<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0164/2016</Ref><Date>27.1.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0103" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0103">B8-0103/2016</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2526(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124825">Beatrix von Storch</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.525v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0164/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Istrateġija l-Ġdida għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fl-Ewropa wara l-2015</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2526" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2526">2016/2526(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-<span font-style="italic">acquis communautaire</span> attwali tal-UE, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u proċeduri eżistenti, l-istrutturi, l-għodod ta' politika u l-baġits li għandhom l-għan li jtejbu l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' trattament ugwali u opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata "Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2010-2020" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2010-2020">COM(2010)2020</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2016 tas-27 ta' Ottubru 2015 intitolat "Mhux il-waqt li kollox jibqa' l-istess" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2015-0610" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2015-0610">COM(2015)0610</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" (Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019) (SWD (2015)0278),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni esterna tal-implimentazzjoni effettiva tal-integrazzjoni tas-sessi u l-effiċjenza tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, intitolata "Gender Mainstreaming in Committees and Delegations of the European Parliament",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0218" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0218/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0218</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-prinċipju ta' trattament ugwali u opportunitajiet indaqs huwa rikonoxxut fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-istrateġija tal-Kummissjoni għal opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 tat prijorità lil ħames oqsma għall-azzjoni ewlenin:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  indipendenza ekonomika ugwali għan-nisa u għall-irġiel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  paga ugwali għal xogħol ta' valur ugwali</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  ugwaljanza fit-teħid tad-deċiżjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  dinjità, integrità u tmiem tal-vjolenza sessista;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel lil hinn mill-UE</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2015 jiddikjara li l-Kummissjoni Juncker ingħatat mandat bl-impenn biex "tagħmel differenza: biex tagħmel affarijiet differenti u biex tagħmel l-affarijiet b'mod differenti", sabiex tnaqqas il-burokrazija u tagħmel il-ħajja aktar faċli għaċ-ċittadini u l-imprendituri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-Kummissjoni kkonfermat li l-ħames oqsma għall-azzjoni ewlenin dwar it-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs identifikati fl-2010 jibqgħu validi għall-mandat ġdid tagħha għall-2014-2019;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Kummissjoni kkonfermat mill-ġdid fil-Programm ta' Ħidma tagħha għall-2016 li "kienet se tkompli tagħmel xogħol prattiku għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-Kummissjoni ppubblikat dokument ta' ħidma tal-persunal ta' 40 paġna, intitolat "Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019" dwar il-ħames prijoritajiet, li għadhom validi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-ebda proposta leġiżlattiva addizzjonali ma għandha tiġi adottata sakemm il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u l-għodod ta' politika jkunu għadhom ma ġewx trasposti, implimentati u evalwati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi fid-9 ta' Ġunju 2015 il-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel wara l-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jirrikonoxxi li l-ħames oqsma għall-azzjoni ewlenin identifikati fl-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 jibqgħu prijoritajiet validi għall-mandat tal-Kummissjoni Juncker (2014-2019);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni ppubblikat dokument ta' ħidma tal-persunal ta' 40 paġna li jiddelinja "Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2019";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li wieħed jiffoka fuq in-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti fl-Istati Membri qabel ma tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jitressqu proposti leġiżlattivi u għodda ta' politika ġodda fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi, b'konformità mal-istandards applikabbli bħala parti mill-impenn tal-Kummissjoni favur Regolamentazzjoni Aħjar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu responsabilità sħiħa għat-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-għodod ta' politika intiżi biex itejbu l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta' trattament ugwali u opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa fil-livell nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u l-għodod ta' politika għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u "valur miżjud", li mhux dejjem huma meħtieġa regoli uniformi għall-funzjonament prattiku u kompetittiv tas-suq intern, u li l-Kummissjoni jeħtiġilha tqis il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-proposti leġiżlattivi tagħha u l-kuntesti u l-prattiki kulturali diversi fi Stati Membri differenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>