Dokument ta' sessjoni

 

B8-0587/2016

9.5.2016

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura

dwar is-segwitu u s-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli

( 2016/2696(RSP) )  

Ignazio Corrao, Eleonora Evi, Rolandas Paksas, Fabio Massimo Castaldo, Beatrix von Storch

f'isem il-Grupp EFDD

 

B8-0587/2016

dwar is-segwitu u s-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli

( 2016/2696(RSP) )

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015[1],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp[2],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 2030,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju għall-2014 tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta' Settembru 2015 dwar "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli",

–  wara li kkunsidra d-dokumenti dwar l-eżitu tal-Ewwel u t-Tieni Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, b'mod partikolari l-Kunsens ta' Monterrey tal-2002 u d-Dikjarazzjoni ta' Doha tal-2008,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 68/204 u 68/279 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li saret f'Addis Ababa (l-Etjopja) mit-13 sas-16 ta' Lulju 2015,

–  wara li kkunsidra d-dokument "Elementi" tal-21 ta' Jannar 2015 ippreżentat mill-Kopresidenti tal-Proċess ta' Tħejjija għat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Mejju 2013 tal-Grupp ta' Livell Għoli tan-NU ta' Persuni Eminenti dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sinteżi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU ta' Diċembru 2014 dwar l-Aġenda għal Wara l-2015, intitolat "It-Triq lejn id-Dinjità sal-2030: Neqirdu l-Faqar, Nittrasformaw il-Ħajjiet Kollha u Nħarsu l-Pjaneta",

–  wara li kkunsidra r-rapport adottat f'Awwissu 2014 mill-Kumitat Intergovernattiv ta' Esperti dwar il-Finanzjament tal-Iżvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Lulju 2014 tal-Grupp ta' Ħidma Miftuħ tan-NU dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-UNCTAD dwar l-Investiment Dinji 2014 – Ninvestu fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli: Pjan ta' Azzjoni[3],

–  wara li kkunsidra d-dokument dwar l-eżitu tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) ta' Ġunju 2012, "Il-Ġejjieni li Rridu",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 68/304 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU intitolata "Lejn l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku multilaterali għar-ristrutturar tad-dejn sovran" ta' Settembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2015 intitolata "Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015" ( COM(2015)0044 )[4],

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 intitolata "Ħajja diċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva" ( COM(2014)0335 )[5],

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju  2013 intitolata "Lil hinn mill-2015: lejn approċċ komprensiv u integrat għall-finanzjament tal-qerda tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli" ( COM(2013)0531 )[6],

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2013 intitolata "Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli" ( COM(2013)0092 )[7],

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar Aġenda trasformattiva għal wara l-2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament tal-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli wara l-2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar rwol aktar b'saħħtu tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-25 ta' Ġunju 2013 dwar l-aġenda globali għal wara l-2015,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 472/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015)[8],

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jafferma mill-ġdid li l-UE "għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 TFUE, li jistabbilixxi li l-qerda tal-faqar hija l-objettiv prinċipali tal-politika tal-UE għall-iżvilupp u l-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-sena 2000 il-partijiet interessati rilevanti kollha ngħaqdu sabiex jistabbilixxu Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) bl-għan li sal-2015 jintlaħqu għanijiet konkreti għall-iżvilupp u għall-qerda tal-faqar;

B.  billi l-MDGs ikkontribwixxew għas-sensibilizzazzjoni sabiex il-qerda tal-faqar fil-livell globali ssir sfida urġenti u prijorità għal azzjoni globali; billi l-livell tal-kisba tal-MDGs ivarja, u, b'mod ġenerali, il-komunità internazzjonali għadha lura milli tilħaq il-miri li kellhom jintlaħqu sal-2015;

C.  billi s-summit tan-Nazzjonijiet Uniti għall-adozzjoni tal-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015 sar mill-25 sas-27 ta' Settembru 2015 fi New York, u ssejjaħ bħala laqgħa plenarja ta' livell għoli tal-Assemblea Ġenerali;

D.  billi fil-25 ta' Settembru 2015, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat id-dokument ta' eżitu tas-summit tan-Nazzjonijiet Uniti għall-adozzjoni tal-aġenda għall-iżvilupp ta' wara l-2015, ir-riżoluzzjoni "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli";

E.  billi, hekk kif iddikjarat fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq, din l-Aġenda hija pjan ta' azzjoni għan-nies, għall-pjaneta u għall-prosperità li tfittex ukoll li ssaħħaħ il-paċi universali f'libertà usa';

F.  billi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tiddikjara 17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli u 169 mira, li juru ambizzjoni kbira, li jfittxu jibnu fuq l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u jlestu dak li ma kisbux;

G.  billi l-qerda tal-faqar fil-forom u d-dimensjonijiet kollha tiegħu, inkluż il-faqar estrem, hija l-akbar sfida globali u rekwiżit indispensabbli għall-iżvilupp sostenibbli;

H.  billi dan il-pjan ta' azzjoni ambizzjuż huwa msejjes fuq qafas ta' 15-il sena, iżda l-għanijiet tiegħu jistgħu biss jiġu verament segwiti permezz tal-implimentazzjoni ġurnata b'ġurnata u s-segwitu regolari;

I.  billi l-ewwel anniversarju tal-adozzjoni tal-Aġenda 2030 qiegħed joqrob filwaqt li jeħtieġ li jingħata l-ewwel segwitu tar-riżultati miksuba matul l-ewwel sena;

