<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0465/2016</Ref><Date>11.4.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2015/3031(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="33569">Syed Kamall</Author>, <Author id="96796">Ryszard Antoni Legutko</Author>, <Author id="28353">Anna Elżbieta Fotyga</Author>, <Author id="96801">Tomasz Piotr Poręba</Author>, <Author id="28372">Ryszard Czarnecki</Author>, <Author id="124887">Karol Karski</Author>, <Author id="124877">Jadwiga Wiśniewska</Author>, <Author id="135541">Sławomir Kłosowski</Author>, <Author id="132925">Edward Czesak</Author>, <Author id="23784">Janusz Wojciechowski</Author>, <Author id="124897">Stanisław Ożóg</Author>, <Author id="28389">Zbigniew Kuźmiuk</Author>, <Author id="124891">Zdzisław Krasnodębski</Author>, <Author id="28615">Roberts Zīle</Author>, <Author id="135540">Czesław Hoc</Author>, Marek Jur</span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE579.889v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0465/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2015-3031" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2015-3031">2015/3031(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Pollakka, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 10, 190, 194, 195 u 197 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tal-25 ta' Ġunju 2015 u l-emendi sussegwenti tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mis-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja fil-25 ta Novembru 2015 dwar in-nuqqas ta' forza ġuridika tar-riżoluzzjonijiet adottati mis-Sejm fit-8 ta' Ottubru 2015 dwar l-elezzjoni tal-imħallfin tat-Tribunal Kostituzzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tas-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 833/2015 tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (il-Kummissjoni ta' Venezja) dwar l-emendi għall-Att tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar it-Tribunal Kostituzzjonali tal-Polonja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Opinjoni CDL-STD(1997)020 tal-Kummissjoni ta' Venezja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Gvern Pollakk attwali għandu l-aktar mandat demokratiku qawwi fl-istorja tal-pajjiż minn mindu waqa' l-Komuniżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-emendi għall-Att dwar it-Tribunal Kostituzzjonali (TK) adottati mill-gvern preċedenti fil-25 ta' Ġunju 2015 ġew introdotti bil-għan li jimtlew ħames karigi ġudizzjarji li normalment kienu jsiru disponibbli biss wara l-elezzjonijiet demokratiċi tal-25 ta' Ottubru 2015, u b'hekk saret bidla tal-aħħar minuta fil-kompożizzjoni tat-Tribunal; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi skont l-Artikolu 21 tal-Att dwar it-TK tal-2015 kwalunkwe persuna eletta għall-pożizzjoni ta' mħallef tat-TK għandha tieħu ġurament quddiem il-President, peress li dan huwa obbligatorju biex dak li jkun isir imħallef kostituzzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi fid-19 ta' Novembru u fit-22 ta' Diċembru 2015, il-Parlament Pollakk emenda l-Att dwar it-TK tal-2015, u stabbilixxa regoli ta' proċedura għal rieżami kostituzzjonali skont l-Artikolu 197 tal-Kostituzzjoni Pollakka; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-preżunzjoni tal-kostituzzjonalità ta' statut ippubblikat kif xieraq huwa prinċipju kostituzzjonali bażiku meħtieġ biex jiġi żgurat l-istat tad-dritt meta tkun qed tiġi rieżaminata l-kostituzzjonalità ta' kull statut; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi huwa biss il-President tar-Repubblika tal-Polonja, bis-saħħa tal-Artikolu 122(3) tal-Kostituzzjoni Pollakka, li jista' jirreferi att legali għal rieżami kostituzzjonali qabel jidħol fis-seħħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi huwa indispensabbli li s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali jiġu adottati skont il-proċedura dovuta, peress li din hija kundizzjoni <span font-style="italic">sine qua non</span> biex