<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0251/2016</Ref><Date>17.2.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali domestiċi għall-iskopijiet tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2540(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="134243">Jasenko Selimovic</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE576.614v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0251/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali domestiċi għall-iskopijiet tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2540" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2540">2016/2540(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar il-funzjonament tal-Politika Agrikola Komuni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 114 tat-TFUE dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq uniku,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168(4)(b) tat-TFUE dwar il-miżuri fl-oqsma veterenarji u fito-sanitarji,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 169 tat-TFUE dwar miżuri ta' protezzjoni tal-konsumatur,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-TFUE li jistabbilixxi li, fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa lill-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali minħabba li huma esseri sensibbli, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.</p>
</footnote>, u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni, mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Saħħa tal-Annimali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0381" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0381/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0381</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-3050 laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd tad-29 ta' Novembru 2010 dwar il-benessri tal-klieb u l-qtates,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta' Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-benessri tal-annimali mid-Danimarka, il-Ġermanja u n-Netherlands tal-14 ta' Diċembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0197" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0197/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0197</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-istudju mill-Companion Animals Multisectoral Interprofessional and Interdisciplinary Strategic Think Tank on Zoonoses (CALLISTO),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Kummmissjoni ffinanzjat studju dwar it-trattament xieraq tal-klieb u tal-qtates involuti fi prattiki kummerċjali, li ġie ppubblikat fl-2015; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-organizzazzjonjiet mhux governattivi, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, l-awtoritajiet kompetenti u l-veterinarji wrew evidenza ta' żieda fil-kummerċ illegali tal-annimali domestiċi, b'abbuż mifrux tal-Iskema ta' Vvjaġġar tal-Annimali Domestiċi, l-evażjoni tal-kontrolli u l-falsifkazzjoni tad-dokumenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi kemm l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti qegħdin jassoċjaw dejjem aktar il-kummerċ illegali tal-annimali domestiċi mal-kriminalità gravi u organizzata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, minkejja t-titjib reċenti, għad baqa' tħassib kbir f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni pprovduta għall-passaporti tal-annimali domestiċi, jiġifieri kif tista' tingħata prova li l-età rispettiva ta' annimal individwali hija korretta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi ż-Żona ta' Schengen mingħajr fruntieri tipprevedi vvjaġġar mingħajr passaport minn Stat Membru għal ieħor liċ-ċittadini, u għaldaqstant tiffaċilità l-ivvjaġġar mingħajr kontrolli fi ħdan l-Unjoni ta' annimali li ġeneralment jinżammu bħala annimali domestiċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-annimali domestiċi involuti fil-kummerċ illegali spiss ikunu mrobbija ħażin, ma jkunux imdorrijin jinteraġixxu soċjalment u jkunu f'riskju għoli ta' mard;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi 70 % tal-mard ġdid li laqat lil bniedem f'dawn l-aħħar deċennji oriġina mill-annimali, u l-annimali komunement miżmuma bħala annimali domestiċi jġorru fuqhom aktar minn 100 żoonożi, inkluża r-rabja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi attwalment mhux l-Istati Membri kollha għandhom livell suffiċjenti ta' rekwiżiti għar-reġistrazzjoni u/jew l-identifikazzjoni tal-annimali domestiċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-ħarba ta' annimali eżotiċi u selvaġġi f'ambjent mingħajr l-għedewwa naturali tagħhom tista' twassal għat-tifrix mhux ikkontrollat ta' speċi, li jaf ikollu riperkussjonijiet fuq l-ambjent lokali rispettiv, is-saħħa pubblika u l-ekonomija b'mod ġenerali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-kummerċ illegali tal-annimali selvaġġi jikkostitwixxi waħda mill-aktar attivitajiet estensivi ta' kriminalità organizzata transnazzjonali fid-dinja kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jissottolinja l-kontribut pożittiv li l-annimali domestiċi jagħtu lill-ħajjiet ta' miljuni ta' sidien individwali u familji fl-UE kollha, u jafferma mill-ġdid li s-sidien għandhom ikunu jistgħu jivvjaġġaw bl-annimali domestiċi tagħhom b'mod sikur u kkontrollat fl-Unjoni kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jilqa' t-titjib li sar fl-Iskema ta' Vvjaġġar tal-Annimali Domestiċi introdotta bir-Regolament (UE) Nru 576/2013, inkluża l-introduzzjoni ta' elementi ta' sigurtà fil-passaport tal-annimali domestiċi, u t-titjib ulterjuri li se jiġi introdott ladarba l-koleġiżlaturi jadottataw il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jinnota bi tħassib l-evidenza ppreżentata minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, aġenziji tal-infurzar tal-liġi, awtoritajiet kompetenti u veterinarji li turi b'mod ċar abbuż illegali dejjem jiżdied mill-Iskema ta' Vvjaġġar tal-Annimali Domestiċi, li qed tiġi sfruttata għal skopijiet kummerċjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jinnota li r-rata baxxa ta' tilqim fost l-annimali domestiċi kkummerċjati llegalment ta' spiss tfisser li dawn ikollhom jiġu ttrattati bl-antibijotiċi; jissottolinja li dan iżid ir-riskju ta' reżistenza għall-antimikrobiċi fost l-annimali domestiċi; jinsab imħasseb li dan hu fattur ta' riskju addizzjonali għall-iżvilupp u t-trażmissjoni ta' reżistenza antimikrobika fil-bniedem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jirrikonoxxi li filwaqt li l-Istati Membri għandhom sistemi obbligatorji għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali domestiċi, jeżistu diskrepanzi fir-rigward tat-tip ta' informazzjoni li tinżamm, l-annimali koperti mir-rekwiżiti ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni, u l-livell ta' governanza li fiha tinżamm din l-informazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jemmen li rekwiżiti xierqa għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb (<span font-style="italic">canis lupus familiaris</span>) u l-qtates (<span font-style="italic">felis silvestris catus</span>) jistgħu jnaqqsu l-possibilità ta' falsifikazzjoni tad-dokumenti u l-kummerċ illegali, b'hekk jipproteġu s-saħħa pubblika u tal-annimali u jipprevedu traċċabilità effikaċi fi ħdan l-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jinnota bi tħassib il-kummerċ illegali li qed jiżdied tal-annimali selvaġġi ġeneralment miżmuma bħala annimali domestiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jemmen li rekwiżiti xierqa għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali selvaġġi ġeneralment miżmuma bħala annimali domestiċi jistgħu jnaqqsu l-possibilità li jsir kummerċ illegali, jipproteġu s-saħħa pubblika u tal-annimali u l-bijodiversità, u jipprevedu wkoll traċċabilità effikaċi fi ħdan l-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, malli tidħol fis-seħħ il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali, tadotta att delegat minnufih, u tistabbilixxi r-regoli skont l-Artikolu 109 tar-Regolament li jikkonċerna l-obbligi għall-Istati Membri – jekk meqjus neċessarju – biex jistabbilixxu u jżommu bażi ta' data kompjuterizzata għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-klieb (<span font-style="italic">canis lupus familiaris</span>) u l-qtates (<span font-style="italic">felis silvestris catus</span>), minħabba r-riskji speċifiċi u sinifikanti li jirrappreżentaw dawn l-ispeċijiet, bil-għan li jiżguraw prevenzjoni tal-mard u miżuri ta' kontroll effikaċi, u biex jiffaċilitaw it-traċċabilità ta' dawn l-annimali, il-movimenti tagħhom minn Stat Membru għal ieħor u d-dħul tagħhom fl-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-Kummissjoni tesplora miżuri addizzjonali biex tiġġieled il-kummerċ illegali tal-annimali domestiċi msemmija fil-konklużjonijiet tal-istudju dwar il-benessri tal-klieb u l-qtates involuti fi prattiki kummerċjali, u biex tippubblika dawk il-konklużjonijiet mingħajr dewmien; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>