<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0487/2016</Ref><Date>20.4.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal madwar l-UE abbażi ta' petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2575(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96677">Cecilia Wikström</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2878"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE579.916v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0487/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-salvagwardja tal-aħjar interessi tat-tfal madwar l-UE abbażi ta' petizzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2575" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2575">2016/2575(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-TFUE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 20 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li jenfasizzaw l-obbligu tal-gvernijiet li jipproteġu l-identità tat-tfal, inklużi r-relazzjonijiet familjari tagħhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-1963, b'mod partikolari l-Artikolu 37(b) tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tad-29 ta' Mejju 1993 dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (Brussell IIa)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Aġenda tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0060" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0060">COM(2011)0060</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-linji gwida mfassla fid-dokument ta' riflessjoni għad-disa' Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-immappjar tas-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal imwettaq mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-għadd kbir ta' petizzjonijiet dwar il-prattiki tal-awtoritajiet tresponsabbli mill-benessri tat-tfal u dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, il-kustodja tat-tfal, il-ħtif tat-tfal u l-indukrar tat-tfal li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva matul is-snin minn diversi Stati Membri tal-UE, u r-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti dwar żjarat għall-ġbir ta' informazzjoni fil-Ġermanja (23-24 ta' Novembru 2011)(Jugendamt), fid-Danimarka (20-21 ta' Ġunju 2013)(servizzi soċjali) u fir-Renju Unit (5-6 ta' Novembru 2015)(adozzjonijiet mhux konsenswali),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rwol u l-attivitajiet tal-Medjatur tal-Parlament Ewropew għall-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal mill-Ġenituri,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 216(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu l-ewwel prijorità fid-deċiżjonijiet kollha relatati ma' kwistjonijiet marbuta mal-indukrar tat-tfal fil-livelli kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-UE tista' tadotta miżuri li jikkonċernaw il-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transkonfinali (l-Artikolu 81(3) tat-TFUE), inkluż fil-qasam tal-adozzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi ż-żieda fil-mobilità ġewwa l-UE wasslet għal għadd dejjem ikbar ta' kwistjonijiet transkonfinali ta' protezzjoni tat-tfal li jinvolvu t-tneħħija tal-kustodja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-kwistjonijiet relatati mal-kustodja tat-tfal għandhom impatt sinifikanti fuq ħajjet kull individwu involut u fuq is-soċjetà kollha kemm hi, u billi r-Regolament Brussell IIa mhuwiex mingħajr lakuni, u r-reviżjoni imminenti tiegħu hija opportunità tajba biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-eżerċizzju ta' dritt fundamentali bħal-libertà ta' moviment u ta' residenza m'għandux jinvolvi theddida ikbar għad-dritt tat-tfal għall-ħajja tal-familja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi t-tfal li l-ġenituri tagħhom ikunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu għandhom id-dritt li jżommu, fuq bażi regolari, relazzjoni personali u kuntatt dirett mal-ġenituri tagħhom sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi tat-tfal, b'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifakkar li l-għadd kbir ta' petizzjonijiet li waslu dwar każijiet li jikkonċernaw it-tfal jindika li hemm problema kbira bl-implimentazzjoni tar-Regolament Brussell IIa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iqis li s-sistemi kollha ta' protezzjoni tat-tfal għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi transnazzjonali u transkonfinali li jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-kunflitti transkonfinali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Il-protezzjoni tat-tfal