<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0610/2016</Ref><Date>10.5.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina u l-istatus ta' ekonomija tas-suq</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2667(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96646">Helmut Scholz</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="124858">Fabio De Masi</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE582.628v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0610/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina u l-istatus ta' ekonomija tas-suq</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2667" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2667">2016/2667(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-antidumping (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 143, 22.12.2009, p. 51.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-11-il Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP 11) li saret f'Pariġi, Franza, mit-30 sal-11 ta' Diċembru 2015, kif ukoll il-Ftehim ta' Pariġi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Marzu 2016 bl-isem "Azzar: iż-żamma tal-impjiegi sostenibbli u t-tkabbir fl-Ewropa" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2016-0155" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2016-0155">COM(2016)0155</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE dwar il-Kummerċ "Kummerċ għal Kulħadd", u b'mod partikolari l-orjentament tagħha lejn il-kummerċ ġust,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-13-il Pjan ta' Ħames Snin taċ-Ċina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina huma tnejn mill-akbar ekonomiji u qawwiet kummerċjali fid-dinja, fejn iċ-Ċina hija t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE u l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali taċ-Ċina, b'volum ta' kummerċ li jisboq sewwa EUR 1 biljun kull jum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi, anki mingħajr ma ċ-Ċina jkollha l-istatus ta' ekonomija tas-suq (MES), ir-relazzjoni kummerċjali maċ-Ċina mhijiex bilanċjata, u d-defiċit kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina laħaq quċċata rekord ta' EUR 180 biljun fl-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi fl-2015 l-investiment ġej miċ-Ċina lejn l-UE għall-ewwel darba qabeż l-investiment sejjer mill-UE lejn iċ-Ċina; billi s-suq Ċiniż ilu għal xi żmien il-mutur ewlieni tal-profitti għal għadd ta' industriji u marki Ewropej; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi kwalunkwe deċiżjoni dwar kif nittrattaw l-importazzjonijiet miċ-Ċina u kif nesportaw lejn iċ-Ċina wara Diċembru 2016 għandha tiżgura l-konformità tad-dritt tal-UE mad-dritt internazzjonali, kif ukoll mad-difiża tal-impjiegi u tal-industriji tal-UE, fil-qies tal-iżviluppi kurrenti lejn dinja multipolari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles u d-WTO servew ta' għodod essenzjali għad-deregolamentazzjoni tar-relazzjonijet kummerċjali u għal-liberalizzazzjoni tal-ekonomiji, għad-detriment tal-ħaddiema u tal-popli; billi dawn iż-żewġ għodod mhux biss ipperpetwaw l-eġemonija tal-pajjiżi sinjuri u żviluppati, iżda wkoll l-isfruttament tal-aktar reġjuni foqra tad-dinja u, għaldaqstant, tal-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u bejn il-popli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi, meta ċ-Ċina ssieħbet fid-WTO, arranġament tranżitorju għall-adeżjoni tagħha ppreveda metodoloġija speċifika għall-kalkolu tad-dumping, li ddaħħlet fit-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina u li sservi ta' bażi għat-trattament differenti li jingħata lill-importazzjonijiet miċ-Ċina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-kumplament tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO tirrappreżenta r-rikonoximent mid-WTO li regoli speċjali jistgħu jiġu applikati għaċ-Ċina fil-qasam ta' investigazzjonijiet