<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0580/2016</Ref><Date>4.5.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo>
imressqa wara l-mistoqsijiet għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0367" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0367">B8-0367/2016</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0368" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0368">B8-0368/2016</ANCHOR>
</Title-NextTo><Title-Recueil>
skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura
dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA
(2016/2573(RSP))
</Doc-Ref>
Claude Moraes
f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE582.598v01-00</Num-PE></Cover>
<Ref>B8-0580/2016</Ref><Title-Section>
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA
(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2573" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2573">2016/2573(RSP)</ANCHOR>)
</Title-Section>
Il-Parlament Ewropew,
–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 4, 6, 7 u 21 tiegħu,
–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 18 u 19 tagħha,
–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,
–  wara li kkunsidra l-istrumenti rilevanti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-10 ta' Diċembru 1984 u l-protokolli rilevanti tagħhom, u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat tal-20 ta' Diċembru 2006,
–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2178 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-24 ta' Settembru 2014 dwar it-theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżat minn atti terroristiċi,
–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, imħejji mir-Rapporteur Speċjali dwar it-tortura u trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, li jiffoka fuq il-kummissjonijiet ta' inkjesta b'risposta għal sistemi jew prattiki ta' tortura jew forom oħra ta' maltrattament,
–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawżi Nasr u Ghali vs l-Italja (Abu Omar) ta' Frar 2016, Al Nashiri vs il-Polonja u Husayn (Abu Zubaydah) vs il-Polonja ta' Lulju 2014 u El-Masri vs l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ta' Diċembru 2012,
–  wara li kkunsidra wkoll il-każijiet pendenti u li għadhom għaddejjin quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (Abu Zubaydah vs il-Litwanja u Al Nashiri vs ir-Rumanija),
–  wara li kkunsidra s-sentenza ta' qorti Taljana li sabet ħatja lil 22 aġent tas-CIA, pilota tal-forza tal-ajru u żewġ aġenti Taljani u kkundannathom in absentia għal piena ta' ħabs għar-rwol tagħhom fil-ħtif tal-Imam ta' Milan, Abu Omar, fl-2003,
–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u tal-Istati Uniti tal-Amerka, tal-15 ta' Ġunju 2009, dwar l-għeluq tal-faċilità ta' detenzjoni fil-Bajja ta' Guantánamo u l-kooperazzjoni futura kontra t-terroriżmu, ibbażata fuq valuri kondiviżi, id-dritt internazzjonali, u r-rispett tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem,
–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar Guantánamo: deċiżjoni imminenti tal-piena tal-mewt<footnote>
ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 132.
</footnote>, ir-riżoluzzjonijiet l-oħra tiegħu dwar Guantánamo, l-aktar waħda reċenti dik tat-23 ta' Mejju 2013 dwar strajk tal-ġuħ tal-priġunieri<footnote>
ĠU C 55, 12.2.2016, p. 123.
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt<footnote>
Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0348" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0348/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0348</ANCHOR>.
</footnote> u l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt,
–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar l-allegat użu ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u ż-żamma illegali ta' priġunieri, adottata f'fażi intermedja tal-ħidma tal-Kumitat Temporanju<footnote>
ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 833.
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2007 dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri<footnote>
ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 309.
</footnote>, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta' priġunieri f’pajjiżi Ewropej mis-CIA: segwitu tar-Rapport tal-Kumitat tat-TDIP tal-Parlament Ewropew<footnote>
ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 1.
</footnote>, u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA<footnote>
Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0418" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0418/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0418</ANCHOR>.
</footnote>,
–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 u s-6 ta' Ġunju 2014 dwar id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2012<footnote>
Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0173" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0173/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0173</ANCHOR>.
</footnote>, u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2013-2014)<footnote>
Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0286" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0286/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0286</ANCHOR>.  .
</footnote>,
–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 bit-titolu "Qafas ġdid tal-UE biex jissaħħaħ l-Istat tad-Dritt" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0158" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0158">COM(2014)0158</ANCHOR>),
–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA<footnote>
Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0031" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0031/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0031</ANCHOR>.
