru 2015 min-Netherlands, is-Slovakkja u Malta, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Pjan direzzjonali l-ġdid: "New start to address the challenges of work-life balance faced by working families"(Bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi għal bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol li jiffaċċjaw il-familji li jaħdmu), ippubblikat mill-Kummissjoni f'Awwissu 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-Ewropa wara l-2015 (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000006" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000006">O-000006/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0103">B8-0103/2016</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali tal-UE – kif rikonoxxut fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – li l-UE impenjat ruħha biex tintegra fl-attivitajiet kollha tagħha, u li hija essenzjali bħala objettiv strateġiku, biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali tal-UE, bħall-mira b'rabta mar-rata tal-impjieg fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi d-dritt għal trattament ugwali huwa dritt fundamentali deċiżiv li huwa rikonoxxut fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea u li għandu għeruq profondi fis-soċjetà Ewropea, u billi huwa essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' din is-soċjetà u għandu japplika fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fil-ġurisprudenza u fil-ħajja ta' kuljum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, storikament, l-UE ħadet xi passi importanti biex issaħħaħ id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi; billi, madankollu, tul dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm tnaqqis fir-riżultati tal-azzjoni politika għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell tal-UE; billi l-istrateġija preċedenti tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall-2010-2015 ma kkontribwixxietx biżżejjed għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell Ewropew u fil-livell internazzjonali, u billi l-objettivi ppjanati tagħha ma ġewx ssodisfati b'mod effikaċi; billi strateġija ġdida jeħtiġilha tipprovdi spinta ġdida u twassal għal azzjoni konkreta biex id-drittijiet tan-nisa jissaħħu u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015, il-Parlament appella b'mod ċar għal strateġija ġdida separata għall-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jinnota li fl-imgħoddi l-Kummissjoni approvat b'mod ċar Komunikazzjoni ċara, trasparenti, leġittima u pubblika għal Strateġija għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel, approvata mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE, fl-ogħla livell politiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jieħu nota li l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016, ippubblikat f'Novembru 2015, m'għamel ebda referenza speċifika għall-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi wara l-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ppubblikat "Il-Pjan Direzzjonali: new start to address the challenges of work-life balance faced by working families"(Bidu ġdid biex jiġu indirizzati l-isfidi għal bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol li jiffaċċjaw il-familji li jaħdmu), f'Awwissu 2015, jinnota li l-konsultazzjoni pubblika li nbdiet mas-sħab soċjali fil-11 ta' Novembru 2015 intemmet fl-4 ta' Jannar 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jilqa' l-approċċ tassew prattiku u konkret min-naħa tal-Kummissjoni, li tistabbilixxi għanijiet ċari u li jistgħu jitkejlu fid-dokument ta' ħidma tal-istaff għal "Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019" (Strategic engagement for gender equality 2016-2019), ippubblikat f'Diċembru 2015, minkejja li l-format tad-dokument huwa dak ta' dokument intern u mhux ta' komunikazzjoni vera u proprja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jilqa' l-impenn sod li ħadet il-Kummissarju Jourová, bħala Kummissarju inkarigat u f'isem il-Kulleġġ tal-Kummissarji b'mod ġenerali, meta tat idea ġenerali tad-dokument fil-laqgħa straordinarja tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi li saret fi Strasburgu fl-14 ta' Diċembru 2015, u ser ikompli jsegwi r-riżultati konkreti tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitqies in-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti fl-Istati Membri qabel ma tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jitressqu proposti leġiżlattivi ġodda fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi, biex b'hekk ikun hemm konformità mal-istandards b'rabta mal-impenn tal-Kummissjoni li tapplika regolamentazzjoni aħjar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu responsabilità sħiħa għat-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-għodod ta' politika intiżi biex itejbu l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' trattament ugwali u opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fil-livell nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jiddeplora l-fatt li, fis-7 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill EPSCO ma setax jaqbel fuq pożizzjoni uffiċjali dwar diversi kwistjonijiet favur l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluża "d-Direttiva dwar in-Nisa fil-Bordijiet" li l-Parlament ilu jistenna żmien twil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Parlament u mal-Kunsill biex jiġi identifikat il-progress li sar u jiġġeddu l-impenni fil-kuntest tal-laqgħa tal-Kunsill EPSCO f'Marzu 2016; jistieden lill-Presidenza Olandiża tal-Kunsill, b'rabta ma' dan, biex tagħmel sforzi sostanzjali biex tiżblokka l-fajls leġiżlattivi eżistenti fil-livell tal-Kunsill;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lura lill-Parlament b'mod regolari dwar l-istat attwali tal-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>