u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-UE</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jitlob lill-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni (bi statistika soċjoekonomika rilevanti u diżaggregata skont in-nazzjonalità) fi ħdan qafas ta' koordinazzjoni għall-każijiet transkonfinali li jinvolvu t-tfal; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkoordina t-trasferiment ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jitlob lill-Kunsill jirrapporta dwar l-azzjonijiet speċifiċi li qed jiġu implimentati mill-Istati Membri bl-għan li jinħolqu sinerġiji bejn it-28 sistema nazzjonali ta' protezzjoni tat-tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jitlob definizzjoni ċara ta' "residenza abitwali" fir-reviżjoni tar-Regolament Brussell IIa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jenfasizza l-obbligu tal-awtoritajiet nazzjonali, stabbilit fir-Regolament Brussell IIa, li jirrikonoxxu u jinfurzaw sentenzi mogħtija fi Stat Membru ieħor f'każijiet li jikkonċernaw it-tfal; jitlob lill-Istati Membri jżidu u jtejbu l-kooperazzjoni tal-ġudikaturi tagħhom f'każijiet li jinvolvu t-tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkofinanzjaw u jippromwovu l-istabbiliment ta' pjattaforma li tipprovdi assistenza lil ċittadini ta' pajjiżi terzi fi proċedimenti familjari, u ta' linja telefonika Ewropea unika għall-għajnuna għal każijiet ta' ħtif jew abbuż tat-tfal, kif ukoll konsulenza dwar proċedimenti ta' indukrar u adozzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi gwida ċara u faċilment aċċessibbli b'informazzjoni prattika għaċ-ċittadini tal-UE rigward l-arranġamenti istituzzjonali dwar il-protezzjoni tat-tfal, b'attenzjoni partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-adozzjoni jew it-tqegħid tat-tfal mingħajr il-kunsens tal-ġenituri u mad-drittijiet tal-ġenituri fi Stati Membri differenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Ir-rwol tas-servizzi soċjali fil-protezzjoni tat-tfal</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jitlob lill-Istati Membri jieħdu approċċ preventiv u jiżguraw politiki xierqa u b'riżorsi tajbin biex kemm jista' jkun jevitaw li jitnedew proċedimenti ta' indukrar, fejn dan ikun possibbli, bl-introduzzjoni ta' proċeduri ta' twissija bikrija u mekkaniżmi ta' sorveljanza, u jipprovdu appoġġ adegwat lill-familji, li jirrappreżentaw is-sors ewlieni tal-indukrar, partikolarment fi ħdan komunitajiet vulnerabbli fejn l-esklużjoni soċjali hija riskju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jenfasizza li valutazzjoni tajba ta' każijiet individwali fi kwistjonijiet relatati mal-familja m'għandhiex tkun imxekkla bi tnaqqis baġitarju b'riżultat ta' miżuri ta' awsterità, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-kwalità tas-servizzi soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprovdu taħriġ speċjalizzat u edukazzjoni lill-ħaddiema soċjali u lill-professjonisti l-oħra kollha li jittrattaw każijiet transkonfinali li jinvolvu t-tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jitlob lill-awtoritajiet rilevanti ta' Stat Membru li jkun biħsiebu jibgħat ħaddiema soċjali biex jinvestigaw każ għall-adozzjoni jew it-tqegħid tat-tfal fi Stat Membru ieħor biex jinformaw lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li tkun se ssir tali investigazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Proċedimenti ġudizzjarji relatati mal-indukrar tat-tfal</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jistieden lill-Istati Membri jaħtru awli speċjalizzati fi ħdan il-qrati tal-familja jew korpi ta' medjazzjoni transkonfinali biex jittrattaw każijiet transkonfinali relatati mat-tfal; jenfasizza li l-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni ta' wara sentenza huwa ta' importanza fundamentali, inkluż fir-rigward tal-kuntatt mal-ġenituri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw sistematikament id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1963, u jiżguraw li l-ambaxxati jew ir-rappreżentanzi konsulari jkunu infurmati mill-bidu nett dwar il-proċedimenti kollha dwar l-indukrar tat-tfal li jinvolvu ċ-ċittadini tagħhom, u li jkollhom aċċess sħiħ għad-dokumenti rilevanti; jissuġġerixxi li l-awtoritajiet konsulari għandhom jitħallew jattendu kull stadju tal-proċedimenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jitlob lill-Istati Membri jiggarantixxu drittijiet għal żjarat regolari lill-ġenituri, ħlief meta dan jista' jkun ta' ħsara għall-aħjar interessi tat-tfal, u jħallu lill-ġenituri jużaw l-ilsien matern tagħhom ma' wliedhom matul iż-żjarat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprovdu lill-ġenituri, mill-bidu nett u f'kull stadju tal-proċedimenti relatati mat-tfal, b'informazzjoni ċara u kompluta dwar il-proċedimenti u dwar il-konsegwenzi possibbli tagħhom; jitlobhom jinfurmaw lill-ġenituri dwar ir-regoli dwar l-appoġġ u l-għajnuna legali, pereżempju billi jipprovdulhom lista ta' avukati speċjalizzati bilingwi u billi joffru faċilitajiet ta' interpretazzjoni, sabiex jiġu evitati każijiet fejn il-ġenituri jagħtu l-kunsens tagħhom mingħajr ma jifhmu bis-sħiħ l-implikazzjonijiet tal-impenji tagħhom; jirrakkomanda wkoll li jingħata appoġġ adegwat lill-ġenituri b'diffikultajiet ta' litteriżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jirrakkomanda li jiġu stabbiliti standards minimi dwar is-smigħ tat-tfal fi proċedimenti ċivili nazzjonali, b'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jirrakkomanda li s-smigħ tal-ġenituri u s-smigħ tat-tfal quddiem imħallef, espert jew assistent soċjali isiru b'mod separat, biex jiġi evitat li t-tfal ikunu influwenzati jew jisfaw vittmi ta' kunflitti ta' lealtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jirrakkomanda li jiġu stabbiliti livelli ta' limitu għad-durata ta' kull stadju tal-proċedimenti transkonfinali dwar l-indukrar tat-tfal, sabiex il-membri tal-familja estiża tat-tfal ikollhom biżżejjed żmien biex jippreżentaw ruħhom u japplikaw biex jadottaw it-tfal, jew il-ġenituri jkunu jistgħu jindirizzaw il-problemi tagħhom u jipproponu alternattivi sostenibbli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-adozzjoni; iqis li qabel ma tiġi ddeterminata kwalunkwe soluzzjoni permanenti, bħall-adozzjoni, għandha ssir valutazzjoni mill-ġdid xierqa tas-sitwazzjoni tal-familja bijoloġika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jitlob lill-Istati Membri jagħtu żmien raġonevoli lill-ġenituri li jbatu mill-vizzju tal-alkoħol jew tad-droga sabiex ikollhom opportunità reali biex jirkupraw qabel ma l-qorti tieħu d-deċiżjoni finali dwar l-adozzjoni ta' wliedhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għar-rakkomandazzjonijiet li jaslu dwar il-medjazzjoni transkonfinali mill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">It-tqegħid tat-tfal u l-adozzjoni</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jiddikjara li m'hemm l-ebda mekkaniżmu fi ħdan l-UE li jipprovdi għar-rikonoxximent awtomatiku ta' ordnijiet ta' adozzjoni domestika maħruġa fi Stati Membri oħrajn; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jirregolaw ir-rikonoxximent ta' adozzjoni domestika, filwaqt li jqisu l-aħjar interessi tat-tfal u bir-rispett dovut għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jitlob lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-istati mhux kontraenti biex jingħaqdu mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1993, peress li dan kieku jiggarantixxi li t-tfal kollha jibbenefikaw mill-istess standards u jgħin biex tiġi evitata sistema parallela b'inqas salvagwardji; jitlob lill-Istati Membri biex jevitaw burokrazija qawwija fl-ipproċessar tar-rikonoxximent ta' adozzjonijiet internazzjonali diġà rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jenfasizza l-importanza li t-tfal fi kwalunkwe tip ta' arranġament ta' foster care jew adozzjoni jiġu offruti t-tqegħid bl-aħjar opportunitajiet biex jinżammu l-kuntatti mal-isfond kulturali tat-tfal u biex jitgħallmu u jużaw l-ilsien matern tagħhom; jitlob lill-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fi proċedimenti dwar l-indukrar tat-tfal biex jagħmlu l-isforzi kollha possibbli sabiex tiġi evitata s-separazzjoni tal-aħwa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jitlob lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari u appoġġ lill-ġenituri, u b'mod partikolari lin-nisa, li jkunu sfaw vittmi ta' vjolenza domestika, bħala tfal jew adulti, sabiex ikun evitat li jkunu vittimizzati mill-ġdid bit-tneħħija awtomatika tal-kustodja ta' wliedhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Ħtif transkonfinali tat-tfal mill-ġenituri </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.  Jitlob lill-Kummissjoni tippubblika r-riżultati miksuba fil-promozzjoni tal-kooperazzjoni transkonfinali f'każijiet ta' ħtif ta' tfal, li hija ddikjarat bħala prijorità fl-Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Jitlob lill-Kunsill biex jirrapporta dwar ir-riżultati miksuba fl-istabbiliment ta' sistemi ta' allarm għall-ħtif tat-tfal b'implikazzjonijiet transkonfinali, u biex jikkonkludi l-ftehimiet ta' kooperazzjoni rilevanti li jittrattaw każijiet ta' ħtif transkonfinali abbażi tal-linji gwida tal-Kummissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>