<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0587/2016</Ref><Date>9.5.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-segwitu u s-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2696(RSP))  </p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124856">Ignazio Corrao</Author>, <Author id="124779">Eleonora Evi</Author>, <Author id="96694">Rolandas Paksas</Author>, <Author id="124812">Fabio Massimo Castaldo</Author>, <Author id="124825">Beatrix von Storch</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE582.605v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0587/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">dwar is-segwitu u s-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2696" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2696">2016/2696(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2014 dwar l-UE u l-qafas tal-iżvilupp globali wara l-2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0059" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0059/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0059</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0196" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0196/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0196</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 2030,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju għall-2014 tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta' Settembru 2015 dwar "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli", </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokumenti dwar l-eżitu tal-Ewwel u t-Tieni Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, b'mod partikolari l-Kunsens ta' Monterrey tal-2002 u d-Dikjarazzjoni ta' Doha tal-2008,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 68/204 u 68/279 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li saret f'Addis Ababa (l-Etjopja) mit-13 sas-16 ta' Lulju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument "Elementi" tal-21 ta' Jannar 2015 ippreżentat mill-Kopresidenti tal-Proċess ta' Tħejjija għat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Mejju 2013 tal-Grupp ta' Livell Għoli tan-NU ta' Persuni Eminenti dwar l-Aġenda għall-Iżvilupp għal wara l-2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sinteżi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU ta' Diċembru 2014 dwar l-Aġenda għal Wara l-2015, intitolat "It-Triq lejn id-Dinjità sal-2030: Neqirdu l-Faqar, Nittrasformaw il-Ħajjiet Kollha u Nħarsu l-Pjaneta", </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport adottat f'Awwissu 2014 mill-Kumitat Intergovernattiv ta' Esperti dwar il-Finanzjament tal-Iżvilupp Sostenibbli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Lulju 2014 tal-Grupp ta' Ħidma Miftuħ tan-NU dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-UNCTAD dwar l-Investiment Dinji 2014 – Ninvestu fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli: Pjan ta' Azzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <a text-decoration="none" href="http://unctad.org/en/publicationslibrary/wir2014_en.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://unctad.org/en/publicationslibrary/wir2014_en.pdf</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument dwar l-eżitu tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) ta' Ġunju 2012, "Il-Ġejjieni li Rridu", </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 68/304 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU intitolata "Lejn l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku multilaterali għar-ristrutturar tad-dejn sovran" ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2015 intitolata "Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2015-0044" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2015-0044">COM(2015)0044</ANCHOR>)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><a text-decoration="none" href="http://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/com-2015-44-final-5-2-2015_en.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/com-2015-44-final-5-2-2015_en.pdf</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 intitolata "Ħajja diċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0335" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0335">COM(2014)0335</ANCHOR>)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><a text-decoration="none" href="http://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/part1-a-decent-life-for-all.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/part1-a-decent-life-for-all.pdf</span></a> </p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju  2013 intitolata "Lil hinn mill-2015: lejn approċċ komprensiv u integrat għall-finanzjament tal-qerda tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2013-0531" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2013-0531">COM(2013)0531</ANCHOR>)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <a text-decoration="none" href="http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2013/MT/1-2013-531-MT-F1-1.Pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2013/MT/1-2013-531-MT-F1-1.Pdf</span></a> </p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2013 intitolata "Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2013-0092" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2013-0092">COM(2013)0092</ANCHOR>)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <a text-decoration="none" href="http://ec.europa.eu/europeaid/documents/2013-02-22_communication_a_decent_life_for_all_post_2015_en.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://ec.europa.eu/europeaid/documents/2013-02-22_communication_a_decent_life_for_all_post_2015_en.pdf</span></a>  </p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar Aġenda trasformattiva għal wara l-2015, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament tal-qerda tal-faqar u l-iżvilupp sostenibbli wara l-2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar rwol aktar b'saħħtu tas-settur privat fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tal-25 ta' Ġunju 2013 dwar l-aġenda globali għal wara l-2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 472/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp (2015)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU L 136, 9.5.2014, p. 1 </p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jafferma mill-ġdid li l-UE "għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 208 TFUE, li jistabbilixxi li l-qerda tal-faqar hija l-objettiv prinċipali tal-politika tal-UE għall-iżvilupp u l-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fis-sena 2000 il-partijiet interessati rilevanti kollha ngħaqdu sabiex jistabbilixxu Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) bl-għan li sal-2015 jintlaħqu għanijiet konkreti għall-iżvilupp u għall-qerda