</footnote>,
–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, adottata f'Marzu 2015,
–  wara li kkunsidra l-għeluq tal-inkjesta dwar iż-żamma u t-trasport illegali ta' detenuti suspettati b'atti terroristiċi, imwettqa skont l-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), kif ukoll it-talba tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati firmatarji kollha tal-KEDB biex jipprovdulu informazzjoni dwar investigazzjonijiet li saru fil-passat jew li għadhom għaddejjin, kawżi rilevanti quddiem il-qrati domestiċi jew miżuri oħra meħuda b'rabta mas-suġġett ta' din l-inkjesta sat-30 ta' Settembru 2015<footnote>
http://website-pace.net/documents/19838/2008330/AS-JUR-INF-2016-06-EN.pdf/f9280767-bf73-44a1-8541-03204e2dfae3
</footnote>,
–  wara li kkunsidra l-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern f'Bucharest, ir-Rumanija, tal-24 u l-25 ta' Settembru 2015, u r-rapport relattiv dwar din il-missjoni;
–  wara li kkunsidra s-seduta pubblika li saret mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fit-13 ta' Ottubru 2015 dwar l-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati każijiet ta' trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA,
–  wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni, fl-2015, tal-istudju tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern bit-titolu "A quest for accountability? EU and Member State inquiries into the CIA Rendition and Secret Detention Programme" (Tfittxija għar-responsabbiltà? Inkjesti mill-UE u l-Istati Membri dwar il-programm ta' konsenja u detenzjoni sigrieta tas-CIA),
–  wara li kkunsidra l-ittra miftuħa tal-11 ta' Jannar 2016 indirizzata lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka mill-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa fl-okkażjoni tal-14-il anniversarju mill-ftuħ tal-faċilità ta' detenzjoni fil-Bajja ta' Guantánamo,
–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti adottati mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – kif ukoll ir-rapporti ppubblikati minnha – b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem tad-detenuti fi Guantánamo, inkluż l-aċċess tagħhom għall-kura medika, ir-rapport tal-2015 tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE-ODIHR), u d-deċiżjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja,
–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000038" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000038">O-000038/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0367" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0367">B8-0367/2016</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000039" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000039">O-000039/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0368" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0368">B8-0368/2016</ANCHOR>),
–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A.  billi l-UE hija msejsa fuq il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-dritt internazzjonali, mhux biss fil-politiki interni tagħha iżda anke fid-dimensjoni esterna tagħha; billi l-impenn tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, kif imsaħħaħ bid-dħul fis-seħħ tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-proċess ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, jeħtieġ jiġi rifless fl-oqsma kollha tal-politika sabiex tiżdied l-effikaċja tal-politika tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;