riżoluzzjoni mill-imħallfin kostituzzjonali titqies bħala sentenza skont it-termini tal-Artikolu 190 tal-Kostituzzjoni Pollakka, u għalhekk suġġetta għall-pubblikazzjoni uffiċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-Polonja talbet lill-Kummissjoni ta' Venezja teżamina d-dispożizzjonijiet tal-istatut il-ġdid li jistabbilixxu r-regoli tal-ġudizzju mogħti mit-TK;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-Opinjoni Nru 833/2015 tal-Kummissjoni ta' Venezja tressqet quddiem is-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja fil-11 ta' Marzu 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jenfasizza li l-emendi għal-Att dwar it-TK adottati fil-25 ta' Ġunju 2015 u l-elezzjoni ta' ħames imħallfin fit-8 ta' Ottubru 2015 eżatt qabel l-elezzjonijiet parlamentari tal-25 ta' Ottubru 2015 huma għajn tal-kontroversja li għaddejja bħalissa fir-rigward tat-TK;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza li l-Gvern preċedenti żgura lilu nnifsu maġġoranza kbira ħafna ta' sa 14 mill-15-il imħallef tat- TK, u b'hekk kiser il-prinċipju elementari tal-pluraliżmu tal-qrati u mar kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-1997 tal-Kummissjoni ta' Venezja, li ddikjaraw li "Partit fil-gvern m'għandux ikun f'pożizzjoni li jkollu l-imħallfin kollha maħtura skont il-preferenza tiegħu";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jenfasizza li r-revoka ta' dawn il-ħatriet mill-Parlament il-ġdid twettqet fil-kuntest tal-proċedura ordinarja ta' awtokorrezzjoni, u jenfasizza li ma hemm l-ebda raġuni biex Parlament li għadu kif ġie elett jiġi mċaħħad mid-dritt li jiddeċiedi fuq il-korrettezza tad-deċiżjoni preċedenti tiegħu matul l-istess proċedura; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jirrimarka li l-emendi għall-Att dwar it-TK tal-2015 li ddaħħlu mill-gvern tal-Liġi u l-Ġustizzja għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-proċedimenti għal rieżami kostituzzjonali konkret u li jkun hemm dispożizzjoni għal regoli iktar trasparenti għar-rieżami kostituzzjonali astratt u politiku, filwaqt li jillimitaw ukoll is-setgħa diskrezzjonali mingħajr limitu tal-President tat-TK f'dan ir-rigward;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza li r-riżoluzzjoni tat-TK tad-9 ta' Marzu 2016 tqieset u ġiet adottata minn bank ta' 12-il imħallef, minflok minimu ta' 13, , u dan jikkostitwixxi ksur apparenti tal-proċedura skont id-dritt Pollakk u jmur kontra l-Artikolu 197 tal-Kostituzzjoni, li skontu t-TK huwa obbligat isegwi r-regoli ta' proċedura statutorji tiegħu; jenfasizza, barra minn hekk, li skont l-Artikolu 7 tal-Kostituzzjoni, il-gvern huwa marbut bil-prinċipju ta' legalità u m'għandu jippubblika l-ebda riżoluzzjoni adottata bi ksur apparenti tal-proċedura preskritta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-iSpeaker tas-Sejm tar-Repubblika tal-Polonja li jaħtar grupp ta' esperti, miftuħ għal rappreżentanti tal-partiti parlamentari kollha, li jkollu l-kompitu li jfassal rakkomandazzjonijiet għall-ħidma parlamentari futura u li japplika, sa fejn hu l-aktar possibbli, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja lill-qasam sistemiku in kwistjoni, filwaqt li jsostni l-konvinzjoni li l-ħidma tat-TK għandha tkun trasparenti kemm jista' jkun, u li l-aċċess għal din il-Qorti għandu jkun wiesgħa kemm jista' jkun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jenfasizza li l-President tal-Kummissjoni ta' Venezja għamilha ċara fir-rimarki tiegħu li r-riforma tat-Tribunal Kostituzzjonali hija kwistjoni Pollakka interna u għandha tiġi ttrattata mill-awtoritajiet nazzjonali relevanti; jenfasizza li approċċ bħal dan huwa konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà minqux fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-kwistjoni tista' biss  tiġi solvuta kif suppost jekk il-parteċipanti kollha fix-xena politika Pollakka jaġixxu b'mod responsabbli u jilħqu kompromess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>