tal-anti-dumping, u għadu jipprovdi l-bażi legali għall-applikazzjoni ta' metodoloġija mhux standard għall-importazzjonijiet miċ-Ċina wara l-2016; billi, jekk jagħti l-każ li ċ-Ċina tiddeċiedi li tirreġistra lment kontra miżuri tal-anti-dumping applikati unilaterlment minn membu ieħor tad-WTO wara Diċembru 2016, dan ikun jirrikjedi deċiżjoni tal-panel tad-WTO biex tistabbilixxi ċ-ċarezza fl-interpretazzjoni tat-test;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-kriżi li diġà qed inħabbtu wiċċna magħha f'bosta Stati Membri l-ewwel nett hija kkawżata l-ewwel nett minn nuqqas ta' domanda minħabba l-pressjonijiet fuq id-dħul tal-ħaddiema u r-rati għoljin tal-qgħad, u t-tieni nett minn deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi żbaljati bħalma huma d-deregolamentazzjoni u l-liberalizzazzjoni imposti, minn naħa waħda, mis-suq uniku u minn mekkaniżmi Ewropej oħra u, min-naħa l-oħra, mill-parteċipazzjoni f'istituzzjonijiet bħad-WTO;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi kemm il-kapaċità żejda tal-produzzjoni fiċ-Ċina u kemm it-tnaqqis drammatiku fid-domanda interna fl-UE minħabba l-kriżi ekonomika li għaddejja diġà qed ikollhom konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali gravi fl-UE, kif wera dan l-aħħar l-impatt negattiv fuq is-settur tal-azzar tal-UE; billi l-impatt soċjali tal-għoti ta' MES, f'termini ta' impjiegi fl-UE, jaf ikun sostanzjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 bit-titolu "Industrija Ewropea Aktar b'Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku" tistabbilixxi l-objettiv li, sal-2020, is-sehem tal-industrija fil-PDG tal-UE jiżdied għal 20 %,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-awsterità u l-politiki neoliberali li l-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE jimponi fuq l-Istati Membri u fuq il-popli tagħhom qed jaffettwaw ukoll lill-industriji tal-Istati Membri, b'tali mod li jikkawżaw staġnar ekonomiku u depressjoni għal żmien twil, ħafna qgħad u sensji, kif ukoll tbaxxija tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol; billi jeħtieġ b'urġenza li ninqatgħu mill-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE, inkluż is-suq uniku, u b'mod partikolari mill-politiki industrijali, tal-investiment u fiskali tal-lum, bil-għan li nippromwovu u nirfdu l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli permezz tal-implimentazzjoni ta' pjan reali ta' investiment pubbliku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-konsultazzjoni pubblika mfassla mill-Kummisssjoni Ewropea ma kkunsidratx l-aktar partijiet interessati fis-settur tal-azzar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Itenni li s-sħubija strateġika tal-UE maċ-Ċina, imsejsa fuq kooperazzjoni reċiproka u ġusta, hija importanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jitlob li l-Kummissjoni tħejji abbozz ta' mandat għal negozjati bejn l-UE u ċ-Ċina rigward ftehim bilaterali dwar regoli ta' kompetizzjoni ġusta u dwar miżuri komuni kontra d-dumping ekonomiku, soċjali u ambjentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jenfasizza li ċ-Ċina għadha ma ssodisfatx il-ħames kriterji stabbiliti mill-UE għad-definizzjoni tal-MES;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza li ċ-Ċina tiddefinixxi lilha nfisha bħala ekonomija tas-suq soċjalista; ifakkar li, f'kull ekonomija tas-suq, il-libertà tas-swieq għandha tkun limitata u l-gvernijiet responsabbli għandu jkollhom il-kompetenza regolatorja u d-dritt li jintervjenu, tal-anqas kultant, għall-ġid tal-popolazzjoni u biex jinkoraġġixxu jew irażżnu d-domanda, jew biex jippromwovu l-kompetizzjoni bil-għan li jfixklu l-iżvilupp ta' monopolji; jenfasizza li l-ħames kriterji stabbiliti mill-UE għad-definizzjoni ta' ekonomija tas-suq jistgħu jiddevjaw minn dak il-grad ta' involviment statali fl-ekonomija li l-aktar jaqdi lill-poplu fl-ekonomija tas-suq