B.  billi, bl-enfasi fuq il-"Gwerra kontra t-Terroriżmu", fil-bilanċ bejn id-diversi poteri tal-istat kien hemm ċaqliqa perikoluża favur poteri akbar għall-gvernijiet, għad-detriment tal-parlamenti u l-ġudikatura, u dan wassal għal livell bla preċedent ta' każijiet fejn ġiet invokata s-segretezza tal-istat, li jimpedixxi l-inkjesti pubbliċi fir-rigward tal-allegati abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;
C.  billi l-Parlament talab kemm-il darba biex il-ġlieda kontra t-terroriżmu tirrispetta l-istat tad-dritt, id-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż fil-kuntest tal-kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam, abbażi tat-Trattati tal-UE, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-kostituzzjonijiet nazzjonali u l-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali;
D.  billi l-Parlament, bħala eżitu tal-ħidma tal-Kumitat Temporanju tiegħu dwar l-allegat użu ta' pajjiżi Ewropej min-naħa tas-Central Intelligence Agency (CIA) tal-Istati Uniti għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri, ikkundanna bil-qawwa l-programm ta' konsenja u detenzjoni sigrieta li jinvolvi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom id-detenzjoni illegali u arbitrarja, it-tortura u trattament inuman jew degradanti ieħor, ksur tal-prinċipju ta' non-refoulement u għajbien sfurzat bl-użu tal-ispazju tal-ajru u t-territorju tal-pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA;
E.  billi, biex id-drittijiet tal-bniedem jiġu protetti u promossi b'mod effikaċi fil-politiki interni u esterni tal-UE, u biex jiġu żgurati politiki tas-sigurtà leġittimi u effikaċi msejsa fuq l-istat tad-dritt, huwa essenzjali li tittieħed responsabbiltà għal dawn l-atti;
F.  billi l-Parlament talab kemm-il darba li jsiru investigazzjonijiet sħaħ dwar l-involviment tal-Istati Membri tal-UE fil-programm ta' detenzjoni sigrieta u konsenja straordinarja tas-CIA;
G.  billi d-9 ta' Diċembru 2015 kien jaħbat l-ewwel anniversarju mill-pubblikazzjoni tal-istudju tal-Kumitat Magħżul dwar l-Intelligence (SSCI) tal-Istati Uniti dwar il-programm ta' detenzjoni u interrogazzjoni tas-CIA u l-użu ta' diversi forom ta' tortura fuq id-detenuti bejn l-2001 u l-2006; billi l-istudju żvela fatti ġodda li saħħew l-allegazzjonijiet li għadd ta' Stati Membri tal-UE, l-awtoritajiet tagħhom, kif ukoll uffiċjali u aġenti tas-sigurtà u tas-servizzi sigrieti tagħhom kienu kompliċi fil-programm ta' detenzjoni sigrieta u konsenja straordinarja tas-CIA, xi drabi permezz ta' mezzi korrotti bbażati fuq ammonti sostanzjali ta' flus mogħtija mis-CIA bħala ħlas għall-kooperazzjoni tagħhom; billi l-istudju ma wassal għall-ebda tip ta' teħid ta' responsabbiltà min-naħa tal-Istati Uniti fir-rigward tal-programmi ta' konsenja u detenzjoni sigrieta tas-CIA; billi, sfortunatament, l-Istati Uniti naqsu milli jikkooperaw mal-investigazzjonijiet li saru mill-awtoritajiet Ewropej fir-rigward tal-kompliċità tal-pajjiżi Ewropej fil-programmi tas-CIA, u billi ħadd mill-persuni responsabbli għadu ma ntalab iwieġeb għal għemilu;
H.  billi Mark Martins, il-Prosekutur Ewlieni tal-Kummissjonijiet Militari fil-Bajja ta' Guantánamo, iddikjara li l-fatti deskritti fis-sommarju tal-istudju tal-SSCI dwar il-programm ta' detenzjoni u interrogazzjoni tas-CIA seħħew tassew;
I.  billi, permezz tal-informazzjoni fis-sommarju tal-SSCI, twettqet analiżi estensiva ġdida li kkonfermat l-investigazzjonijiet preċedenti b'rabta mal-involviment ta' għadd ta' pajjiżi – fosthom Stati Membri tal-UE – u identifikat toroq investigattivi ġodda;
