<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0612/2016</Ref><Date>10.5.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2667(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96739">Reinhard Bütikofer</Author>, <Author id="96740">Yannick Jadot</Author>, <Author id="96734">Ska Keller</Author>, <Author id="96648">Philippe Lamberts</Author>, <Author id="4432">Claude Turmes</Author>, <Author id="96725">Bas Eickhout</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE582.630v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0612/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2667" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2667">2016/2667(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-antidumping (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.</p>
</footnote>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-11 ta' Diċembru 2001,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn l-UE u ċ-Ċina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina huma tnejn mill-akbar qawwiet kummerċjali fid-dinja, fejn iċ-Ċina hija t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE u l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali taċ-Ċina, b'volum ta' kummerċ li jisboq sewwa l-EUR 1 biljun kuljum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi kwalunkwe deċiżjoni dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-importazzjonijiet miċ-Ċina wara Diċembru 2016 għandha tiżgura l-konformità tad-dritt tal-UE mar-regoli tad-WTO;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, meta ċ-Ċina ssieħbet fid-WTO, arranġament tranżitorju għall-adeżjoni tagħha ta lok għal metodoloġija speċifika għall-kalkolu tad-dumping, prevista fit-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni, kif ukoll bażi għat-trattament differenti tal-importazzjonijiet miċ-Ċina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi wara l-11 ta' Diċembru 2016 il-paragrafu (a)(i) u partijiet mill-paragrafu (d) tat-Taqsima 15 se jibqgħu fis-seħħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, fid-dawl tal-livell attwali ta' influwenza tal-istat fuq l-ekonomija Ċiniża, id-deċiżjonijiet tad-ditti dwar il-prezzijiet, il-kostijiet, l-outputs u l-inputs ma jirrispondux għas-sinjali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi s-sovrakapaċitajiet ta' produzzjoni taċ-Ċina diġà qed ikollhom konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali qawwija fl-UE, kif intwera dan l-aħħar bl-impatt negattiv attwali tagħhom fuq is-settur tal-azzar tal-UE, u billi l-impatt soċjali tal-għoti ta' status ta' ekonomija tas-suq (MES) jaf ikun wieħed sostanzjali f'termini ta' impjiegi tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi 56 mit-73 miżura ta' antidumping attwalment fis-seħħ fl-UE japplikaw għall-importazzjonijiet Ċiniżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-konsultazzjoni pubblika konkluża reċentement dwar l-għoti possibbli ta' status ta' ekonomija tas-suq (MES) liċ-Ċina tista' tipprovdi informazzjoni addizzjonali li taf tkun utli biex tiġi indirizzata l-kwistjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 bit-titolu "Industrija Ewropea Aktar b'Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku" tistabbilixxi l-objettiv li, sal-2020, is-sehem tal-industrija fil-PDG tal-UE jiżdied għal 20 %;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Itenni l-importanza tas-Sħubija Strateġika tal-UE maċ-Ċina, fejn il-kummerċ u l-investiment għandhom rwol importanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jisħaq fuq il-fatt li ċ-Ċina mhijiex ekonomija tas-suq u li l-ħames kriterji stabbiliti mill-UE biex jiġi ddeterminat tali status għadhom ma ġewx issodisfati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoordina mas-sħab kummerċjali ewlenin tagħha, inkluż fil-kuntest tas-Summit tal-G7 li ġej, dwar kif l-aħjar li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet kollha tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO, minbarra s-subparagrafu 15(a)(ii), jingħataw tifsira legali sħiħa skont il-liġijiet domestiċi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq it-tħassib espress mill-industrija, mit-trejdjunjins u minn partijiet ikkonċernati oħra tal-UE, dwar il-konsegwenzi għall-impjiegi tal-UE u għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli fis-setturi kollha tal-manifattura milquta u għall-industrija tal-UE kollha kemm hi, u tiżgura l-kompetittività tal-UE f'kuntest globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Iqis li jekk wieħed joqgħod sempliċement fuq il-metodoloġija standard dan ma jkunx biżżejjed biex l-industrija tal-UE titħares minn prattiki kummerċjali inġusti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Huwa konvint li, sakemm iċ-Ċina ma tissodisfax il-ħames kriterji tal-UE meħtieġa biex tikkwalifika bħala ekonomija tas-suq, l-UE għandha tkun tista' tuża metodoloġija mhux standard, fejn ikun xieraq, fl-investigazzjonijiet ta' antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-komparabilità tal-prezzijiet; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel proposta b'konformità ma' dan il-prinċipju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura strumenti għad-difiża tan-negozju effikaċi li jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni maċ-Ċina għall-industrija tal-UE b'konformità mar-regoli tad-WTO;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>