taċ-Ċina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkoordina mas-sħab internazzjonali tagħha dwar l-aħjar mod kif jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet kollha tat-taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, għajr is-subparagrafu 15(a)(ii), ikunu jistgħu jiksbu tifsira legali sħiħa fil-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jitlob li l-Kummissjoni tqis kif jixraq il-preokkupazzjonijiet espressi mit-trejdunjins, l-industriji u l-partijiet interessati differenti fl-UE dwar il-konsegwenzi għall-impjiegi u għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli fl-Unjoni, fis-setturi tal-manifattura kollha milquta u għall-industrija tal-UE kollha kemm hi, u tiżgura d-difiża tal-impjiegi fl-UE kif ukoll tal-istandards soċjali u ambjentali tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Huwa konvint li l-UE m'għandhiex tagħti liċ-Ċina dan l-MES neoliberali, b'mod speċjali fis-sitwazzjoni kurrenti fejn l-UE ma żviluppatx leġiżlazzjoni modernizzata, trasparenti u ġusta dwar strumenti għad-difiża tal-kummerċ; jemmen li l-UE għandha tapplika metodoloġiji mhux standard f'investigazzjonijiet anti-dumping u kontra s-sussidji rigward kumpaniji Ċiniżi li jesportaw bi prezzijiet baxxi li jqajmu s-suspett, b'rispett sħiħ ta' dawk il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina li ma jiskadux f'Diċembru 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jitlob li l-Kunsill iħabrek bil-ħeffa għal qbil mal-Parlament Ewropew dwar il-modernizzazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għad-difiża tal-kummerċ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jitlob li l-Kummissjoni ssaħħaħ strument effikaċi għad-difiża tal-kummerċ biex tiggarantixxi li l-industrija tal-UE jkollha kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni maċ-Ċina, kif ukoll ma' pajjiżi terzi oħra; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jitlob li l-Kummissjoni tirrevedi r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'mod li dawn jippermettu intervent statali għat-tisħiħ ta' proġetti ta' benefiċċju soċjali u ambjentali, u li l-SMEs u l-industriji li jsibu ruħhom f'diffikultà jiġu megħjuna permezz ta' kontribuzzjoni għar-rikostruzzjoni tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni tagħhom, li ntlaqtu b'mod qawwi mill-kriżi; jitlob li, fi ħdan id-WTO, ikun hemm approċċ komprensiv għal-politika kummerċjali, li jippermetti l-parteċipazzjoni tas-settur pubbliku bil-għan li jitħarsu l-impjiegi u tintrifed il-politika industrijali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Itenni s-sejħa tiegħu biex issir riforma profonda tar-regoli tad-WTO, sabiex dawn jinkludu bis-sħiħ ir-rispett tal-istandards ċentrali tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll tal-istandards ambjentali u soċjali rilevanti fil-kummerċ internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jitlob l-inklużjoni ta' aġġustament għall-karbonju fil-fruntiera għal ċerti prodotti importati f'setturi strateġiċi bħalma huma dawk tal-azzar, taċ-ċeramika, ta' mettali oħra, tal-plastika u tal-forom, bħala miżura temporanja bi qbil mar-regoi tad-WTO, intiża biex tissodisfa l-Ftehim COP 21 u tappoġġja l-aktar fabbriki nodfa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jitlob li jiġu żviluppati miżuri għat-tikkettar ta' sostenibbilltà tal-prodotti industrijali, bil-għan li jinċentivaw l-aktar fabbriki u prodotti industrijali nodfa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jitlob li l-Kummissjoni tippromwovi ftehim f'fora internazzjonali bħalma huma d-WTO u l-UNCTAD dwar definizzjoni moderna ta' dumping ekonomiku, soċjali u ambjentali, bil-għan li tinstab soluzzjoni multilaterali li tkun tista' tittratta kemm il-mudelli kumplessi ta' sjieda ta' żmienna u kemm il-ħtiġijiet ta' protezzjoni tal-ħaddierma u tal-konsumaturi matul il-ktajjen ta' valur dinjija l-ġodda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>