J.  billi l-Parlament Ewropew preċedenti, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013, talab lill-Parlament attwali jkompli jwettaq u jimplimenta l-mandat mogħti mill-Kumitat Temporanju dwar l-allegat użu ta' pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri, u konsegwentement jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jkunu ġew segwiti, jistudja l-elementi l-ġodda li jistgħu joħorġu u jeżerċita bis-sħiħ id-drittijiet tiegħu ta' inkjesta, filwaqt li jiżviluppahom;
K.  billi r-riżoluzzjonijiet reċenti adottati mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – kif ukoll ir-rapporti ppubblikati minnha – b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem tad-detenuti fi Guantánamo jqajmu tħassib dwar il-possibbiltà li xi detenuti, jew tal-inqas xi wħud minnhom, mhumiex qed jirċievu kura medika jew riabilitazzjoni adegwati; billi r-rapport tal-OSKE-ODIHR tal-2015 ukoll jesprimi tħassib b'rabta mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fi Guantánamo, inkluża ċ-ċaħda tad-dritt ta' proċess ġust, u billi d-deċiżjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja jgħidu li diversi detenuti ta' Guantánamo qed jinżammu b'mod arbitrarju;
L.  billi l-President tal-Istati Uniti Barack Obama kien impenja ruħu li sa Jannar 2010 jagħlaq il-faċilità ta' detenzjoni tal-Bajja ta' Guantánamo; billi fil-15 ta' Ġunju 2009, l-UE u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti tal-Amerka ffirmaw dikjarazzjoni konġunta dwar l-għeluq tal-faċilità ta' detenzjoni tal-Bajja ta' Guantánamo u l-kooperazzjoni futura kontra t-terroriżmu, ibbażata fuq valuri kondiviżi, id-dritt internazzjonali, u r-rispett tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; billi fit-23 ta' Frar 2016 il-President Obama bagħat lill-Kungress pjan biex jingħalaq darba għal dejjem il-ħabs militari tal-Bajja ta' Guantánamo; billi l-kontribut tal-Istati Membri tal-UE biex xi wħud mill-priġunieri jiġu risistemati kien limitat;
M.  billi l-ebda wieħed mill-Istati Membri implikati ma wettaq investigazzjonijiet sħaħ u effikaċi sabiex il-persuni responsabbli minn reati fil-qafas tad-dritt internazzjonali u domestiku jitressqu quddiem il-ġustizzja, jew biex tiġi żgurata r-responsabbiltà wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tas-Senat tal-Istati Uniti;
N.  billi huwa ta' dispjaċir li l-membri tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament f'Bucharest ma setgħux iżuru l-bini tal-Uffiċċju tar-Reġistru Nazzjonali tal-Informazzjoni Klassifikata (ORNISS) li, skont xi rapporti, kien intuża bħala sit ta' detenzjoni sigriet mis-CIA;
O.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Frar 2015 dwar ir-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-użu tat-tortura mis-CIA, il-Parlament ta istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex, flimkien mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u b'mod partikolari s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, ikompli bl-investigazzjonijiet tiegħu dwar l-allegati każijiet ta' trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA u jirrapporta lill-plenarja fi żmien sena;
1.  Jenfasizza l-importanza unika u n-natura strateġika tar-relazzjoni transatlantika fi żmien ta' instabbiltà globali li qed tiżdied; huwa tal-fehma li din ir-relazzjoni, li hija bbażata fuq interessi komuni u valuri kondiviżi, jeħtieġ tissaħħaħ aktar abbażi tar-rispett għall-multilateraliżmu, l-istat tad-dritt u r-riżoluzzjoni negozjata tal-kunflitti;
2.  Itenni l-kundanna qawwija tiegħu fir-rigward tal-użu ta' tekniki ta' interrogazzjoni msaħħa, li huma pprojbiti skont id-dritt internazzjonali u li jiksru, fost l-oħrajn, id-drittijiet għal-libertà, is-sigurtà, it-trattament dinjituż, il-libertà mit-tortura, il-preżunzjoni tal-innoċenza, il-proċess ġust, il-konsulenza legali u l-protezzjoni ugwali skont il-liġi;