tal-faqar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-MDGs ikkontribwixxew għas-sensibilizzazzjoni sabiex il-qerda tal-faqar fil-livell globali ssir sfida urġenti u prijorità għal azzjoni globali; billi l-livell tal-kisba tal-MDGs ivarja, u, b'mod ġenerali, il-komunità internazzjonali għadha lura milli tilħaq il-miri li kellhom jintlaħqu sal-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi s-summit tan-Nazzjonijiet Uniti għall-adozzjoni tal-aġenda għall-iżvilupp għal wara l-2015 sar mill-25 sas-27 ta' Settembru 2015 fi New York, u ssejjaħ bħala laqgħa plenarja ta' livell għoli tal-Assemblea Ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi fil-25 ta' Settembru 2015, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat id-dokument ta' eżitu tas-summit tan-Nazzjonijiet Uniti għall-adozzjoni tal-aġenda għall-iżvilupp ta' wara l-2015, ir-riżoluzzjoni "Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, hekk kif iddikjarat fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq, din l-Aġenda hija pjan ta' azzjoni għan-nies, għall-pjaneta u għall-prosperità li tfittex ukoll li ssaħħaħ il-paċi universali f'libertà usa';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tiddikjara 17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli u 169 mira, li juru ambizzjoni kbira, li jfittxu jibnu fuq l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u jlestu dak li ma kisbux;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-qerda tal-faqar fil-forom u d-dimensjonijiet kollha tiegħu, inkluż il-faqar estrem, hija l-akbar sfida globali u rekwiżit indispensabbli għall-iżvilupp sostenibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi dan il-pjan ta' azzjoni ambizzjuż huwa msejjes fuq qafas ta' 15-il sena, iżda l-għanijiet tiegħu jistgħu biss jiġu verament segwiti permezz tal-implimentazzjoni ġurnata b'ġurnata u s-segwitu regolari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-ewwel anniversarju tal-adozzjoni tal-Aġenda 2030 qiegħed joqrob filwaqt li jeħtieġ li jingħata l-ewwel segwitu tar-riżultati miksuba matul l-ewwel sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jafferma mill-ġdid ir-rieda tal-UE li taġixxi bħala attur prinċipali fix-xena internazzjonali fir-rigward tal-qerda tal-faqar fil-forom u d-dimensjonijiet kollha tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Ifakkar ir-responsabbiltà kbira li l-UE, l-istituzzjonijiet tagħha u l-Istati Membri tagħha, flimkien mal-atturi nazzjonali u internazzjonali kollha l-oħra, għandhom lejn il-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri biex jinqered il-faqar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Japprova l-miri u l-objettivi proklamati fid-dikjarazzjoni dwar l-Aġenda 2030, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu azzjoni konkreta sabiex jilħqu l-miri tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Ifakkar l-importanza kruċjali tal-involviment attiv tas-soċjetà ċivili fil-kisba tal-SDGs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jisħaq fuq l-universalità, l-indiviżibbiltà u l-interdipendenza tad-drittijiet kollha tal-bniedem tal-persuni kollha, mingħajr diskriminazzjoni ta' kwalunkwe xorta, l-ewwel fosthom id-dritt fundamentali tad-dinjità tal-bnedmin kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jilqa' l-perspettiva approvata fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, skont liema l-SDGs huma integrati u indiviżibbli, u jibbilanċjaw it-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli: ekonomiku, soċjali u ambjentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jisħaq li l-għanijiet u l-miri huma mfassla bl-għan li jistimolaw azzjoni tul l-14-il sena li ġejjin f'oqsma ta' importanza kritika għall-umanità u l-pjaneta;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jieħu nota tal-ambizzjoni tar-riżultat globali adottat mill-SDGs, b'mod partikolari minħabba n-natura multidimensjonali tal-SDGs; u japprova din il-perspettiva globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jemmen bis-sħiħ li segwitu perjodiku tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs huwa ferm importanti sabiex regolarment jitqies il-progress li sar fil-ġlieda kontra l-faqar, kif ukoll kwalunkwe ostaklu, u tiġi kkoreġuta l-azzjoni fejn meħtieġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jieħu nota tal-fatt li, f'xi aspetti, l-Aġenda 2030 innifisha tista' taħdem bħala qafas komuni ta' riżultati għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jinnota, b'mod partikolari, li fost il-169 mira tal-Aġenda 2030, 88 – madwar nofshom – jitrattaw l-eżiti u jistgħu jiġu mmonitorjati b'attenzjoni partikolari sabiex tinġabar data għal segwitu perjodiku dwar il-kisba tal-għanijiet relatati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jinnota li, fost dawn it-88 mira, 28 jiffokaw fuq in-nies, 38 fuq is-soċjetà u 22 fuq l-ambjent, u jfakkar li l-monitoraġġ tal-miri tal-eżitu tal-SDGs se jipprovdi informazzjoni rilevanti orjentata lejn id-deċiżjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra kollha rilevanti u lill-Istati Membri jikkooperaw b'mod effettiv sabiex jiġbru u jaqsmu d-data u biex jikkunsidraw perjodikament is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra kollha rilevanti jirrapportaw perjodikament lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament bl-ewwel segwitu dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju tal-adozzjoni tal-Aġenda 2030;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jistieden lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jistabbilixxu għanijiet perjodiċi u regolarment isegwu l-progress ta' dawk l-għanijiet, sabiex issir magħrufa fid-dettall is-sitwazzjoni attwali u jkunu proattivi meta jikkoreġu l-kors ta' azzjoni tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jaġixxu b'mod koerenti u effettiv fil-ġlieda kontra l-faqar u fil-kisba tal-SDGs, filwaqt li jqisu l-kisbiet u l-ostakli esperjenzati f'din l-ewwel sena ta' kooperazzjoni fil-qafas tal-Aġenda l-ġdida; iħeġġeġ lill-atturi kollha statali u mhux statali jaġġustaw il-metodi u l-azzjonijiet tagħhom b'mod proattiv u olistiku u biex jikkunsidraw l-eżitu ta' dan is-segwitu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Ifakkar li huwa impossibbli li verament jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-Aġenda 2030 mingħajr fluss ta' ħruġ serju u konkret ta' riżorsi ekonomiċi; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu kull sforz sabiex jissodisfaw l-impenn tagħhom li jiddedikaw 0,7 % tal-prodott nazzjonali gross (PNG) għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jistieden lill-pajjiżi u lill-partijiet interessati kollha jaġixxu fi sħubija kollaborattiva ħalli jimplimentaw il-pjan tal-Aġenda 2030;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, u lill-President tal-Grupp ta' Ħidma Miftuħ dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.</p>
</Section></Motion>