1.  Jafferma mill-ġdid ir-rieda tal-UE li taġixxi bħala attur prinċipali fix-xena internazzjonali fir-rigward tal-qerda tal-faqar fil-forom u d-dimensjonijiet kollha tiegħu;

2.  Ifakkar ir-responsabbiltà kbira li l-UE, l-istituzzjonijiet tagħha u l-Istati Membri tagħha, flimkien mal-atturi nazzjonali u internazzjonali kollha l-oħra, għandhom lejn il-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri biex jinqered il-faqar;

3.  Japprova l-miri u l-objettivi proklamati fid-dikjarazzjoni dwar l-Aġenda 2030, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu azzjoni konkreta sabiex jilħqu l-miri tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli;

4.  Ifakkar l-importanza kruċjali tal-involviment attiv tas-soċjetà ċivili fil-kisba tal-SDGs;

5.  Jisħaq fuq l-universalità, l-indiviżibbiltà u l-interdipendenza tad-drittijiet kollha tal-bniedem tal-persuni kollha, mingħajr diskriminazzjoni ta' kwalunkwe xorta, l-ewwel fosthom id-dritt fundamentali tad-dinjità tal-bnedmin kollha;

6.  Jilqa' l-perspettiva approvata fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, skont liema l-SDGs huma integrati u indiviżibbli, u jibbilanċjaw it-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli: ekonomiku, soċjali u ambjentali;

7.  Jisħaq li l-għanijiet u l-miri huma mfassla bl-għan li jistimolaw azzjoni tul l-14-il sena li ġejjin f'oqsma ta' importanza kritika għall-umanità u l-pjaneta;  

8.  Jieħu nota tal-ambizzjoni tar-riżultat globali adottat mill-SDGs, b'mod partikolari minħabba n-natura multidimensjonali tal-SDGs; u japprova din il-perspettiva globali;

9.  Jemmen bis-sħiħ li segwitu perjodiku tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs huwa ferm importanti sabiex regolarment jitqies il-progress li sar fil-ġlieda kontra l-faqar, kif ukoll kwalunkwe ostaklu, u tiġi kkoreġuta l-azzjoni fejn meħtieġ;

10.  Jieħu nota tal-fatt li, f'xi aspetti, l-Aġenda 2030 innifisha tista' taħdem bħala qafas komuni ta' riżultati għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jinnota, b'mod partikolari, li fost il-169 mira tal-Aġenda 2030, 88 – madwar nofshom – jitrattaw l-eżiti u jistgħu jiġu mmonitorjati b'attenzjoni partikolari sabiex tinġabar data għal segwitu perjodiku dwar il-kisba tal-għanijiet relatati;

11.  Jinnota li, fost dawn it-88 mira, 28 jiffokaw fuq in-nies, 38 fuq is-soċjetà u 22 fuq l-ambjent, u jfakkar li l-monitoraġġ tal-miri tal-eżitu tal-SDGs se jipprovdi informazzjoni rilevanti orjentata lejn id-deċiżjonijiet;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra kollha rilevanti u lill-Istati Membri jikkooperaw b'mod effettiv sabiex jiġbru u jaqsmu d-data u biex jikkunsidraw perjodikament is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra kollha rilevanti jirrapportaw perjodikament lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs;

14.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament bl-ewwel segwitu dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju tal-adozzjoni tal-Aġenda 2030;

15.  Jistieden lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jistabbilixxu għanijiet perjodiċi u regolarment isegwu l-progress ta' dawk l-għanijiet, sabiex issir magħrufa fid-dettall is-sitwazzjoni attwali u jkunu proattivi meta jikkoreġu l-kors ta' azzjoni tagħhom;

16.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jaġixxu b'mod koerenti u effettiv fil-ġlieda kontra l-faqar u fil-kisba tal-SDGs, filwaqt li jqisu l-kisbiet u l-ostakli esperjenzati f'din l-ewwel sena ta' kooperazzjoni fil-qafas tal-Aġenda l-ġdida; iħeġġeġ lill-atturi kollha statali u mhux statali jaġġustaw il-metodi u l-azzjonijiet tagħhom b'mod proattiv u olistiku u biex jikkunsidraw l-eżitu ta' dan is-segwitu;

17.  Ifakkar li huwa impossibbli li verament jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-Aġenda 2030 mingħajr fluss ta' ħruġ serju u konkret ta' riżorsi ekonomiċi; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu kull sforz sabiex jissodisfaw l-impenn tagħhom li jiddedikaw 0,7 % tal-prodott nazzjonali gross (PNG) għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA);

18.  Jistieden lill-pajjiżi u lill-partijiet interessati kollha jaġixxu fi sħubija kollaborattiva ħalli jimplimentaw il-pjan tal-Aġenda 2030;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, u lill-President tal-Grupp ta' Ħidma Miftuħ dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.

[1] Testi adottati, P8_TA(2014)0059
[2] Testi adottati, P8_TA(2015)0196
[3] http://unctad.org/en/publicationslibrary/wir2014_en.pdf
[4]http://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/com-2015-44-final-5-2-2015_en.pdf
[5]http://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/part1-a-decent-life-for-all.pdf
[6] http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/ rep/1/2013 /MT/1-2013-531-MT-F1-1.Pdf
[7] http://ec.europa.eu/europeaid/documents/2013-02-22_communication_a_decent_life_for_all_post_2015_en.pdf
[8] ĠU L 136, 9.5.2014, p. 1