3.  Jesprimi, sena wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tas-Senat tal-Istati Uniti, it-tħassib serju tiegħu dwar l-apatija li wrew l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tar-rikonoxximent tad-diversi każijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali u tortura li seħħew fl-Ewropa bejn l-2001 u l-2006, l-investigazzjoni tagħhom u t-tressiq ta' dawk kompliċi u responsabbli quddiem il-ġustizzja;
4.  Jilqa' s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-23 ta' Frar 2016 fil-kawża Nasr u Ghali vs l-Italja (44883/09), li fiha ntqal li l-awtoritajiet Taljani kienu jafu bit-tortura mwettqa fil-konfront tal-imam Eġizzjan Abu Omar, u evidentement kienu użaw il-prinċipju tas-"segretezza tal-istat" biex jiżguraw li dawk responsabbli jgawdu minn impunità de facto; jitlob lill-eżekuttiv Taljan ineħħi l-prinċipju tas-"segretezza tal-istat" għall-eks-kap tas-Servizzi Sigrieti u s-Sigurtà Militari (SISMi) u l-viċi tiegħu, kif ukoll għal tliet eks-membri tas-SISMi, sabiex jiġi żgurat li ssir ġustizzja mingħajr ma jkun hemm ostakli;
5.  Jiddeplora l-fatt li f'Settembru 2015 saret biss missjoni trasversali waħda ta' ġbir ta' informazzjoni fir-Rumanija; jitlob li l-Parlament Ewropew jorganizza aktar missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni fil-pajjiżi li l-istudju tas-Senat tal-Istati Uniti dwar il-programm ta' detenzjoni u interrogazzjoni tas-CIA identifika bħala kompliċi f'dak il-programm, bħalma huma l-Litwanja, il-Polonja, l-Italja u r-Renju Unit;
6.  Jenfasizza l-fatt li l-kooperazzjoni transatlantika bbażata fuq valuri komuni bħall-promozzjoni tal-libertà u s-sigurtà, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem hija u għandha tkun prijorità ewlenija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE; itenni l-pożizzjoni ċara stabbilita fid-dikjarazzjoni tal-2009 tal-UE u l-Istati Uniti, fis-sens li l-isforzi konġunti biex jiġi miġġieled it-terroriżmu jeħtieġ ikunu konformi mal-obbligi previsti mid-dritt internazzjonali, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju, u li dan se jsaħħaħ il-pajjiżi tagħna u jagħmilhom aktar siguri; jitlob lill-Istati Uniti jagħmlu kull sforz, f'dan il-kuntest, biex jirrispettaw id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE bħalma jirrispettaw dawk taċ-ċittadini Amerikani;
7.  Jemmen li l-kooperazzjoni transatlantika dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu jeħtieġ tirrispetta d-drittijiet fundamentali, il-libertajiet fundamentali u l-privatezza, kif iggarantiti mil-leġiżlazzjoni tal-UE, għall-benefiċċju taċ-ċittadini fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku; jitlob li jkompli d-djalogu politiku bejn is-sħab transatlantiċi dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet ċivili u d-drittijiet tal-bniedem, sabiex it-terroriżmu jiġi miġġieled b'mod effikaċi;
8.  Jiddeplora l-fatt li, aktar minn sena wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tas-Senat tal-Istati Uniti u l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni ta' dan il-Parlament li fiha l-Istati Uniti ntalbu jinvestigaw u jistitwixxu proċedimenti ġudizzjarji fil-konfront tad-diversi każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li rriżultaw mill-programmi ta' konsenja u detenzjoni sigrieta tas-CIA, u jikkooperaw mat-talbiet kollha min-naħa tal-Istati Membri tal-UE b'rabta mal-programm tas-CIA, ħadd minn dawk responsabbli ma ntalab iwieġeb għal għemilu u l-Gvern tal-Istati Uniti naqas milli jikkoopera mal-Istati Membri tal-UE;
