<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0464/2016</Ref><Date>11.4.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/3031(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124886">Robert Jarosław Iwaszkiewicz</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE579.888v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0464/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-3031" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-3031">2015/3031(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-istess storja tal-Polonja tinkludi diversi eżempji tal-impenn tagħha li tiġġieled favur il-libertà u s-sovranità, imħallas bid-demm tas-sagrifiċċju tas-suldati u ċ-ċivili  tagħha; billi għandu jitfakkar b’mod partikolari li l-Polonja kienet l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li rreżista l-aggressjoni tan-Naziżmu Ġermaniż, u li kienet il-Polonja li bdiet iżżarma s-sistema komunista;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-Polonja kienet pijuniera tad-demokrazija, il-ħelsien individwali u l-libertà tar-reliġjon fl-Ewropa, billi r-Repubblika tal-Polonja kienet l-ewwel pajjiż fl-Ewropa u t-tieni fid-dinja li adotta kostituzzjoni, u billi għal sekli sħaħ id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet personali u reliġjużi rispettati fil-Polonja ipprovdew l-aqwa mudell possibbli għall-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-Artikolu 197 tal-kostituzzjoni attwali tal-Polonja tiddisponi li t-Tribunal Kostituzzjonali jopera taħt l-Att mgħoddi mill-parlament Pollakk;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-istqarrijiet u l-attivitá tal-midja tal-President tat-Tribunal Kostituzzjonali qed japprofondixxu l-kunflitt u jagħmluha diffiċli biex jintlaħaq kompromess dwar il-funzjonament tat-Tribunal Kostituzzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-kriżi tat-Tribunal Kostituzzjonali bdiet f’Ottubru 2015 u kienet marbuta ma’ azzjonijiet politikament motivati meħuda mill-gvern ta’ koalizzjoni tal-PO-PSL wara li dan tilef l-elezzjoni; billi t-Tribunal Kostituzzjonali ddeċieda f’Diċembru 2015 li l-għażla ta’ żewġ imħallfin f’Ottubru 2015 kienet tmur kontra l-kostituzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-linji gwida tal-Kummissjoni ta' Venezja mhumiex vinkolanti u jistgħu, iżda mhux meħtieġ, li jiġu aċċettati mill-gvernijiet tal-Istati Membri bħala gwida għall-introduzzjoni ta' bidliet pożittivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-President tal-Kummissjoni ta' Venezja jenfasizza fin-nota tiegħu li r-riforma tat-Tribunal Kostituzzjonali tal-Polonja hi kwistjoni interna Pollakka u għandha tiġi ttratata mill-awtoritajiet nazzjonali relevanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi d-dritt Pollakk jirregola espliċitament il-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-iskadenzi għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tat-Tribunal Kostituzzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi t-Trattati ma jagħtux lill-Kummissjoni Ewropea jew lil kwalunkwe awtorità oħra tal-UE d-dritt li jindaħlu fis-sistema politika ta' Stat Membru, speċjalment meta jiġu proposti bidliet li ma jiksrux id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-kriżi tat-Tribunal Kostituzzjonali li qed tkompli tikber jaf ikollha konsegwenzi għat-tħaddim tad-dritt fil-Polonja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkunsidra li s-separazzjoni tas-setgħa kostituzzjonali fil-Polonja, il-funzjonament tad-demokrazija parlamentari, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt mhumiex fil-periklu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza li l-kriżi tat-Tribunal Kostituzzjonali hi problema interna tal-Polonja u tista' tiġi riżolta biss mill-gvern Pollakk bi djalogu mal-partijiet ikkonċernati kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jirrikonoxxi li s-sitwazzjoni fil-Polonja ma tirrikjedi l-ebda intervent min-naħa tal-Kummissjoni jew kwalunkwe istituzzjoni oħra tal-UE; jemmen li l-Gvern Pollakk huwa liberu u sovran fl-azzjonijiet tiegħu u ma jistax jiġi obbligat jikkunsidra l-fehmiet ta' entitajiet bħalma hi l-Kummissjoni ta' Venezja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jirrikonoxxi li kwalunkwe indħil mill-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe entità oħra tal-UE fir-rigward tar-rispett lejn in-normi demokratiċi fil-Polonja mhuwiex ġustifikat; jenfasizza li azzjoni ta' dan it-tip ma tkunx konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà minqux fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza li l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni fil-konfront tal-Polonja u tal-Gvern Pollakk huma politikament immotivati u qed jintużaw mill-oppożizzjoni biex titkabbar l-impressjoni ta' kaos politiku fil-Polonja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-President tar-Repubblika tal-Polonja.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>