9.  Itenni l-appell tiegħu lill-Istati Uniti biex ikomplu jinvestigaw u jistitwixxu proċedimenti ġudizzjarji fil-konfront tad-diversi każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li rriżultaw mill-programmi ta' konsenja u detenzjoni sigrieta tas-CIA mmexxija mill-amministrazzjoni Amerikana preċedenti, u jikkooperaw mat-talbiet kollha min-naħa tal-Istati Membri tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni, estradizzjonijiet u rimedji effettivi għall-vittmi b'rabta mal-programm tas-CIA; iħeġġeġ lill-SSCI tal-Istati Uniti jippubblika l-istudju sħiħ tiegħu dwar il-programm ta' detenzjoni u interrogazzjoni tas-CIA; jenfasizza l-konklużjoni fundamentali li wasal għaliha s-Senat tal-Istati Uniti li l-metodi vjolenti u illegali applikati mis-CIA naqsu milli jiġġeneraw informazzjoni li kellha tevita aktar attakki terroristiċi; ifakkar il-kundanna assoluta tiegħu fil-konfront tat-tortura u l-għajbien sfurzat;
10.  Jiddeplora l-għeluq tal-inkjesta mwettqa mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa skont l-Artikolu 52 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, peress li l-investigazzjonijiet f'għadd ta' Stati Membri għadhom għaddejjin u hemm bżonn aktar osservazzjoni f'dan ir-rigward; itenni, għaldaqstant, l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex jinvestigaw, bi trasparenza sħiħa, l-allegazzjonijiet li fit-territorju tagħhom kien hemm ħabsijiet sigrieti li fihom inżammu persuni fil-qafas tal-programm tas-CIA, u biex jistitwixxu proċedimenti ġudizzjarji fil-konfront tal-persuni involuti f'dawn l-operazzjonijiet, inklużi atturi pubbliċi, fid-dawl tal-evidenza l-ġdida kollha li ħarġet (inklużi l-pagamenti li saru, kif deskritt fis-sommarju tal-SSCI), u jinnota b'dispjaċir il-pass batut tal-investigazzjonijiet, il-livell baxx ta' responsabbiltà u s-serħan eċċessiv fuq is-sigrieti tal-istat;
11.  Iħeġġeġ lil-Litwanja, ir-Rumanija u l-Polonja jwettqu b'urġenza investigazzjonijiet kriminali trasparenti, dettaljati u effikaċi fir-rigward tal-faċilitajiet ta' detenzjoni sigrieti tas-CIA fit-territorji rispettivi tagħhom, u jagħmlu dan fid-dawl tal-evidenza fattwali kollha li ġiet żvelata, iressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk li wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jippermettu lill-investigaturi jwettqu eżami dettaljat tan-netwerk tat-titjiriet tal-konsenji u ta' kuntatti li huwa magħruf pubblikament li organizzaw jew ipparteċipaw fit-titjiriet inkwistjoni, iwettqu eżamijiet forensiċi fil-ħabsijiet u fir-rigward tal-għoti ta' kura medika lid-detenuti miżmuma f'dawn il-postijiet, janalizzaw ir-rekords telefoniċi u t-trasferimenti ta' flus, jikkunsidraw applikazzjonijiet għall-istatus/il-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni min-naħa ta' dawk li setgħu kienu vittmi, u jiżguraw li jitqiesu r-reati rilevanti kollha, inkluż b'rabta mat-trasferiment ta' detenuti;
12.  Jinsisti fuq l-eżekuzzjoni sħiħa u fil-pront tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-konfront tal-Polonja u tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, inkluża l-konformità ma' miżuri individwali u ġenerali urġenti; itenni l-appell tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa biex il-Polonja tfittex u tirċievi assigurazzjonijiet diplomatiċi min-naħa tal-Istati Uniti fir-rigward tan-nuqqas ta' applikazzjoni tal-piena tal-mewt u assigurazzjoni ta' proċedimenti ġusti, u twettaq investigazzjonijiet kriminali dettaljati, effikaċi u f'waqthom, tiżgura li jiġu indirizzati r-reati rilevanti kollha, inkluż b'rabta mal-vittmi kollha, u tressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk li wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa', għaldaqstant, l-intenzjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li toħloq korp investigattiv indipendenti ad hoc, u jħeġġeġ it-twaqqif tiegħu mingħajr dewmien u b'appoġġ u parteċipazzjoni fil-livell internazzjonali;
13.  Ifakkar li l-eks-direttur tas-servizzi sigrieti Rumeni, Ioan Talpes, ammetta uffiċjalment mad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li huwa kien jaf bil-preżenza tas-CIA fit-territorju Rumen, u rrikonoxxa li kien ta permess biex "jikri" bini tal-gvern lis-CIA;
14.  Jesprimi tħassib dwar l-ostakli li ltaqgħu magħhom l-investigazzjonijiet parlamentari u ġudizzjarji nazzjonali fir-rigward tal-involviment ta' xi Stati Membri fil-programm tas-CIA, u l-klassifikazzjoni ta' dokumenti li ma kellhiex issir u li wasslet għal impunità de facto fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
15.  Ifakkar li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem issa rrikonoxxiet espressament – fis-sentenza tagħha tal-24 ta' Lulju 2014 – li sorsi pubbliċi u evidenza kumulattiva li jgħinu biex jintefa' aktar dawl fuq l-involviment tal-Istati Membri fil-programm ta' konsenja tas-CIA huma evidenza ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji, speċjalment jekk id-dokumenti uffiċjali tal-istat ikunu esklużi mill-iskrutinju pubbliku jew tal-qrati għal raġunijiet ta' "sigurtà nazzjonali";
16.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta White Paper dwar il-każijiet meta s-sigurtà nazzjonali u s-sigrieti tal-istat ma jistgħux jiġu invokati f'soċjetà demokratika, u essenzjalment tiddefinixxi x'ma jaqax taħt "sigurtà nazzjonali";
17.  Jilqa' l-isforzi li saru s'issa mir-Rumanija, u jitlob lis-Senat Rumen jiddeklassifika l-partijiet klassifikati li fadal tar-rapport tal-2007 tiegħu, jiġifieri l-annessi li fuqhom kienu bbażati l-konklużjonijiet tal-inkjesta tas-Senat Rumen; itenni l-appell tiegħu lir-Rumanija biex tinvestiga l-allegazzjonijiet li kien hemm ħabs sigriet, tistitwixxi proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-persuni involuti f'dawn l-operazzjonijiet, fid-dawl tal-evidenza l-ġdida kollha li ħarġet, u tikkonkludi l-investigazzjoni b'urġenza;
18.  Jinnota li t-tagħrif miġbur matul l-inkjesta tal-Kumitat Parlamentari għas-Sigurtà u d-Difiża Nazzjonali Litwan (Seimas CNSD) fir-rigward tal-involviment tal-Litwanja fil-programm ta' detenzjoni sigriet ma ġiex ippubblikat, u jitlob il-pubblikazzjoni ta' dan it-tagħrif, bi kwalunkwe reviżjoni meħtieġa;
19.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu li, minkejja diversi talbiet (ittra lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Rumanija, Bogdan Auresco, mingħand il-President tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament, u talba oħra fi żmien il-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni lis-Segretarju tal-Istat, George Ciamba), il-membri tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni ma setgħux iżuru "Bright Light", bini li ġie rrappurtat kemm-il darba – anke uffiċjalment – li ntuża bħala sit ta' detenzjoni;
20.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrappurtaw lura lill-plenarja qabel tmiem Ġunju 2016 dwar l-azzjoni meħuda fuq ir-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew fl-inkjesta tiegħu dwar l-allegati każijiet ta' trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej min-naħa tas-CIA u fir-riżoluzzjonijiet sussegwenti tiegħu, u dwar il-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti ġudizzjarji mwettqa fl-Istati Membri;
21.  Jitlob li d-djalogu interparlamentari regolari u strutturat bejn l-UE u l-Istati Uniti, b'mod partikolari bejn il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament Ewropew u l-kontropartijiet rilevanti tiegħu fil-Kungress u s-Senat tal-Istati Uniti, jissaħħaħ bl-użu tal-mezzi kollha ta' kooperazzjoni u djalogu previsti fid-Djalogu Transatlantiku tal-Leġiżlaturi (TLD); jilqa', f'dan ir-rigward, it-78 laqgħa tat-TLD bejn il-Parlament Ewropew u l-Kungress tal-Istati Uniti, li se ssir f'The Hague bejn is-26 u t-28 ta' Ġunju 2016 bħala opportunità biex tissaħħaħ dik il-kooperazzjoni, peress li l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu se tkun parti integrali mid-diskussjoni;
22.  Ifakkar li t-trasparenza hija l-pedament assolut ta' kwalunkwe soċjetà demokratika, il-kundizzjoni indispensabbli għar-responsabbiltà ta' gvern fil-konfront taċ-ċittadini tiegħu; jesprimi, għaldaqstant, it-tħassib serju tiegħu dwar ix-xejra dejjem akbar li l-gvernijiet jinvokaw is-"sigurtà nazzjonali" bl-għan uniku jew primarju li jimpedixxu l-iskrutinju pubbliku min-naħa taċ-ċittadini (li l-gvern huwa responsabbli lejhom) jew min-naħa tal-ġudikatura (li hija l-gwardjan tal-liġijiet ta' pajjiż); jirrimarka l-periklu kbir li tista' tirrappreżenta d-diżattivazzjoni ta' kwalunkwe mekkaniżmu ta' responsabbiltà demokratika, li effettivament jeżenta lill-gvern mir-responsabbiltà tiegħu;
23.  Jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar il-fatt li l-wegħda tal-President tal-Istati Uniti li jagħlaq il-faċilità ta' Guantánamo sa Jannar 2010 għadha ma ġietx implimentata; itenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jeżaminaw mill-ġdid is-sistema ta' kummissjonijiet militari bil-għan li jiġu żgurati proċessi ġusti, jagħlqu Guantánamo, u jipprojbixxu fi kwalunkwe ċirkustanza l-użu tat-tortura, il-maltrattament u d-detenzjoni indefinita mingħajr proċess;
24.  Jilqa' l-passi pożittivi li ttieħdu dan l-aħħar mill-President Obama fl-isforzi kontinwi u ripetuti tiegħu biex tingħalaq il-faċilità ta' detenzjoni fil-bażi militari tal-Istati Uniti fil-Bajja ta' Guantánamo u jinħelsu d-detenuti li ma ġewx akkużati; jitlob lill-Istati Uniti jindirizzaw it-tħassib imqajjem mill-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem tad-detenuti fi Guantánamo, inkluż l-aċċess għal kura medika adegwata u l-miżuri ta' riabilitazzjoni għas-superstiti tat-tortura; jenfasizza li l-President Obama, fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-20 ta' Jannar 2015, tenna d-determinazzjoni tiegħu li jwettaq il-wegħda li għamel matul il-kampanja elettorali tal-2008 li jagħlaq il-ħabs fil-Bajja ta' Guantánamo, u jilqa', barra minn hekk, il-pjan li bagħat lill-Kungress fit-23 ta' Frar 2016; jitlob lill-Istati Membri joffru asil lil dawk il-priġunieri li rċevew uffiċjalment l-awtorizzazzjoni biex jinħelsu;
25.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li proċessi kriminali normali soġġetti għall-ġurisdizzjoni ċivili huma l-aqwa mod biex jissolva l-istatus tad-detenuti ta' Guantánamo; jinsisti li d-detenuti li jinsabu fil-kustodja tal-Istati Uniti għandhom jiġu akkużati minnufih u pproċessati skont l-istandards internazzjonali tal-istat tad-dritt jew jinħelsu; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li għandhom japplikaw għal kulħadd, mingħajr ebda diskriminazzjoni, l-istess standards dwar proċessi ġusti;
26.  Jitlob lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti ma jimponux il-piena tal-mewt fuq id-detenuti tal-Bajja ta' Guantánamo;
27.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Awtorità ta' Konvokazzjoni għall-Kummissjonijiet Militari tal-Istati Uniti, lis-Segretarju tal-Istat, il-President, il-Kungress u s-Senat tal-Istati Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
</Motion>